- Dec 09
- Nov 09
- Oct 09
- Sep 09
- Aug 09
- Jul 09
- Jun 09
- May 09
- Apr 09
- Mar 09
- Feb 09
- Jan 09
Riżorsi Moħbija - 01 ta' Diċembru 2009
- Dan il-pajjiz ghad li zghir fid-daqs huwa ghani bil-bosta fil-wirt tieghu. Mhux biss dak arkittetoniku izda, anzi nghid specjalment, f’dak kulturali li ma tantx jissemma’ jew jidher. Frott il-fatt li Malta taghna ghal sekli kienet f’idejn l-ikbar potenzi tal-Mediterran u mhux biss, ghandna wirt imprezzabbli ta’ kulmin ghadda minn hawn u halla l-impronta tieghu matul is-sekli.
- Il-Ministeru tal-Finanzi jissemma u huwa maghruf ghal dak li huwa ovvju u ta’ importanza nazzjonali. It-tfassil u t-twettiq tal-poltika ekonomika u finanzjarja, li minnhom jiddependi l-ghajxien tal-poplu jokkupa bilfors u qatigh l-agenda ta’ dan il-Ministeru. Pero ftit forsi jafu li fi hdan dan il-Ministeru hemm l-ufficju tal-Arkivji Notarili li, ghalija, huwa d-depozitarju tal-memorja kollettiva taghna lkoll.
- Fi Triq San Kristoforu fil-Belt hemm l-Arkivji Notarili. Binja antika li tigbor fiha eluf u eluf ta’ atti notarili legati u mhux li jmorru lura sas-seklu hmistax. Fil-fatt hemm l-ewwel dokument maghruf li huwa miktub bil-Malti, il-famuza Kantilena ta’ Pietru Caxaro li inktibet madwar in-nofs tas-seklu hmistax. Malta ta’ zmien iehor izda dokument imprezzabbli li ghadu sa dan l-ahhar xhur jigbed l-attenzjoni ta’ bosta esperti f’pajjizna dwar x’inhu tassew it-tifsira tieghu.
- Dawn l-atti u dokumenti, nemmen, li jekk mixtarra lkoll kapaci jbiddlu diversi interpretazzjonijiet tal-istorja Maltija kif mghallma u maghrufa. Ghax hemm wisq materjal li ghadu mhux studjat. Hawnhekk irrid insellem u inrodd hajr ‘l grupp zghir izda dedikat immens tal-voluntiera tal-Kunsill tal-Arkivji Notarili li ghal tant snin jahdmu mill-qalb u mhux fid-deher biex isir ir-restawr tal-atti notarili ta’ sekli ilu. Grazzi ghalihom ma tlifniex eluf ta’ dokumenti li ma kienux fi stat tajjeb ta’ konservazzjoni frott sekli ta’ nuqqas ta’ attenzjoni.
- Konxju minn din l-importanza ta’ dawn ir-rizorsi mohbija izda wkoll tal-enormita tal-hidma li baqa’ ssir, hadt l-inizjattiva ftit xhur ilu biex nistieden ‘l Ambaxxatrici Spanjola ghal Malta izzur dan il-post minhabba r-rabta bejn Malta u Aragona qabel ma gew il-Kavallieri fl-1530. Xtaqt nara kif nistghu nesploraw metodi ta’ hidma bejn iz-zewg pajjizi f’dan is-suggett. Grazzi ghal din iz-zjara u l-interess genwin li hija hadet nibet il-hsieb li Malta u Spanja jiffirmaw dokument ta’ turija ta’ fehma sabiex ikun hemm, ghall-ewwel darba, kolloborazzjoni ufficjali bejn l-Arkivju Notarili taghna u dak Spanjol.
- B’sodisfazzjoni nghid li dan id-dokument kien is-suggett ta’ wiehed mill-atti li r-Re ta’ Spanja u l-Gvern Malti iffirmaw l-gimgha li ghaddiet. B’hekk poggejna l-intenzjoni ghall-kolloborazzjoni fuq sisien formali u sodi. Jonqos hafna x’isir biex nesponu, kif nemmen jixraq, dan il-wirt ghall-attenzjoni tal-poplu taghna. Jekk neghlbu certu diffikultajiet, inkunu nistghu anke norganizzaw esebizzjoni ta’ uhud minn dawn l-atti ghall-ewwel darba s-sena d-diehla. Kull bidu mitmum.
Il-Bieb l-iehor ta' pajjizna - 03 ta' Novembru 2009
- It-turizmu kullhadd jaf li huwa il-pern li fuqu iddur l-ekonomija taghna. L-industrija tat-Turizmu tikkontribwixxi b'mod li ebda industrija ohra f'pajjizna ma tikkontribwixxi, b'eluf ta' familji jiddependu, direttament jew indirettament, l-ghajxien taghhom minnha. Sa mis-snin sittin sal-lum kull Gvern investa f'din l-industrija tal-ospitalita', fuq diversi binarji, bis-sinsla ewlenija ta' din l-industrija tkun il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta.
- Nhar il-Gimgha kelli l-opportunita' u l-unur li nakkumpanja lill-President tar-Repubblika, l-E.T. Dr Abela, fuq zjara li huwa ghamel fil-qalba ta' din il-kumpanija tant importanti ghall-pajjizna. Waqt din iz-zjara kelli l-opportunita' li nara mill-vicin u nsegwi l-operazzjoni ta' madwar 1,400 haddiem li jifformaw dil-kumpanija. Sa mill-haddiema tal-ufficju tac-Chairman, ghall-ufficcji tal-finanzi u r-relazzjonijiet pubblici; il-haddiema tal-ajruport innifsu, dawk li jimmaniggjaw il-bagalji, il-haddiema tar-rampa, u l-inginiera li jahdmu fuq l-ajruplani, kollha jaghtu kontribut essenzjali lejn is-success tal-Air Malta.
- L-Air Malta li din is-sena qed ticcelebra hamsa u tletin sena ta' servizz eccellenti lejn it-turist li jzurna u lejn il-pubbliku Malti, kienet dejjem spalla ghall-kull Gvern fl-istrategija tieghu ghat-Turizmu, filwaqt li dejjem kienet attenta ghall-esigenzi tas-suq internazzjonali. Dan jixhduh ‘il fuq minn 35 miljun passiggier li garret din il-linja tal-ajru lejn il-gzejjer Maltin kemm ilha topera, u z-zewg miljun turist annwali li jaghzlu l-Air Malta biex jaslu f'pajjizna.
- Dan imur id f'id mal-vizjoni li ghandu l-Gvern ghall-pajjizna, li jeccella f'sitt oqsma sas-sena 2015, fosthom it-turizmu u ohrajn. Ghalhekk l-Air Malta hija ass importanti u strategiku f'idejn il-Gvern mhux biss ghas-settur turistiku, izda anke ghall-Industrija tal-Manifattura illi permezz tal-linja tal-ajru nazzjonali tiehu vantagg minn firxa wieghsa ta' distribuzzjoni f'diversi pajjizi. Ghalhekk essenzjalment l-Air Malta hija l-bieb konvenjenti ta' pajjizna, illi permezz tieghu hafna minn dawk li jzuru jew jivvjaggaw minn pajjizna juzaw.
- Laqatni ferm l-aspett socjali li tant huwa haj f'din il-kumpanija. Din il-kumpanija dejjem kienet ewlenija fl-ghajnuna taghha ghal dawk li l-iktar ghandhom bzonn. L-Air Malta toffri ghajnuna imprezzabbli ghal pazjenti li jkollom bzonn isiefru biex jiehdu kura barra minn xtutna, u dan taghmlu bl-aqwa livell ta' servizz. Mhux l-ewwel darba li l-haddiema tal-Air Malta jahdmu fuq bazi volontarja anke biex jorganizzaw zjajjar lejn postijiet bhal Lourdes, ghal nies fil-bzonn. Il-haddiema tal-Air Malta, bil-fatti jiehdu impenn li jghinu, minghajr ma jippretendu xejn lura.
- Ghalhekk nawgura mill-qalb lill-kumapnija Air Malta li tkompli tilqa’ l-isfidi li toffri id-dinja globalizzata tal-lum, u tkompli taghti is-servizz eccellenti li dejjem offriet ghall-gid tal-ekonomija taghna. Min naha tieghu, l-Gvern ser jibqa’ impenjat li jkolna Airmalta produttiva, flessibli u b’sahhitha, kapaci tofroq il-mewg, jew ahjar, tirfed l-irwiefen tal-kompetizzjoni harxa u t-taqlib tas-swieq finanzjarji.
L-Istudent - Il-ħaddiem ta' għada - 10 ta' Novembru 2009
- Il-gimgha li ghaddiet kelli l-opportunita li niftah ufficjalment il-fiera tal-Karrieri fuq il-Campus tal-Universita' organizzata mill-Kunsill Studenti Universitarji flimkien mal-Ghaqda studenteska AEISEC. Din il-fiera li damet il-gimgha kollha offriet okkazjoni 'l istudenti li jattendu l-Universita' biex jiltaqghu u jitkellmu ma' kumpaniji importanti f'pajjizna li joffri bosta opportunitajiet ta' xoghol f'oqsma specjalizzati.
- Din il-Fiera li issa wasslet fis-sitt edizzjoni taghha, tesponi id-dinja tax-xoghol lill-istudenti f'tentattiv tajjeb ferm li jsahhah dak il-pont li ghandu jkun hemm bejn id-dinja tal-istudju, u dik tax-xoghol. Kullhadd jaf kemm hija qabza importanti u li toffri sfidi kbar dik bejn l-ahhar ezami, u l-ewwel gurnata tax-xoghol, u ghalhekk tajjeb li l-istudenti minn kmieni ikunu jafu sewwa x'hemm hemm barra, u x'qed jistennew minnhom l-employers futuri. Okkazjonijiet bhal-Fiera tal-Karrieri tiftah tieqa wieghsa ghal ghand kumpaniji li ta' kull sena ifittxu persuni ghall-workforce taghhom, mill-Universita, biex l-istudent ikun jista' jfassal it-triq tal-istudji tieghu, tal-ispecjalizzazzjoni tieghu, tal-karriera tieghu skond parametri realistici tas-suq.
- F'Malta minkejja il-maltemp li ghaddej fis-swieq tax-xoghol internazzjonali, ghandna realta' fejn ta' kull sena kumpaniji kbar, sa mit-tieni sena ta' certi korsijiet fl-universita' jkunu qed jaghmlu 'head-hunt' jew tfittxija ghal haddiema futuri biex jahdmu maghhom. Certi setturi tax-xoghol jibqghu ghatxana ghall-professjonisti, ghax qed jaraw tkabbir kostanti u kontinwu. Studenti sa mit-tieni sena jkollhom rashom mistrieha li la darba jiggradwaw dawn ser isibu impjieg, tajjeb u sod. Generalment dan kollu jissahhah b'numru gmielu ta' incentivi ghall-istudent, uhud immedjati bhal ghodda ta' studju ghall-istudent, u anke incentivi ohrajn ghat-terminu iktar fit-tul bhal scholarships ghall-Masters u PhDs ghall-ispecjalizzazzjoni.
- Izda tal-gimgha l-ohra ma kienetx biss Fiera tal-Karriera fis-sens l-iktar maghluq taghha. Kienet ukoll manifestazzjoni tal-energija studenteska li tissarraf fil-gid. F'okkazjonijiet bhal dawn niehu pjacir nara l-inizzjattiva ta' l-istudenti, biex itejjbu l-esperjenza taghhom u ta' shabom fl-universita', u biex iktar u iktar is-snin li jqattghu jistudjaw f'din l-istituzzjoni jisarrfu f'successi. Ghaqdiet studenteski fl-Universita' hemm bosta, u kollha jhaddnu xi valur jew ghan li fl-ahhar mill-ahhar jimmotiva l-istudenti li jahdmu fihom. Il-bzonnijiet tar-realta' tal-istudenti Universitarji tal-lum mhijiex l-istess bhalma kienet ghaxar snin ilu, jew ghoxrin sena ilu. Ir-realta tinbidel kontinwament, bhall-kumplament tas-socjeta', u jekk l-ghaqdiet ma jinbidlux maghha biex jirrispondu ghall-isfidi taz-zmienijiet, dawn jisfumaw.
- Ghalhekk huwa ta' sodisfazzjon kbir meta tara ghaqdiet bhal dawn li jilqghu dawn l-isfidi, u jorganizzaw fieri bhal tal-gimgha l-ohra. Dawn l-ghaqdiet jisthoqqilhom kull tifhir u inkoraggiment ghax tassew qed jaqraw is-sinjali taz-zminijiet u jpassu bil-galbu.
Iż-Żerriegħa li jeħtieġ nindukraw - 17 ta' Novembru 2009
- Fi tmiem il-gimgha li ghadda tlaqqa' l-Kunsill Generali li fih gew approvati numru ta' mozzjonijiet li jigbru fihom il-valuri tal-Partit Nazzjonalista. Partit li iktar ma jghaddi z-zmien juri bic-car kemm huwa l-istituzzjoni ewlenija f’pajjizna li kapaci jsawwar strategiji li jsibu soluzzjonijiet ghal poplu u ghal pajjiz.
- Fl-intervent tieghi fil-Kunsill Generali tkellimt dwar iz-zerriegha li zrajna l-gimgha l-ohra permezz ta' Budget kuragguz, liema zerrigha nemmen li ser twassalna ghal rebhiet sbieh fil-gejjieni. Il-hruxija tal-krizi ekonomika harget is-sustanza u s-serjeta tat-tmexxija ta’ dan il-Gvern. Illum f'nofs krizi ekonomika dinjija, f'nofs ricessjoni globali, dan il-Gvern habbar budget mimli incentivi u investiment, biex jitkattar il-gid b'emfasi centrali fuq ix-xoghol.
- Meta nharsu lejn il-Budget li kien habbar il-Gvern Laburista fl-1997, meta ma kienx hawn krizi ekonomika jew ricessjoni, u meta iz-zejt kien bit-$12-il barmil, il-Partit Laburista fil-Gvern kien habbar budget li introduca 22 taxxa gdida li bih inkixef kemm tassew kellu politika li ma tgharafx il-prioritajiet. Dan jikkontrasta bis-sahha il-Budget li habbar dan il-Gvern din is-sena li ghalkemm jirrikonoxxi d-diffikultajiet, jimxi b'kawtela u ghaqal, ihares 'l quddiem b'kuragg u determinazzjoni u fih madwar 150 mizuri jew inizjattiva favur socjeta ta’ wens, sedqa, xoghol u zvilupp.
- Dan jixhed kemm dan huwa Gvern li jinsab vicin in-nies, li sema' x'inhuma il-bzonnijiet tan-nies, li ta widen ghal dak li kellhom xi jghidu n-nies f'ezercizzju wieghsa ta' konsultazzjoni. Ghax kif jista Gvern jirrispondi ghall-bzonnijiet tal-poplu minghajr ma jkun tasssew vicin tieghu? Dan johrog bic-car mill-kunsens wieghsa li gabar dan il-Budget mill-imsiehba socjali, u korpi kostitwiti, li tassew huwa budget responsabbli, ekwu u ta' kuragg li ghandu jwassal biex pajjizna jerga’ jibda jirkupra mid-daqqa li kienet ir-ricessjoni.
- Zrajna zerriegha, illi trid tigi imsoqqija, u indukrata b'delikatezza u dedikazzjoni. Zerriegha li hija esposta ghall-elementi varji, u jista' jsirilha l-hsara facilment jekk ma niehdux hsiebha verament. Nemmen li l-Budget ta’ nhar it-Tnejn jimmarka punt determinanti f’din il-legislatura u mhux ta’ b’xejn l-membri tal-Oppozizzjoni hassewhom skomdi waqt il-qari tieghu.
- Il-Gvern qed jitghallem mill-izbalji tal-passat izda b’umilta u b'kuragg qed ihares lejn il-gejjieni. Il-maltemp li habat fuqna girifna izda ma bengilniex. Bhalma d-deheb jghaddi min-nar biex jigi ppurifkat, u hekk jistaghna fil-valur, hekk ukoll id-diffikultajiet ta’ dawn l-ahhar ghaxar xhur sahhewna, gieghluna nohorgu l-aqwa kapacitajiet taghna u taw valur oghla ‘l hidmitna.
- Il-Partit Nazzjonalista qed juri kemm tassew huwa kapaci li jsawwar strategija li taghraf tassew il-prioritajiet tal-pajjiz, li zzomm fuq qiddiem il-valur tax-xoghol, il-progress ekonomiku u socjali, politika li taghti dinjita 'l kull wiehed u wahda minna bhala shab. Ghalhekk tassew nemmen li din iz-zerriegha ghandna nindukrawha iktar minn qatt qabel, biex bl-esperjenza tal-passat, u b'saqajna sodi fil-prezent, inharsu b'kuragg ghall-gejjieni, ahjar ghal pajjizna.
Sena mimlija ħidma - 24 ta' Novembru 2009
- Ftit tal-granet ilu ddiskutejna u approvajna l-vot ghall-Ministeru tal-Finanzi, li jinkludi wkoll il-qasam li minnu jien direttament responsabbli. Fid-dibattitu, l-Oppozizzjoni ma sabet xejn x’tikkritika fil-hidma tat-Taqsima Proprjeta tal-Gvern pero xorta hassejt li kelli naghmel rendikont dettaljat ta’ x’wettaqna. L-ahhar sena ghalina kienet mimlija daqs bajda, f'hidma ma taqta xejn favur uzu dejjem ahjar, sostenibbli u li jrendi tat-tieni l-aqwa rizorsa li ghandna f'pajjizna – l-art.
- Ix-xoghol fit-Taqsima Proprjeta tal-Gvern huwa spiss xoghol li ma jissemmiex, ghax isir minn wara l-kwinti izda dan ma jnaqqas xejn mill-importanza tieghu. Il-hidma li ssir tifforma s-sinsla ta' hafna progetti nazzjonali qabel ma dawn jibdew. Din is-sena ukoll id-Dipartiment tal-Artijiet indirizza b'mod partikolari l-arretrati ta’ kirjiet li kellu jigbor il-Gvern, bi sforz specjali li rrizulta f'iktar minn miljun u nofs ewro jingabru sa Ottubru.
- Ma naqasx l-infurzar tal-ligi f'kazi meta jkun hemm abbuz ta’ art pubblika. Iktar minn 200 azzjoni ta’ zgumbrament, iktar mid-doppju tas-sena li ghaddiet,li ghalkemm forsi mhux dejjem ikun fil-lenti tal-media, huwa xoghol importanti biex tassew inharsu l-art. Hawnhekk tajjeb li nrodd hajr 'l dawk kollha li ghandhom ghal qalbhom l-onesta' u jirrikorru biex jghinu, u jaghmlu r-rapporti taghhom fuq il-Freephone 1577. Dan is-servizz li huwa miftuh 24 siegha kuljum, ircieva sa l-ahhar jiem 1222 rapport li kollha jigu investigati u li fuqhom jittiehdu passi skond in-necessita'.
- Fl-ahhar sena hdimna ukoll fuq l-emendi ghal-ligi tal-esproprju ta' art ghal ragunijiet pubblici. Dawn l-emendi huma mahsuba biex l-individwu jinghata iktar drittijiet filwaqt li inholoq mekkanizmu biex jigi imhares ahjar il-wirt storiku Malti. Dawn l-emendi gabru kunsens u approvazzjoni kemm mill-bankijiet tal-Oppozizzjoni, kif ukoll minn firxa wieghsa ta' NGOs illi fahhru din l-inizzjattiva. Dan jixhed Gvern li jaghraf il-bzonn tal-konsultazzjoni, biex tassew isiru r-riformi mehtiega li jirrizultaw fil-gid ta' dawk involuti. Il-konsultazzjoni hija mera ta’ gvern umli.
- Fuq l-istess suggett fl-ahhar sena, it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern ghamlet sforz ikbar biex tindirizza il-kazi pendenti ta' esproprju li kienu ghadhom ma thallsux. Din is-sena gew imhallsu iktar minn 9 miljun Ewro f'kumpens ghal artijiet 'l privat li hafna minnhom imorru lura ghas-snin sebghin u tmenin. Hemm hemel xoghol x’isir hawnhekk u s-sena d-diehla ser nintensifikaw din il-hidma. M’hemmx dubbju li d-dnubiet tal-gvernijiet socjalisti ghadhom jiggravawna llum.
- Fl-ahhar sena kellna ukoll numru gmielu ta' devoluzzjonijiet ta' proprjeta' pubblika 'l NGOs, Kunsilli Lokali u entitajiet sportivi. Kull devoluzzjoni tfisser hegga u impenn min naha tal-organizzazzjoni li tircievi ghax tintrabat bi progetti spiss ambizzjuzi li jaghmlu d-differenza – kull devoluzzjoni tfisser ukoll l-impenn u s-sostenn tangibbli lejn dawn l-organizzazzjonijiet mill-Gvern li jaghmlu l-gid fil-komunitajiet taghna.
- Indirizzajna ukoll l-iskema tal-2000 biex min jahdem ir-raba’ jinghata titolu. Ghall-ewwel darba introducejna servizz gdid ghall-gabillotti Ghawdxin, fejn l-ufficjali tal-GPD qed jitilghu regolarment Ghawdex biex jaqdu 'l Ghawdxin direttament fil-gzira tagghom. Dan jirrizulta f'inqas skarigg ghall-gabillott Ghawdxi, li m'ghandux ghalfejn jitlef gurnata xoghol biex jinqeda mil-Belt. Din is-sena saru diga iktar minn 250 kuntratt gdid ta’ qbiela.
- Il-hidma fl-ahhar sena kienet estensiva u impossibli li nsemmi kulma ghamilna hawn. Jigi f'mohhi l-progett li permezz tieghu iddikjarajna l-kosta tal-Gnejna u Fomm ir-Rih bhala art pubblika f'ezercizzju li jixhed l-importanza tal-accessibbilita' tal-pubbliku, fejn huwa umanament possibbli, ghall-art pubblika. Insemmi ukoll kif il-GPD hadet hsieb li s-sidien tal-caravans thallew juzaw il-medda art f'Bahar ic-Caghaq skond kundizzjonijiet specjali, bi hlas u garanzija bankarja - ghan li intlahaq ghall-ewwel darba. Insemmu ukoll l-ezercizzji kontinwi li saru fis-sajf fil-bajja tal-Ghadira biex stabbilimenti li ghandhom permess li johorgu deckchairs u umbrellel fuq ir-ramel, dan jaghmluh skond il-parametri tal-permessi taghhom.
- Meta nhares lura nhoss sodisfazzjon li l-ahhar sena ilhaqna miri importanti, izda ma nistrihx ghax it-triq ghada twila quddiemna u anke xi ftit ghat-tela’. Ghalhekk nirringrazzja 'l dawk kollha li taw il-kontribut taghhom fl-ahhar sena, kullhadd bil-mod tieghu, filwaqt li b'kuragg inhares 'l quddiem ghall-isfidi li ghandna gejjin.
Iktar art għall-pubbliku - 06 ta' Ottubru 2009
- Fl-ahhar sena u nofs, il-hidma tas-Segretarjat tieghi iffukat fuq progett ambizzjuz li jmur lil hinn minn dak li necessarjament jidher fuq il-mezzi tax-xandir. L-art u l-proprjeta’ pubblika kienu fic-centru tal-hidma tal-Gvern favur sostenibbilita’, u mod ahjar ta’ amministrazzjoni. Iktar minn hekk kienu il-qofol ta’ hidma ghal riforma fil-mentalita’ ta’ kif inharsu lejn dak li hu pubbliku.
- Mhux l-ewwel darba li l-azzjonijiet ta’ infurzar hadu prominenza fid-diskussjoni pubblika u dan ghax nemmnu li l-infurzar huwa wiehed mill-ghodda ta’ kif inharsu is-sostenibbilita’ ta’ din ir-rizorsa limitata. Izda kien hemm, u ghad hemm hafna xoghol ghaddej minn wara l-kwinti, li mhux necessarjament ikun qed isir fid-deher – hafna xoghol siewi li jwassal ghal rizultati importanti, li jaghtu sodisfazzjonijiet kbar.
- Il-gimgha l-ohra wasalna ghal wiehed minn dawn, u b’wicci minn quddiem nista’ nghid li ir-rizultat huwa wiehed li jimmarka pass importanti f’din il-mixja twila. Sa minn Novembru tas-sena l-ohra it-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern kienet ghaddejja b’xoghol biex tigi indirizzata u ccarata is-sitwazzjoni dwar min hu s-sid tal-kosta mill-bajja tal-Gnejna sa dik ta’ Fomm ir-Rih, li tinsab qrib. Sa recentement ma kienetx tezisti stampa cara ta’ xi drittijiet ghall-access kellu l-pubbliku f’dawn iz-zoni, ghax hafna proprjeta’ f’dawn l-inhawi huma proprjeta’ privata minhabba kuntratti li jmorru lura mijiet ta’ snin. Ghalhekk it-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern flimkien mar-Registru tal-Artijiet beda l-process biex jirregistra iktar minn 100,000 metru kwadru art f’din iz-zona sabiex jippermetti li persuni li ghandhom proprjeta’ privata li giet irregistrata, ikunu jistghu igibu prova li din l-art hija taghhom, u b’hekk din tigi rilaxxata. Wara, il-Gvern iddikkjara ufficjalment tieghu u ghalhekk tal-pubbliku ammont vast ta’ kwazi 60,000 metru kwadrat ta’ art li hi kollha xatt il-bahar.
- Dan il-process ha z-zmien biex isir. Bizzejjed nghidu li l-process kien jinvolvi l-analizi u studju ta’ numru gmielu ta’ kuntratti li uhud imorru lura sas-sena 1695 u ghalhekk dawn huma miktuba jew b’Taljan antik jew anke f’kazi bil-Latin. Fl-istess waqt ridt nimxi mal-principju tad-dritt Ruman li xatt il-bahar ghandu jkun dominju pubbliku u dan jasal sa fejn tasal l-ikbar mewga fl-ikbar maltempata fix-xitwa. Principju ta’ 1,500 sena ilu u li ilu segwit mill-Qrati taghna.
- Il-pass li jmiss kien li jigi deciz liema zoni ser jigu dikkjarati pubblici u ghalhekk jifformaw parti mid-dominju pubbliku, u liema jigu rrilaxxati mir-registru pubbliku favur il-privat. Hawnhekk fejn dahal studju profond ta’ bosta sentenzi tal-qrati li jitkellmu proprju fuq dan u l-kuncett ta’ xatt il-bahar Skond din il-prassi gie deciz l-Gvern izomm ghandu medda ta’ kwazi 60 kilometru kwadru ta’ art li isserrep mit-tarf tal-bajja tal-Gnejna fuq in-naha tal-lemin, sal-bajja ta’ Fomm ir-Rih, madwar 4.4kilometri, u li issa hija pubblika. Ovvjament mhux kullimkien huwa accessibli minhabba li hemm l-irdum pero hemm partijiet li huma accessibbli.
- Dan zgur li ma nharsux lejh bhal xi punt ta’ wasla. Ir-rizultat innifsu ta’ hafna xoghol tal-haddiema iddedikati tat-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern, u r-rispons pozittiv li rcevejna mill-pubbliku jaghtina l-kuragg li nkomplu mixjin fuq dan il-progett li imbarkajna fuq sena u nofs ilu.
Investiment biex jitkattru l-impjiegi - 13 ta' Ottubru 2009
- Hekk kif jispicca s-sajf, ta' kull sena id-dibattitu nazzjonali jibda' jikkoncentra dwar il-Budget. Illum il-gurnata l-istil ta' kif jithejja l-Budget m'ghadux bhalma kien dari, taht mizuri stretti ta' segretezza u bibien maghluqin. Anzi minn kmieni anke qabel is-sajf, il-Ministeru tal-Finanzi jkun impenjat b'sensiela twila ta' laqghat ma' kulmin huwa involut f'dan il-process, u kulmin jinteressah, biex tinghata importanza dejjem ikbar 'l konsultazzjoni. Ninsew li kien dan il-partit li ghamel il-konsultazzjoni l-vangelu ta’ hidmietna. Tajjeb li nfakkruh.
- Bhala Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, attendejt wahda minn dawn il-laqghat il-gimgha l-ohra u laqatni l-intervent tal-Ministru Fenech fejn ta stampa cara hafna ta' x'inhuma l-prioritajiet tal-Gvern ghas-sena d-diehla. Kif wiehed jistenna, il-Budget ghas-sena d-diehla, fost l-iktar difficli f’dawn l-ahhar snin, ser ikun wiehed ankrat fir-realta' tal-krizi finanzjarja u r-recessjoni globali li gabet maghha – mhux ta' b'xejn li t-tema ser tkun 'Impjiegi, Investiment u Koezjoni Socjali'. Ghax dal-Gvern tassew jemmen fil-valur ta' dawn it-tlett pilastri li fuqhom iserrah il-livell tal-ghixien tal-familji Maltin.
- Meta wiehed janalizza sewwa l-andament ekonomiku ta' pajjizna f'dawn iz-zminijiet difficli, wiehed jirrealizza li fil-kuntest tal-maltempata harxa li qed tahbat hemm barra, Malta qed tfendi ghal rasha sewwa, u dan frott il-politika ghaqlija tal-Gvern. Bizzejjed nghidu li fl-ewwel tmin xhur ta' din is-sena, id-Diviżjoni tal-Kummerċ ħarġet mat-800 liċenzja ġdida għal negozju. Sinjal ta’ fiducja fl-ekonomija u f’min qed imexxiha.
- Skond il-Kummissjoni Ewropea, Malta giet indikata bhala wiehed mill-iktar pajjizi li nvesta f’dan il-mument ta' krizi. L-istimolu ekonomiku li nieda l-Gvern jammonta ghal 1.6% tal-Prodott Gross Domestiku u kif qalet il-Kummissjoni Ewropea l-gimgha l-ohra, ir-raba’ l-oghla stimolu finanzjarju fl-Unjoni Ewropea kollha. Mhux kif qal il-Kap tal-Oppozizzjoni ftit granet ilu meta akkuza l-Gvern li xxahhah u qghad lura milli jghin ‘l industrija f’din ir-ricessjoni. Ghax kelna tassew il-finanzi fis-sod, il-maltemp sabna ippreparati sew ghall-ghawg u stajna ninvestu bil-bosta.
- Il-manifattura reġgħet qed tieħu r-ruħ anke għaliex l-għajnuna li l-Gvern taha, rabatha ma’ investiment ġdid u ħafna mill-kumpaniji li marru fuq gimgha ta’ 4 ijiem issa reġgħu lura għan-normal, inkluz bl-overtime. Dan apparti certi niccec partikolari fl-ekonomija taghna li komplew jikbru bhas-Servizzi Finanzjarji, il-Gaming u l-Industrija tal-Farmacewtika. Kif jikkonfermaw numru ta’ studji internazzjonali, u kif ser inhabbru dalwaqt, Malta baqgħet kompetittiva u l-interess f’pajjiżna għadu hemm minn investituri barranin.
- Il-politika ghaqlija tal-Gvern qed taghti l-frott, anke fl-iktar sena iebsa fl-ahhar mitt sena ghad-dinja kollha. Ghalhekk huwa tal-misthija li tisma' fostna min irid itellef, u jxewwex b'diskors li zgur ma jaghmilx gid. Huwa facli titkellem sabih u tilghab ghall-gallarija, hija storja ferm differenti meta jkollok it-tmun tal-pajjiz f'idejk.
- Bhalma ghamel dejjem, il-Gvern jaghzel li jkompli jinvesti fl-oqsma li huma importanti ghall-kompetittivita ta' pajjizna bhalma huma l-infrastruttura, ir-ricerka u l-innovazzjoni, it-teknologiji godda, metodi dejjem aqwa ta' komunikazzjoni, edukazzjoni u tahrig anke tul il-hajja, kif ukoll fil-wirt storiku taghna li jaghmilna min ahna.
- Ghalhekk il-Gvern jaghzel li jimxi fuq pjan imsejjes fuq Impjiegi, Investiment u Koezjoni Socjali. Tlett elementi li huma katina bejnietom, wahda sserrah ma' l-ohra. Tlett elementi li jikkontribwixxu direttament fil-hajja tac-cittadini, ghax jirrizultaw f'impjiegi.
Il-Propjeta' pubblika ghas-servizz tieghek - 20 ta' Ottubru 2009
- Spiss naqraw u nisimghu dwar l-importanza tal-prevenzjoni f'kollox. Li kemm jista' jkun tahseb minn qabel u tkun ippreparat biex ghall-eventwalita' tal-inkwiet tkun imhejji sewwa u f'pozizzjoni li tirrispondi huwa hsieb li japplika ghal bosta oqsma tal-hajja. Ewlieni fosthom huwa l-qasam tas-sahha fejn huwa ferm ahjar li tkun preventiv, milli jkollok tirrispondi ghall-mard b'kura wara.
- Dan huwa l-hsieb centrali wara l-holqien tal-Programm Nazzjonali ghall-Breast Screening li beda jithaddem ilbierah mic-Centru Nazzjonali ghall-Breast Screening li infetah ghal dan il-ghan, gewwa l-Belt Valletta fix-Xatt ta' Lascaris. L-okkazjoni tal-ftuh ufficjali ta' dan ic-centru kienet opportunita sabiha li timmarka l-hidma sfieqa inter-ministerjali (bejn it-Taqsima Proprjeta tal-Gvern u d-Dipartiment tas-Sahha) li permezz taghha twassal ghal rizultati tangibbli, u li jikkontribwixxu direttament ghat-titjieb tal-livell tal-ghajxien tan-nies.
- Waqt il-ftuh ufficjali lbierah mill-Ministru tas-Sahha kelli l-opportunita' li nesprimi is-sodisfazzjon tieghi li ghal darb'ohra qed naraw il-frott tal-politika tal-Gvern li haddanna ghal dawn l-ahhar tmintax il-xahar, li l-proprjeta' pubblika ghandha dejjem tintuza bl-ahjar mod u bl-iktar mod li jirrizulta f'beneficcju ghall-pubbliku. Ic-Centru Nazzjonali tal-Breast Screening huwa bini tal-Gvern f'zona centrali gewwa l-Belt Valletta li qed jintuza ghal ghan mill-iktar nobbli, holqa ohra fil-katina ta' inizzjattivi favur uzu sostenibbli tal-proprjeta' pubblika.
- Dan jibqa’ l-ghan centrali taghna, li nahdmu biex din ir-rizorsa limitata li ghandna li hija l-art, nuzawha dejjem ahjar. Dan jinghaqad mal-hidma li wettqet it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern li minnha jien politikament responsabbli biex medda art ta' madwar 60,000metru kwadru art mal-kosta ta' Fomm ir-Rih sal-Gnejna issa hija dikkjarata tal-Gvern, u ghalhekk taghmel parti mid-dominju pubbliku. Dan sar b'hidma intensiva mill-istaff professjonali tat-Taqsima, li insellmilhom ghad-dedikazzjoni taghhom, wara analizi profonda u dettaljata tal-kuntratti li uhud minnhom imorru lura sas-seklu sbatax. Xatt il-bahar f'dawn l-inhawi issa huwa dominju pubbliku, u b'hekk harisna kuncett importanti favur il-poplu.
- Bejn dawn iz-zewg kazi li semmejt, ghad li differenti fl-entita, il-common denominator huwa li l-pubbliku ser igawdi minn proprjeta jew art pubblika, li sa ftit ilu ma setax. Dan jibqa' l-fus tal-politika taghna.
- Ma ninsewx li il-Programm Nazzjonali ghall-Breast Screening huwa ukoll it-twettieq ta' weghda elettorali tal-Partit Nazzjonalista ghall-Elezzjoni tal-2008. Permezz tal-ftuh ufficjali ta' dan ic-centru, il-Gvern ghal darb'ohra qed itenni li jzomm il-weghdi li jaghmel.
- Pero minbarra z-zamma tal-weghda, is-sabih tal-okkazjoni tal-lbierah huwa pass mhux zghir ‘l quddiem ghal iktar sahha tal-poplu. Ghalhekk nifrah 'l Ministru Dalli kif ukoll is-Segretarju Parlamentari Cassar li huwa direttament responsabbli mis-settur tas-Sahha fl-okkazjoni tal-ftuh ta' dan ic-Centru. J'Alla jhalli l-gid kollu possibbli ghall-beneficcju tal-pubbliku Malti.
Trasparenza, Kontabbilta u Gustizzja - 27 ta' Ottubru 2009
- Il-gimgha l-ohra bdejna l-process fil-Parlament tat-tieni qari tal-abbozz ghall-emendi fil-ligi li tirregola l-esproprjazzjoni ta’ art minghand il-privat. Dawn l-emendi huma mahsuba biex jaghtu izjed drittijiet lic-cittadini fi sfond ta’ qafas ahjar biex inharsu l-wirt kulturali taghna. Huwa ta’ sodisfazzjon doppju ghalija u ghall-Gvern meta dawn l-emendi jitqiesu fid-dawl li anke l-Oppozizzjoni inghaqdet f’kor wiehed tfahhar ‘l Gvern ghal din l-inizzjattiva li qed jiehu permezz ta’ dawn l-emendi.
- U l-kuragg tal-Oppozizzjoni li tfahhar ‘l Gvern ghal din l-inizzjattiva huwa logiku, ghax permezz ta’ dawn l-emendi, ic-cittadin ser jinghata sahha li qatt ma kellu, biex jinaghta dejjem izjed drittijiet. Hadt pjacir nisma’ l-Onor Owen Bonnici jitkellem fil-Parlament nhar it-Tnejn 19 ta’ Ottubru, meta qal li Gvern juri kemm hu b’sahhtu daqs kemm huwa kapaci jaghti drittijiet lic-cittadini tieghu. U dan huwa ezatt dak li qed jaghmel dan il-Gvern. Jaghti sahha legali lic-cittadin biex jigi fuq level playing field mal-Gvern f’ezercizzju li jsahhah dejjem iktar il-kredenzjali demokratici ta’ dal-Gvern.
- Il-Gvern qed juri umilta’ quddiem ic-cittadin, fejn dan jidhirlu li jisthoqqlu trattament ahjar. Ezempju prattiku huwa li sal-lum skond il-ligi tal-Qbiela, ma kienx possibbli ghal sid ta’ art jew proprjeta’ li tkun mehtiega ghal esproprju li dan jikkontesta l-uzu pubbliku fid-dikjarazzjoni tal-Presdident tar-Repubblika li ghalih tinhtieg il-proprjeta’ tieghu. Sal-lum id-dikjarazzjoni tal-President tar-Repubblika wahedha kienet sufficjenti legalment u sid il-proprjeta’ ma setax anqas jitlob il-Qorti tistaqsi jekk l-uzu pubbliku huwiex tassew uzu li jiggustifika li tittehidlu l-proprjeta’. Dan ser jigi emendat, biex il-Qorti tkun tista’ tissindika jekk l-iskop pubbliku huwiex tassew, u b’hekk jinghata izjed dritt ‘l pubbliku. Ghalhekk is-sid ser ikun jista’ sa 21 gurnata mid-dikjarazzjoni tal-President, jitlob ‘l Qorti tara’ jekk l-iskop huwiex tassew skop pubbliku.
- Ezempju prattiku iehor li ser jissarraf f’iktar drittijiet lic-cittadin Malti u Ghawdxi huwa li qed jigu introdotti kriterji importanti li ghandu jkun hemm fir-rapport li jhejju l-periti li jiffurmaw il-Land Arbitration Board (LAB), flimkien mal-Magistrat. Dan ir-rapport ghandu jinkludi, fejn applikabbli, referenza ta’ comparable transactions – dan ifisser li il-valur li jinghata ghal bicca art ta’ certu daqs u f’certu zona, ghandu jkun komparabbli mal-valur li inghata ‘l bicca art ta’ daqs simili u fl-istess inhawi fi zmien mhux ‘l boghod.
- Ta min isemmi ukoll illi sal-lum, jekk il-periti jaqblu bejniethom, u jhejju rapport ta’ valutazzjoni ta’ l-art unanimu, dawn kienu jorbtu idejn il-Magistrat. F’dan il-kaz ghalhekk, il-Magistrat ma setax imur kontra l-kelma taghhom. Dan mhux ser jibqa’ ghax permezz ta’ dawn l-emendi qed insahhu idejn il-gudikant, ghax tassew ghandna fiducja fil-Qrati taghna. Iktar drittijiet ser jinaghtaw lic-cittadin ghax fejn sal-lum sid ta’ proprjeta’ ma setax jappella is-sentenza ta’ dan l-istess board sakemm ma jkunx fuq punt ta’ dritt. Issa ser ikun jista’ jappella anke fuq valutazzjoni.
- Dawn huma ftit mid-dettalji tal-abbozz tal-ligi li qed nipproponu fil-Parlament, li tassew nemmnu li ser iggib bidliet importanti fl-istil ta’ kif isiru l-esproprji f’pajjizna. Jekk ikolli ninsa ghal mument il-legalizmi tal-abbozz innifsu b’wicci minn quddiem nghid li facilment nista’ nigbor dan l-abbozz fi tlett kelmiet: Trasparenza, kontabilita’ u gustizzja.
Il-perfett għadu tat-tajjeb? - 1 ta' Settembru 2009
- M’hemmx dubbju li fil-hajja kull wiehed u wahda minna jipprova l-almu tieghu biex jaghmel l-ahjar. Sew fix-xoghol u sew fil-hajja privata. Mhux dejjem jirnexxielna. Izda anke fl-attivita politika taghna, indipendentement minn liema naha tal-mizien politiku gejjin, irrid nemmen li l-maggoranza jippruvaw jaghmlu l-ahjar li jistghu ghal ghanijiet tajbin. Il-metodi huma bosta drabi differenti izda l-ghan li jsir il-gid suppost qieghed hemm f’kulhadd.
- Sibt ruhi nirrifletti fuq dan jiena u nisma’ u naqra fuq l-elogji u l-kummentarji li qed jintqalu wara l-mewt tas-Senatur Kennedy. Fost il-hafna kummenti sbieh li intqalu hemm wiehed komuni ghal bosta li semmghu lehinhom. Ghax karatteristika ta’ dan is-senatur veteran, u li ghamlitu tant ta’ success u mahbub, kienet il-kapacita tieghu li jaqsam il-kurridur politiku biex jilhaq kompromess fuq tant ligijiet li kellhom it-timbru tieghu. Kellu kapacita jipperswadi u kuragguz bizzejjed biex jitlaq il-pozizzjoni originali tieghu basta jkun hemm qbil bejn iz-zewg nahat tas-senat.
- Ghax sakemm int ma taghmilx kompromessi mal-kuxjenza u principji tieghek, mhemmx xejn hazin li tipprova tasal fin-nofs tad-diverbju politiku. Kennedy kellu fama li kien lest jinheba fid-dell tal-oskurita fuq abbozz ta’ ligi (u li jkun haseb u hadem fuqha huwa) biex tan-naha l-ohra ma jsibuhiex bi tqila jivvutaw favur. Is-success ghalih kien li l-abbozz jsir ligi, mhux tant l-applaws jew ir-rikonoxximent. Bhalma mhux darba u tnejn issagrifika l-pozizzjoni inizzjali tieghu fuq abbozz basta jintlahaq ftehim universali fis-Senat.
- Dan ifisser li l-perfett, jew l-kisba tal-perfezzjoni, hija necessarjament ghadu tal-principju li t-tajjeb jghaddi? Ghax jekk fil-politika inkunu lesti niehdu pass lura biex ma nilhqux (dak li nahsbu li hu) perfett, ifisser bilfors li mhux qed naghmlu it-tajjeb? It-tiftix ghal pozizzjoni ideali ghandha tirbah fuq rizultat maqbul izda differenti minn dak li xtaqt?
- L-esperjenza ta’ Kennedy, u ta’ hafna gganti tal-politika kullimkien, turi li dan mhux minnu. Jekk f’ghazla bejn li tilhaq il-pozizzjoni perfetta skond il-pjanijiet tieghek izda b’oppozizzjoni, u bejn li jintlahaq kompromess u qbil universali, taghzel tat-tieni, jien nemmen li dik hija d-decizjoni t-tajba.
- F’Ruma klassika kien jinghad li l-virtu tinsab fin-nofs. U nemmen li l-arti difficli izda nobbli tal-politika hija ezercizzju kostanti ta’ tiftix ghat-triq tan-nofs, basta ma jigux kompromessi valuri u principji. Bil-logika, b’hafna perswazjoni u hafna ghaqal, u zgur bix-xorb mill-kalci tal-umilta, nemmen li r-rizultat ahhari f’kull cirkostanza jkun hafna ahjar u salutari, milli rizultat impost. L-esperjenza ta’ Kennedy turi li l-ghaqli jippreferi jiccahhad mill-ghan perfett, basta jirbah it-tajjeb.
Iktar kura ghall-Wirt Storiku Malti - 15 ta' Settembru 2009
- Il-wirt storiku taghna huwa wiehed minn dawk l-elementi illi jikkontribwixxu ghall-identita' taghna bhala nazzjon. L-istorja ta' pajjizna tikkontribwixxi direttament ghall-kultura taghna f'iktar minn livell wiehed. Kull drawwa, passatemp, jew haga ohra li naghmlu, tista' tghid li hemm storja warajha, li tixhed eghruq twal fil-passat tal-gzejjer taghna. F'Malta ghandna x-xorti li kwazi kull fejn tmur, tiltaqa ma' monumenti fejn il-passat jiltaqa' mal-kontemporanju, fejn il-bniedem tas-seklu 21 jittiehed lura fiz-zmien. Qed nirreferi ghall-binjiet, palazzi, torrijiet u bini iehor illi huma testment ghall-istorja ta' pajjizna.
- Hija l-politika tal-Gvern li l-wirt storiku ghandu jitgawda minn kullhadd, u ghandu jkun accessibbli kemm jista' jkun biex jitgawda mill-pubbliku. Sitwazzjonijiet fejn monumenti ghall-istorja taghna jkunu qed ibatu minn nuqqas ta' kura u attenzjoni, hekk li hafna drabi issirilhom hsara irreparabbli, ma jistghux jibqghu jigu ittollerati. U kien f'dan is-sens illi l-gimgha li ghaddiet ghaddejt, ghan-nom tal-Gvern, zewg siti ta' importanza storika mhux zghira 'l Kunsill Lokali tal-Mellieha, biex dawn isirilhom ix-xoghol necessarju, ta' restawr u riabilitazzjoni.
- Dak li hu maghruf bhala t-Torri l-Abjad tal-Mellieha, sfortunatament ma jinsabx fi stat sabih. Apparti l-hsarat strutturali li garrab sforz l-elementi li huwa tant espost ghalihom, mal-medda taz-zmien zdidulu strutturi u kmamar mad-dawra tieghu, li m’ghamlulux gid.
- U hawn fejn tidhol il-hegga u l-interess ta' Kunsilli Lokali bhal tal-Mellieha li jiehdu l-interess li jidhlu ghal progetti bhal dan biex titwaqqaf il-hsara u jibda jsir il-gid. Flimkien ma' NGOs lokali specjalizzati f'dan il-qasam, il-Kunsill Lokali tal-Mellieha ser ikun qed jirrestawra dan it-Torri biex dan jerga’ jingieb fl-istat originali tieghu. Ser issir rijabilitazzjoni totali tal-post, filwaqt li tigi rispettata l-istorja tat-Torri innifisu li kien jintuza wkoll mill-forzi tar-Renju Unit f’Malta.
- It-Torri l-Abjad li huwa wiehed mit-tlettax-il torri li bena l-Grammastru De Redin fl-1658, biex jghassu l-gzira fis-seklu sittax, mhuwiex l-uniku ezempju ta' devoluzzjonijiet li l-Gvern qed jaghmel biex dejjem jipprotegi ahjar il-wirt storiku nazzjonali Malti. Fl-istess cerimonja tal-gimgha l-ohra, ghaddejna wkoll lill-Kunsill Lokali Melliehi pill box tal-1903 li nbniet mill-qawwiet Inglizi biex tghasses u tiddefendi l-bajja tal-Ghadira, fi pjan strategiku li kien strumentali fiz-zewg Gwerer Dinjija. Din ukoll ser tigi restawrata u tizdied mal-lista dejjem tikber ta' postijiet ta' interess li kemm Maltin kif ukoll turisti jistghu izuru fil-Mellieha.
- Dawn iz-zewg siti fil-Mellieha huma l-ahhar zewg perli f'kullana twila ta' devoluzzjonijiet li l-Gvern qed iwettaq. Fil-bidu tas-sajf, bl-istess mod ghaddejna t-Torri tal-Madliena gewwa Bahar ic-Caghaq lill-Fondazzjoni Wirt Artna biex dan ukoll jigi restawrat u jaghmel parti minn heritage trail Militari, li hija ppjanata fl-akkwata mill-istess fondazzjoni.
- Din il-hidma volontarja u li hafna drabi ma tidhirx, jisthoqqilha kull tifhir u apprezzament wieghsa. Il-hegga ta' Kunsilli Lokali, u l-esperjenza ta' NGOs specjalizzati huma ghodda tajba ferm biex inkompu niehdu hsieb il-wirt taghna u nizviluppawh f'attrazzjonijiet ta' valur mizjud, ghall-lokalitajiet taghna.
Dejjem iktar għas-servizz tiegġek - 22 ta' Settembru 2009
- Il-Gimgha li ghaddiet flimkien mal-Ministru Giovanna Debono, kelli l-opportunita' li nzur l-ufficju tad-Dipartiment tal-Artijiet gewwa Ghawdex, fejn kienu qed jigu iffirmati kuntratti mill-iskema ALS (Agricultural Land Scheme) ghall-bdiewa Ghawdxin. Flimkien stajna nassistu ghal ezempju iehor fil-prattika ta' Gvern li jahdem biex jersaq dejjem izjed vicin tal-pubbliku, ghall-kumdita' tal-pubbliku.
- L-iskemanALPS kienet skema volontarja li nieda l-Gvern fis-sena 2000 u kienet tagħti titlu lil dawk il-bdiewa li kienu ilhom jahdmu r-raba’ ghal iktar minn sentejn minghajr titlu legali, jew inkella l-kirja kienet flimkien ma’ bdiewa oħra, biex b’hekk setghet tingħatalhom kirja individwali. Din l-iskema kienet intlaqghet tajjeb ferm, tant li kienu applikaw ghaliha 'l fuq minn 9,000 applikazzjoni, 3,000 minnhom minn Ghawdex biss u li ghadhom pendenti.
- Sa ftit xhur ilu il-bdiewa Ghawdxin kien jinhtiegilhom li jinzlu Malta biex jaghmlu l-kuntratt finali, meta jinghatalhom appuntament mill-ufficjali inkarigati mit-Taqsima Proprjeta tal-Gvern. Sa minn April li ghadda 'l hawn dan inbidel, ghax issa id-Divizjoni Proprjeta tal-Gvern qed toffri l-istess servizz gewwa Ghawdex ghall-kumdita' tal-bdiewa Ghawdxin. B'hekk il-bidwi Ghawdxi m'ghandux izjed ghalfejn joqghod jinzel Malta biex jinqeda', u b'hekk jitlef il-gurnata tax-xoghol, bl-iskariggi kollha relatati. Fl-ahhar 4 xhur saru kwazi 150 minn dawn il-kuntratti.
- Dan huwa pass iehor li jinghaqad mal-mixja twila tal-Gvern li jqarreb is-servizzi tieghu lejn il-pubbliku. Is-sistemi ta' e-Government li huma uzati minn tant nies, joffru serje vasta ta' servizzi li dari kienu jinhtiegu li wiehed jiehu gurnata frank mix-xoghol, jew jibghat 'l xi hadd minfloku, bil-kumplikazzjonijiet li dan igib mieghu.
- Fil-kaz ta' kuntratti li jridu jigu ffirmati, bhalma hija l-iskema tal-ALS, dan ma jistax isir minn fuq is-servizzi ta' teknologij tal-informatika u jinvolvi kumplessita legali mhux zghira, madanakollu kull pass biex inaqqas l-iskarigg tal-pubbliku isir, u jsir bil-qalb.
- Dan jinghaqad ma’ servizzi ohra li hemm ippjanati mil-Gvern specjalment fil-qasam tal-proprjeta' pubblika. Jekk ma jinqala’ xejn, fil-futur qarib nhabbru sistema gdida u state of the art tal-IT li tiffacilita bis-sahha kif wiehed jinqeda mid-Divizjoni Proprjeta' tal-Gvern. Din ser tkun revoluzzjoni kbira ta' kif isiru l-affarjiet, ghas-servizz tal-pubbliku.
- L-infurzar huwa tajjeb, id-devoluzzjoni hija eccellenti, l-iskop ahhari jibqa' li kull ma naghmlu jkun jirrifletti l-bzonnijiet tal-pubbliku, li fl-ahhar mill-ahhar huwa l-klijent taghna.
Frott Malta Indipendenti - 29 ta' Settembru 2009
- Bhalma kull persuna timmarka jum it-twelid taghha, anke jekk jghaddi hafna zmien, hekk ukoll kull Stat jimmarka jum twelidu, jghaddi kemm jghaddi zmien ghax dik hija l-gurnata li l-Istat gie fis-sehh. Anke jekk bhala nazzjon kien jezisti qabel, (bhalma persuna titnissel xhur qabel it-twelid izda tfakkar dejjem jum it-twelid u mhux jum it-tnissil taghha) l-Istat jfakkar jum it-twelid tieghu fuq il-palk internazzjonali, liema jum hafna drabi jkun Jum l-Indipendenza.
- Meta l-Istat Malti twieled fl-1964, Malta hadet postha fuq il-palk internazzjonali, fosthom anke fil-Gnus Maghquda. Minkejja pajjiz zghir fid-daqs u zaghzugh ferm fiz-zmien, Malta taghna bdiet toffri il-kontribut taghha permezz ta’ ideat u proposti innovativi ‘l kumplament tad-dinja. Hekk ghamilna, per ezempju, bil-proposta seminali taghna, fl-1967, biex jigi introdott ghall-ewwel darba il-kuncett tal-wirt komuni tal-umanita, liema proposta waslet biex fl-1982 il-Ligi tal-Bahar tkun addotata u tigi fis-sehh fl-1994.
- Ghamel sewwa il-Prim Ministru l-gimgha li ghaddiet jfakkar ‘l Gnus Maghquda f’dak li Malta kienet ipproponiet, mill-istess post, fl-1967 u fl-1988. Waqt li fl-1967, tliet snin biss wara t-twelid taghha bhala Stat u fl-eqqel tal-Gwerra Bierda, Malta ipproponiet li r-rizorsi f’qiegh l-ibhra internazzjonali jkunu patrimonju tal-umanita (ghax kienet ser tibda girja sfrenata bejn l-iStati Uniti u l-Unjoni Sovjetika ghal dawn ir-rizorsi, specjalment ghal manganese nodules, speci ta’ blalen zghar tal-hadid f’qiegh l-ibhra), fl-1988, meta hadd ma kien lanqas johlom li jitkellem fuq il-bidla fil-klima, Malta ipproponiet u kkonvinciet li l-bidla fil-klima huwa ta’ interess u thassib ghall-umanita. Dakinhar kien hemm min dahaq bina. Illum kulhadd jitkellem u jiddibatti l-bidla fil-klima u l-effetti ta’ dan fuq l-ikel u fuq is-sigurta tal-pajjizi u kif din hija l-ikbar sfida ghall-umanita u l-hajja fuq din l-art f’dawn l-ahhar mijiet ta’ snin.
- Permezz tal-Prim Ministru l-gimgha li ghaddiet, Malta wriet li trid tibqa’ protagonista bil-kontribut tal-ideat taghha fil-Gnus Maghquda ghax Malta sejhet ghal revizjoni tal-Ligi tal-Bahar tal-1982. Dan peress li fenomeni recenti bhat-traffikar ta’ droga, il-piraterija u r-regoli li jitkelmu dwar it-tqeghid ta’ cables kbar f’qiegh l-ibhra jehtiegu jkunu riflessi fil-Ligi tal-Bahar. Ghax jekk din il-Ligi tal-Bahar hija l-Kostituzzjoni li tirregola l-attivita tal-bniedem f’qiegh l-oceani, jehtieg tkun aggornata u irfinuta dejjem iktar.
- Ma jidhirlix li kien hemm xi Stat iehor, apparti pajjizna, li l-gimgha li ghaddiet, jew qatt, tkellem fuq tali revizjoni tal-Ligi tal-Bahar. Rega’ kien pajjizna li jpoggi dan is-suggett fuq l-agenda dinjija. Minn Stat ta’ appena tliet snin esperjenza wara l-Indipendenza tal-1964 meta ipproponejna l-wirt komuni tal-umanita, Malta llum, Stat interdipendenti u Ewropew, qed terga’ tistieden ‘l komunita internazzjonali tilqa’ l-isfidi godda ta’ zminijietna.
Eroj Siekta - 4 ta' Awwissu 2009
- F’din in-naha taghna tad-dinja ftit li xejn naghtu importanza, ghad li misthoqqa, 'l dawk li ferm ‘l boghod minna li, anke llum, lesti jaghtu hajjithom ghall-eghzez valuri li jemnu fihom, bhall-liberta u l-hajja. Dan u iktar ghadda minn mohhi dan l-ahhar meta qrajt dwar il-hajja ta’ zewg nisa, wahda fic-Cecnija u l-ohra fil-Myanmar. Ta’ l-ewwel maqtula ghal hidmietha kontra l-abbuzi tad-drittijiet umani u l-ohra ilha iktar minn 20 sena arrestata f’darha mir-regim dittatorjali li hija topponi.
- Kienet xena li ta’ sikwit iddeskriviet hija stess. Fil-15 ta’ Lulju li ghadda, filghodu, appena harget mill-flat taghha fi Grozny, fic-Cecnija, Natalia Estemirova giet sfurzata go vettura. Ghalxejn l-ghajjat taghha ghax dawk li semghuha kienu mbezzghin wisq biex jirrapurtaw. Ftit wara instabet maqtula b’4 tiri f’sidirha u f’rasha, apparti feriti fuq idejha u fuq spallejha li kienu juru liema swat qalghet qabel inqatlet. Matul hajjitha iddokumentat mijiet ta’ kazijiet simili fic-Cecnija. Dak li d-dinja taf dwar dak li qed jigri hemm nafuh lilha u ‘l shabha li qed jinqatlu ftit ftit. Hames xhur qabel, hija stess marret il-funeral ta’ wiehed minn shabha fil-kampanja tad-drittijiet tal-bniedem fic-Cecnija, li kien inqatel f’Moska. Ohra maqtula tliet snin ilu kienet l-gurnalista Anna Politkovskaya.
- F’zghoriti kont nisma’ b’Burma. Illum jismu Myanmar. Ghal dawn l-ahhar 20 sena ir-regim militari pogga taht arrest f’darha ‘l Aung San Suu Kyi, illum tghodd 64 sena u mara xipli. Ilha s-snin titlob ghar-rilaxx ta’ iktar minn 2,000 prigunier politiku li jopponu r-regim prezenti (u li hataf il-poter fl-1962) u titlob li r-rizultat elettorali tal-1990 (li hija rebhet b’mod assolut) jkun rispettat. Il-kuragg taghha jghaggibni. Oppozizzjoni bla kantunieri kontra r-regim li m’ghandu ebda legittimita, izda minghajr ma qatt sejhet ghal vjolenza. L-istatura morali taghha hija tali li titqies fuq l-istess livell ta’ Nelson Mandela jew tad-Dalai Lama. Tispira ‘l eluf madwar id-dinja jahdmu ghall-liberta f’pajjizi fejn m’hemmx. Id-dar taghha saret bhal maqdes ghad-demokrazija u hemm suspett li r-regim jeqred din id-dar li qed tigbed ‘l hafna, anke barranin lejha. Dan l-ahhar barrani ppruva jersaq lejn din id-dar mill-bahar u Kyi giet mixlija quddiem qorti militari li kisret il-kundizzjonijiet tal-arrest taghha. Hemm cans li tispicca l-habs ghal zmien twil.
- Niftakar frazi tal-Papa Woytla meta sellem ‘l «genju tal-mara ». Dawn iz-zewg kazijiet jixhdu kemm anke fi zminijietna hemm nisa lesti jissagrifika kollox ghall-ideali li jemnu fihom. Nisa b’kuragg tal-azzar li lesti jisfidaw l-ingustizzja u l-oppressjoni.
L-isfidi huma opportunitajiet - 11 ta' Awwissu 2009
- Issa saret kwazi in-normalita' illi ta' kuljum fl-ahbarjiet internazzjonali issir referenza ghall-krizi ekonomika internazzjonali li qed tahkem id-dinja. Is-sitwzzjoni mhijiex wahda semplici, u mhux ser tghaddi kif gieb u lahaq. Osservaturi ekonomici kollha jaqblu li din hija wahda mill-aghar krizijiet li d-dinja garrbet fl-ahhar seklu, u ghalhekk jehtieg ghaqal liema bhalu biex nohorgu minnha bl-inqas dannu.
- Id-dokument ghal qabel il-Budget ta' din is-sena jahseb proprju ghal dan, u huwa iddizinjat biex jilhaq dan il-ghan. Bit-titlu ta' “Tkabbir, Impjiegi u Koezjoni Socjali”, dan id-dokument ghal qabel il-Budget qed izomm fic-centru lill-persuna, filwaqt li juri kif indawru l-isfidi f'opportunitajiet.
- Malta qed tiffaccja l-isfidi daqs il-pajjizi l-ohra, ghax l-ekonomija Maltija taghmel parti minn katina li hija l-ekonomija dinjija. Dan l-effett ihalli l-impatt tieghu fuq l-ekonomija Maltija, u b'hekk joffri sfidi mhux zghar ghat-tmunier tal-ekonomija. Flimkien mad-dokument ghal qabel il-budget, il-Ministeru tal-Finanzi hareg ktejjeb b'gabra ta' fatturi ekonomici u kif Malta qed tkampa meta kkumparata mal-kumplament tal-blokk Ewropew f'dawn id-diversi zoni. Filwaqt li hemm postijiet fejn hemm bzonn li nahdmu halli ntejjbu s-sitwazzjoni kurrenti, b'sodisfazzjoni nghidu li jezistu zoni ohra fejn Malta tinsab f'sitwazzjoni tajba hafna meta kkumparata ma’ gganti ohra Ewropej.
- Ezempju car johrog meta tqabbel il-qghad f'Malta mal-kumplament tal-Ewropa. Malta ghandha rata ta' qghad ta' 5.9%, rata li hija ferm iktar baxxa minn dik medja fl-Ewropa. Dan iffisser li Malta irnexxielha trazzan il-qghad b'1.6% fuq medda ta' sitt snin. Dan jikkuntrasta sew ghal dak li gara fil-Portugall u l-Ungerija fejn il-aghad zdied minflok naqas. Ta min wiehed jinnota ukoll illi lokalment, il-qghad naqas f'kull livell tal-hajja ukoll. Il-moviment pozittiv tal-qghad japplika kemm ghal zghazagh ta' taht il-25 sena, kif ukoll dawk 'l fuq minn 25 sal-eta' pensjonabbli.
- Fl-2007, f'Malta kelna it-tieni l-inqas rata ta' “Gender Pay-Gap” jigifieri dik ir-rata li tkejjel kemm tezisti differenza reali bejn kemm jithallas ragel u kemm tithallas mara ghall-istess xoghol illi jaghmlu. Kullhadd jaqbel li din ir-rata ghandha tinzamm fl-iktar livelli baxxi possibbli, idealment tigi annullata totalment. B'5.2% f'Malta il-Pay-gap kienet it-tieni l-iktar baxxa wara dik fl-Italja, li kellha 4.4%. Il-medja Ewropea hija ta' 17.4%.
- Certifikat ghat-tmexxijja tal-finanzi ta' pajjizna jinsab fit-tkabbir ekonomiku (GDP) li kellna sas-sena l-ohra. Bizzejjed nghidu li frott il-krizi finanzjarja dinjija, sehh sfregju bla precedenti mal-Ewropa kollha. Jekk ingibu l-ezempju ta' l-Irlanda, din l-Ekonomija marret minn tkabbir rekord ta' 6.4% fl-2002, ghal tkabbir negattiv ta' -2.3%. Fl-Ewropa din ma kienetx l-unika ekonomija li batiet id-daqqa ta' harta tal-krizi – Id-Danimarka u l-Italja ukoll marru ghal-tkabbir neggattiv, filwaqt li l-ggant internazzjonali tal-lvant imbieghed il-Gappun ukoll sofra l-istess effetti. F'Malta ukoll hassejna d-daqqa, u t-tkabbir ekonomiku naqas, izda b'rata inkoragganti ferm. F'Malta il-GDP naqas b'0.1%, jew ahjar minn 2.6% ghal 2.5%.
- Il-hidma hija kontinwa, u l-ghajnejn ghandhom jibqghu miftuha berah ghall-izviluppi kollha li jsehhu madwarna. Dan id-dokument ta' qabel il-Budget jixhet dawl tajjeb fuq x'inhuma z-zoni li ghandna ntejjbu, u dawk li ghandna nsahhu. Biex tassew inkunu qed indawwru l-isfidi f'opportunitajiet.
L-Unjoni Ewropea tfisser ghajnuna fl-impjiegi - 18 ta' Awwissu 2009
- Il-Fond Ewropew ta' l-Aggustament ghall-Globalizzazzjoni jew kif inhu maghruf fil-qosor l-EGF, huwa fond recenti mahsub mill-Unjoni Ewropea biex tghin 'l haddiema ta' dawk ir-regjuni li jisfaw esposti ghall-effetti tal-Globalizzazzjoni u jitilfu xogholhom. Dan il-fond recenti ghandu budget annwali ta' 500 miljun Ewro fis-sena, u jghin sa 50,000 haddiem jintegra ruhu lura fid-dinja tax-xoghol fis-sena.
- Il-vantaggi li jgawdi suq miftuh, f'ekonomija globalizzata kulhadd jaf x'inhuma. Kulhadd jaf id-differenza fil-kwalita' tal-hajja li nghixu illum, meta kkumparata ma' dik tas-snin sebghin u tmenin, bil-filosofiji zbaljati tal-bulk-buying u l-protezzjonizmu. Madanakollu, element ta' regolamentazzjoni u ghajnuna min naha tal-Gvern tibqa' necessarja, specjalment f'sitwazzjonijiet mwieghra bhal dik li ghaddejjin minnha bhalissa. Hawnhekk fejn jidhol l-EGF, li huwa ddisinjat biex jghin f'dawn is-sitwazzjonijiet ta' bzonn.
- Malta mhijiex eccezzjoni, u fl-ahhar xhur hasset id-daqqa tar-ricessjoni dinjija daqs haddiehor. F'pajjizna ukoll hassejna l-effetti koroh tac-caqliq tal-industrija minn post ghall-iehor biex trahhas fl-ispejjez, u tmur f'pajjizi fejn jistghu ihallsu pagi ferm inqas.
- L-Ewro Deputati f’isem il-PN fil-Parlament Ewropew flimkien ma' hidma kontinwa mill-ETC u l-Gvern ippermettew biex illum nistghu nghidu li l-maggoranza tal-haddiema li tilfu xogholhom habba ic-caqlieq li semmejna, fl-2007, illum regghu qed jahdmu bi qliegh, u dan ghall-gid tal-ekonomija.
- Meta sentjen ilu 675 haddiem mill-VF u l-Bortex tilfu xogholhom, u waqt li l-PL ghorok idejh, il-Gvern Malti applika ghall-ghajnuna permezz tal-Fond EGF, u hadna madwar 700,000 ewro biex dawn il-haddiema jigu mharrga biex ikunu ippreparati bil-hiliiet aggornati u mehtiega ghad-dinja tal-lum. Dan il-progett tant kien ta' success illi 63.5% ta' dawn il-haddiema illum huma impjegati bi qliegh.
- Dan ma kienx ikun possibbli li ma kienuxl-Ewro Deputati tal-PN fil-Parlament Ewropew illi hadmu qatigh biex dan il-Fond seta' japplika ghall-ezigenzi partikolari ta' pajjizna. Ta min isemmi, li dan il-Fond ma kienx japplika ghalina mill-bidunett ghax kien ipoggi limitu biex pajjiz japplika, u cjoe li jkunu tkeccew mhux inqas minn 1000 ruh – cifra xejn realistika ghalina. Ftit ghal pajjizi ohra. Izda hafna ghalina. Ghalhekk l-Ewro Deputati tal-PN u l-EPP hadmu biex dan in-numru gie mnaqqas bin-nofs, biex Malta setghet tgawdi minnu.
- Kulhadd jiftakar ix-xalata li ghamlet il-media tal-PL meta sehhew dawn is-sensji fl-2007. Ghajb ghalihom li ghazlu l-opportunizmu. Izda gieh ghalina il-Gvern aghzel illi jahdem, jikkonvinci u jgib ir-rizultati. Il-vuci taghna ssarfet f’impjiegi
Frott l-Imħabba u l-fidi -25 ta' Awwissu 2009
- Niftakar li wiehed mid-diskorsi li kont ghamilt fil-Parlament Ewropew meta kont osservatur, ghan-nom tal-Parlament Malti, ftit qabel is-shubija fl-2004, kien dwar il-kobor tal-wirt Nisrani, kemm litterarju, kulturali u artistiku, mhux biss religjuz, li ghagen ‘l Ewropa f’dik li hija llum. L-Ewropa ma kienetx tkun dik li hija li kieku ma kienx hemm dawk il-mijiet ta’ artisti, pitturi, skulturi, kompozituri u kittieba taghha li f’xogholhom kienu mnebbha mill-wirt Nisrani, specjalment mill-iskrittura innifisha. Kont sejjaht dan il-wirt bhala xoghol l-imhabba u l-fidi ta’ matul sekli shah.
- Dan il-hsieb rega’ ghadda minn mohhi meta dan l-ahhar kelli ftit cans indur it-Toskana fl-Italja. Regjun mill-isbah, moghni b’varjeta ta’ kuluri fil-kampanja tieghu, u fl-istess kulur tara hemel varjeta. Tiskanta kemm il-kannella, l-isfar u l-ahdar jafu jvarjaw u joghxew jikkompetu ma’ xulxin ghall-attenzjoni. Pero dan ir-regjun huwa d-dar ta’ tant artisti li fir-Rinaxximent offrew mill-genju taghhom u ghadna xxurtjati naraw frott il-hidma taghhom.
- Ghax jekk l-Ewropa ma kientx tkun l-Ewropa li nafu minghajr il-kitbiet ta’ Shakespeare, Keats u Milton, Dante, Petrarka, Voltaire, Rousseau, Kant, Schopenhauer, Hegel u ohrajn, daqstant iehor l-Italja (u l-Ewropa) ma kienetx tkun li hi minghajr Donatello, Fra Angelico, Raffaello, Pinturrichio, Duccio, Michelangelo, della Quercia u ohrajn li f’xogholhom kienu tant ispirati minn episodji Bibblici jew mill-hajjiet tal-qaddisin.
- Il-Kattidral ta’ Siena wahdu huwa ghagna ta’ arkitettura Rumaneska-Gotika mibni meta Siena kienet fl-aqwa taghha fis-seklu 13, u li nbena fuq medda ta’ iktar minn mitejn sena. L-art hija interzjata minn muzajk ta’ Pisano li juri, fost ohrajn, il-massakru tal-Innocenti. Il-fonti tal-maghmudija, fil-Battisteru, huwa xoghol tal-ghageb ta’ skultura fl-injam minn della Quercia u Donatello, wahdu ha mijiet ta’ sighat biex tlesta sekli ilu. Ghaliex l-isbah skulturi u pittura f’dan ir-regjun, u li huma fost l-aqwa fid-dinja, huma tista’ tghid kollha ispirati minn Marija Santissima, jew mill-qaddisin, jew mill-Passjoni jew mill-Qawmien?
- X’kien li tant sekli ilu, b’mezzi elementari u b’rizorsi bazici minghajr l-ghodda moderna, wassal ‘l tant Ewropej jinvestu eluf ta’ sighat fi tbatija biex jinbnew kattidrali, knejjes, ornamenti, skultura jew arti ohra li ghadha maghna, tistaghgibna,msal-llum? Iddur kemm iddur tinduna li kien kollu xoghol l-imhabba u l-fidimli missierijietna kellhom ghall-gheruq tal-fidi Nisranija.
- Nehhi dan il-wirt Nisranimartistiku imprezzabbli ghall-mument, bhalma jriduna naghmlu dawkml-Illuministi moderni ghomja, u ara jekk l-Ewropa tibqax l-Ewropa li hi u li nafu. Tigi Ewropa snaturata, artificjali u illuzorja. Ghalhekk mamnaqbilx ma’ Hans Kelsen u ohrajn bhalu li jghidu li d-demokrazija umr-religjon ma jistghux jimxu id f’id. Il-passat u l-gheruq tal-Ewropa juru dan.
Sodi fil-Kawtela - 7 ta' Lulju 2009
- Jaghmel sens u gieh li minn zmien ghal zmien il-Gvern jiltaqa’ biex jisma’ u jitkellem mal-imsiehba socjali specjalment waqt dan id-dezert ta’ problemi finanzjarji u ekonomici li d-dinja ghaddejja minnhom u anke fit-thejijja ghal Budget li jmiss.
- Qalb tad-dezert ta’ ahbarijiet negattivi minn kull naha tad-dinja donnu dawn l-ahhar jumejn bdew jidhru sinjali fragili ta’ “green shoots” mill-hamrija tal-klima ekonomiku. Izda hemm min qed ighid li dawn diga dbielu u li d-dinja baqghalha x-xhur kbar tissielet mar-ricessjoni. Tiskanta kif f’temp ta’ 8 xhur sfronda s-saqaf tad-dinja ekonomika u kemm iggarfu palazzi tal-hgieg.
- Huwa f’dan il-kuntest li l-Gvern, u l-Ministru tal-Finanzi b’mod partikolari, irid jinnaviga l-Budget li jmiss. Il-messagg li hareg mill-laqgha tal-Gimgha, fejn il-Ministru Fenech ghamel prezentazzjoni konciza u reali tal-ekonomija Maltija llum, huwa wiehed ta’ realizmu politiku kbir. Hemm il-bzonn impellenti li nibbilancjaw s-sostenibilita fiskali mar-riskju li t-tnaqqis li jrid isehh, appena r-ricessjoni tghaddi, tal-ghajnuniet straordinarji u incentivi li l-Gvern qed jaghti bhalissa minhabba r-ricessjoni.
- Mhemmx dubbju li Malta tinsab f’pozizzjoni ekonomika ferm u ferm ahjar minn bosta pajjizi ohra Ewropej, bhall-Latvja, Spanja, Ungerija, Irlanda, Renju Unit u Grecja grazzi ghall-euro, ghall-ghaqal u s-serjeta tat-tmexxija taghna fl-ahhar snin. Pero mhemmx dubbju wkoll li fejn is-sena li ghaddiet, hadna daqqa u mhux zghira. It-turizmu fl-ewwel 3 xhur ta’ din is-sena naqas bi 12%, jigifieri 40,000 inqas. Il-qghad, ghad li huwa f’livelli ferm iktar baxxi minn hafna pajjizi Ewropej, zdied bi kwazi 1,000 fuq April tas-sena li ghaddiet.
- Pero fl-istess waqt hemm cifri li juru kemm l-ekonomija taghna hija reziljenti ghar-ricessjoni. Grazzi ghat-task force tal-Ministeru tal-Finanzi dan l-ahhar salvajna iktar minn 2,000 impjieg. Il-Maltin li siefru fl-ewwel 3 xhur ta’ din is-sena zdied, mhux naqas, b’5%. Fi zmien ta’ krizi, xorta iktar Maltin siefru, li huwa indikatur ta’ ekonomija tajba. Fl-ewwel 3 xhur ukoll l-impjiegi zdiedu b’1%, kontra tnaqqis ta’ 0.8% fl-Unjoni Ewropea bhala medja. Hajr ‘l min ihaddem f’pajjizna u hajr ‘l Gvern li jincentiva u jhajjar iktar investiment.
- Ghax jibqa’ l-fatt li ghax konna b’sahhitna hafna fl-2007 u fl-2008 li irnexxielna nilqghu iktar minn ohrajn id-daqqiet u dan il-maltemp. U ghax bil-ghaqal illum qed nistiednu l-industrija tahtaf l-opportunitajiet biex nizguraw iktar kompetitivita, biex inkomplu nikkreaw dawk il-kundizzjonijet biex l-industrija taghna tipproduci iktar.
- Id-dinja tal-llum mhiex ghal min hu qalbu dghajfa. Hija ghal min hu sod, ghaqli u serju. Hekk konna u hekk ser nibqghu.
Pass iehor li jixhed ir-rieda soda tal-Gvern - 14 ta' Lulju 2009
- Sa mil-bidu tal-legislatura, dan il-Gvern wera id-determinazzjoni li jwettaq, u li jiehu d-decizjonijiet b’kuragg u b’vizjoni fit-tul. Harsa lejn il-programm elettorali tal-elezzjoni 2008 tixhed il-vizjoni li dan il-Gvern ghandu ghal Malta. L-ahhar tlettax-il xahar ma offrewx il-klima ideali biex Gvern jopera fiha, ghaldaqstant dan ma waqqafx il-hidma ‘l quddiem. Id-determinazzjoni tirbah ix-xkiel tal-maltemp li jdawwarna, u l-vizjoni titwettaq pass wara iehor.
- Ir-riforma tal-MEPA kienet wahda mill-weghdiet ewlenin li jinsabu fil-programm elettorali. Il-htiega li jkollna MEPA li taqdi l-bzonnijiet tal-lum hija hajja, u priorita’ ghall-Gvern. It-tibdiliet li huma ppjanati li jsehhu fi hdan din l-awtorita’ huma ddisinjati proprju ghalhekk, biex jirrispondu ghar-realtajiet’ tal-izvilupp, l-ambjent u l-ippjanar li ghandna llum. Dak li kien japplika hmistax–il sena ilu mhux bilfors ghadu japplika illum, u dak li japplika illum, mhux bilfors jibqa’ japplika hmistax-il sena ohra. Din hija ligi socjali li tezisti f’kull pajjiz fid-dinja, u ghalhekk huwa tajjeb li l-Gvern ikun dejjem widnejh ma’ l-art biex jisma’ u jixtarr x’qed jinghad u x’qed jinhass – biex isiru l-irfinaturi meta jkun hemm bzonn.
- Ir-riforma tal-MEPA li habbar il-Prim Ministru l-gimgha l-ohra taghmel ezattament dan. Din ir-riforma nistghu nghidu hija msejjsa fuq l-ikbar ezercizzju ta’ konsultazzjoni jew smiegh f’din il-legislatura. Biex din ir-riforma tkun ankrata sewwa mar-realta, il-Gvern sema eluf ta’ ilhna li xtaqu jwasslu s-suggerimenti taghhom, li kollha gew analizzati u mgharbla. Il-Gvern ma waqafx mal-laqghat formali li kellu mal-korpi kostitwiti. Lanqas waqaf mal-laghat li kellu mal-gruppi mhux governattivi li esprimew interess f’din ir-riforma u li ghandhom l-ambjent Malti ghal qalbhom. Kien hemm ukoll laqghat mal-haddiema tal-istess MEPA, kif ukoll analizi bir-reqqa tal-kummenti li u l-opinjonijiet li gew espressi fuq il-mezzi tax-xandir – izda anqas dan kollu ma kien bizzejjed. Il-Gvern fetah il-bibien tal-konsultazzjoni berah, u sema eluf ta’ kummenti u suggerimenti minghand il-pubbliku biex ihoss il-polz u l-bzonnijiet – tassew l-ikbar ezercizzju ta’ konsultazzjoni li qatt ghamel il-Gvern.
- Vuci wahda madanakollu baqghet nieqsa minn dan l-ezercizzju ta’ demokrazija f’pajjizna. Vuci wahda solitarja, baqghet assenti f’silenzju li jtarrax, u din kienet l-Oppozizzjoni. Il-Partit Laburista ghazel li jzomm ‘il boghod mill-process, u jerga joqghod fil-gallarija. Izda din mhux l-ewwel darba li qed naraw dan jigri, mhux l-ewwel darba li l-Partit Laburista jitlef l-appuntament mal-gejjieni ta’ pajjizna. Huwa facli li toqghod lura, imbghad titkellem ghal widnejn il-folla.
- Il-Gvern jaghzel li jiehu il-weghdiet tieghu bis-serjeta, u jahdem bis-shih biex iwettaqhom. Il-Gvern jaghzel li jemmen fil-vizjoni li ghandu ghal dan il-pajjiz, ghax tassew jemmen fih u f’niesu. Dan il-Gvern iva jisma’ u jixtarr sewwa, izda jwettaq, u jasal.
Il-fehma fl-art imqaddsa - 21 ta' Lulju 2009
- Waqt li ghaddejja l-Via Crucis nhar ta’ Gimgha waranofsinhar minn got-toroq dojoq u mserpa tac-centru ta’ Gerusalemm u l-fidili Nsara jkanataw il-Pater Noster bil-Latin, il-Muezzin tal-Mislem jitlob jghajjat li Allah hu kbir b’ilsienu. Biex tidhol u tohrog minn go Betlehem, il-post tal-hobz u fejn il-Verb ha s-sura tal-laham u fejn is-sliem hu mixtieq ‘l dawk ta’ rieda tajba, trid tghaddi bilfors minn go checkpoints tal-militar Izraeljan li jikkagunaw stennijiet ta’ sighat twal hafna ghall-Palestinjani sejrin ghax-xoghol jew gejjin mill-qadi taghhom. Fil-Bazilika tal-Qabar ta’ Kristu f’Gerusalemm hemm saffi varji u kuntrastanti ta’ storja mdemmija u li tkexkex. Ghax mill-qerda ta’ Gerusalemm fis-sena 135 mill-Imperatur Adrijanu (meta fuq il-blata tal-kalvarju inbena tempju ‘l alla pagan Venere), permezz tal-Krucjati tas-seklu 13 sas-seklu 19 ghaddew serje infinita ta’ poteri, hakkiema u tibdiliet li jaghmlu llum il-Bazilika lok ta’ kompromess milhuq fis-seklu 19 bejn tliet fidi differenti, dik Kattolika, Griegi Ortodossa u Armeni Ortodossi. Illum, l-ikbar tliet religjonijeit fid-dinja ghandhom l-ghezez santwarji ta’ qima ihokku ma’ xulxin. Il-kuntrasti fil-belt eterna ma jiqfux.
- Fraht meta qaluli sejrin f’dar il-Mulej, jghid is-Salmista. U hekk ghidna kwazi 170 pellegrin minn Malta hmistax ilu meta zorna l-Art Imqaddsa. Ghax li tara, timxi u tmiss b’idejk dak li naqraw dwaru, u nemmnu fih, jaghtik kuntest u jghinek tifhem iktar. Izrael pajjiz tant sabih izda mimli kuntrasti, mill-gholjiet sad-dezert. Timmagina d-distanzi li kellhom jimxu n-nies fi zmien Gesu, inkluz Hu u ta’ madwaru, mill-Gallalija sal-Lhudija fejn hemm Gerusalemm. Tifhem il-qilla tal-klima, specjalment fid-dezert ta’ Guda u fil-wied tal-Gordan u kemm kien qalil timxi minn Geriko ghal Gerusalemm jew minn Kafarnaum hdejn l-ghadira tal-Galilea sa Gerusalemm. Iktar minn mitt kilometru mixi fuq hmar jew xi bhima ohra. Tifhem kemm kien kbir il-ferh ta’ Marija li mxiet u terrqet mija u hamsin kilometru biex izzur ‘l Elizabetta f’Ghajn Karem.
- L-imhabba ghall-Art Imqaddsa twieldet fis-sena 1217 mill-qalb ta’ Frangisku t’Assisi li terraq l-art bibblika ghall-fidwa taghna. Kif rajna, dak li ma rnexxilhomx jaghmlu l-Kricjati bl-eluf jinqatlu fil-gwerrer, ghamlu l-Fqajjar t’Assisi u uliedu Frangiskani bil-kelma tal-paci u l-imhabba ghax kien fl-1342 li twieldet il-kustodja Frangiskana tal-Art Imqaddsa u ghada sal-llum.
- Jekk kull Mislem huwa msejjah biex tal-anqas darba f’hajtu jaghmal il-Haj fil-belt ta’ Mecca, kemm aktar ahna li nhaddnu l-Fidi vera jehtigielna nzuru l-bejta u l-palk li fuqu zvolgiet l-ikbar storja ta’ imhabba? Jibqghu il-kuntrasti tassew, specjalment f’Gerusalemm ghax min jaf kemm xmajjar ta’ demm inxterdu u mmarkaw il-blat bajdani li hemm matul is-sekli f’isem l-istess Wiehed minn tant hakkiema u qawwiet. Pero mintix komplut qabel ma zzur l-Art Imqaddsa, basta jkun punt ta’ tluq ghalik u mhux ta’ wasla.
Populiżmu Sfrenat - 28 ta' Lulju 2009
- Huwa minn awl id-dinja li l-hidma fil-politika tfisser sforz kontinwu biex tattira il-poplu lejn dak li l-partit tieghek qed jaghmel, joffri jew jipproponi. Partit politiku jghix daqskemm ikunu jriduh in-nies li jghix. Sa minn hafna sekli ilu l-bniedem fil-politika dejjem haseb kif jahmi l-arti jew is-sengha tal-politika sabiex jattira iktar nies lejn dak li l-politiku jahseb jista’ jrebhu l-ikbar kunsens popolari possibbli. It-Taljan Machiavelli jibqa’ mfakkar bhala dak li hejja l-aqwa manwal ghal politiku li jrid jirbah akkost ta’ kollox, anke akkost li joffri soluzzjonijiet li huma artificjali u nieqsa mis-serjeta.
- Ftakart f’dan meta ftit tal-granet ilu il-PL organizza konferenza bis-suggett tal-gholi tal-hajja. Suggett sensittiv u importanti li jkun dibattut. Mhemm xejn hazin li nhabbtu l-ideat flimkien fuq suggett daqstant importanti basta dak li jigi propost ma jkunx loghob ghall-gallarija li ma jghin xejn biex jitliggem l-gholi tal-hajja.
- Il-mexxej laburista, li jrid joffri l-ideat tieghu bhala l-aqwa soluzzjoni, ipproprona numru ta’ punti li huwa jemmen, u ghalhekk anke l-partit tieghu, li ghandhom jitwettqu. Skantajt u nhsadt b’uhud minnhom. Jew ghax diga qed isiru jew ghax tassew uhud minnhom jaghmlu hsara ‘l ekonomija u jispiccaw jghollu l-hajja.
- Jekk kien hawn perjodu f’pajjizna fejn kien hawn hafna u hafna gholi tal-hajja dan kien fis-snin tmenin. Raguni ewlenija kien l-indhil tal-Gvern tal-gurnata fis-suq hekk li ma baqax jiffunzjona suq hieles u liberalizzat. Hekk li ma kienx hawn kompetizzjoni sura. Il-Gvern kien spicca jimporta l-affarijiet b’ammonti kbar hafna u trid jew ma tridx kellek tixtri minghandu. Kien sploda l-qaghad u mieghu l-oghli tal-hajja.
- Ghalehkk skantajt meta l-gimgha l-ohra l-mexxej laburista rega’ ppropona, bhall-illuzjonista li johrog l-ahhar sorpriza mill-kappell quddiem l-udjenza, li l-Gvern jerga’ jibda jimporta hu certu prodotti u servizzu biex dawn jinbieghu b’mod differenti. Ebda mexxej f’ebda mexxej f’ekonomija moderna u sura tal-llum ma johlom imqar li jghidha. Proprju ghaliex il-Gvern xogholu li jirregola suriet in-nies lis-suq izda mhux li jopera fih u jikkompeti fih. Is-suq m’ghandux jithalla wahdu ghal rihu izda lanqas m’ghandu l-Gvern jiehu sehem fih bhala operatur.
- Ma nistax nifhem ghala l-mexxej laburista ghazel li jipproponi hobz mimghud u mhux biss joffri xi haga li f’pajjizna stess gabet hafna oghli tal-hajja u qaghad kbir, izda li anke fuq livell ta’ sens komun ghandu jifhem li taghmel il-hsara flok il-gid.
- Ghal darb’ohra rajna populizmu sfrenat u superficjali. Ghax fil-politika ghandek tkun populari grazzi ghas-serjeta tieghek, izda mhux populist li tilghab ghall-gallarija u tghatti x-xemx bl-gharbiel.
Fiducja vera f' pajjiżna - 2 ta' Ġunju 2009
- Id-dibattitu dwar l-elezzjonijiet ghall-Parlament Ewropew issa qed joqrob lejn tmiemu, u l-karti tista’ tghid li tpoggew kollha fuq il-mejda. Il-partiti politici ipproponew il-politika taghhom biex jikkonvincu l-elettorat jaghtihom il-fiducja taghhom nhar is-Sibt li gej. Jonqos li nirriflettu ftit fuq dak li nqtal f’dawn l-ahhar jiem, u niddeciedu tassew min jixraqlu li jkun jirrapprezenta ‘l pajjizna gewwa wahda mill-iktar istituzzjonijiet importanti tal-Unjoni Ewropea.
- Li nistghu inkunu zguri huwa, li hareg bic-car min jemmen tassew fis-sahha ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Minflok miljun u nofs euro, kif bassar il-PL, il-PN fil-Gvern, anke bl-ghajnuna taz-zewg ewro deputati tieghu, ser ikun gab biljun u nofs euro. Pero hasra u ghajb li l-PL ghadu jrid jghatti x-xemx bl-gharbiel u jmerri s-sewwa maghruf. Dan tifhmu meta tara li fost min qed ihabbat il-biben ghal-fiducja tal-elettorat hemm min jiftahar li ivvota Le fir-referendum ghas-shubija u min jiftahar li jahdem ma’ dawk xettici mill-Unjoni Ewropea. Zgur li ma jaghmilx gid ‘l pajjizna jekk nibaghtu jirrapprezentawna nies li jqabblu l-EU ma’ vapur qisu habs, li ma nistghux naqbzu minn fuqu – min tassew ma jemminx fl-Unjoni Ewropea.
- Meta tanalizza sew il-kampanja li nieda l-kamp Laburista ghal dawn l-elezzjonijiet iktar tirrealizza li kienet ibbazata fuq temi li m’ghandom x’jaqsmu xejn ma dik li verament suppost hija. Il-PL ha vantagg minn temi popolisti li m’ghandom x’jaqsmu xejn mar-realta tal-Paralment Ewropew, u li il-membri parlamentari tal-PE mhux ser ikollhom x’jaqsmu maghhom fl-ebda mod. F’xahar u nofs kampanja sfrenata ta’ attaki personali fuq il-Prim Ministru, ma smajniex argument wiehed biss validu dwar l-Unjoni Ewropea, u l- vizjoni li l-PL ghandu ghall-kandidati tieghu li jigu eletti. Minflok il-PL ghazel li jaghmel ballun politiku minn suggetti mill-iktar sensittivi u importanti minghajr ebda hsieb jew kalkolu tal-konsegwenzi.
- Ghalija z-zewg episodji ta’ dan l-ahhar hmistax, wiehed fil-konfront tal-ex deputat Nazzjonalista Ghawdxi li jinsab ghaddej minn zmien sensittiv u l-iehor fil-konfront ta’ Alex Perici Calascione u dak li qalu li ma qalx, juru PL b’reghba spjetata ghal poter. PL li ghalih kollox ighodd, anke jekk hemm bzonn iqarraq jew juza ‘l min hu marid. Waqt li ghalina x-xoghol jibqa’ priorita, ghal PL il-priorita hija l-egocentrizmu tat-tmexxija tieghu.
- Fid-dawl ta’ dan kollu, tohrog l-importanza li nhar is-Sibt naqdu dmirna u mmorru nivvutaw ghal dawk il-kandidati li jixirqilhom u huma kapaci iservu f’din l-istituzzjoni Ewropea. Is-Sibt li gej ghandna nibaghtu ambaxxaturi ghal Malta li verament jemmnu fil-kapacita’ ta’ pajjizna li jista’ jirnexxi, li jafu juzaw l-ghodda tas-shubija, u mhux dawk li sa jumejn ilu kienu jghidulna li qisna makku li ser jigi mikul mill-baleni. Nhar is-Sibt ghandna nesprimu l-fiducja taghna f’dawk in-nies li verament jemmnu li Malta postha huwa qalb is-27 pajjiz tal-EU. Nhar is-sibt ghandna nesprimu fiducja vera f’pajjizna. Jekk trid tispara f’saqajk stess, tivvutax.
Lill hinn minn numri - 9 ta' Ġunju 2009
- Ir-rizultat tal-Elezzjoni ghall-Parlament Ewropew ghandu jkun analizzat tajjeb sabiex minnu jinhareg il-messagg illi il-poplu qed jghaddi permezz tal-votazzjoni jew nuqqas ta’ dan. Id-distakk bejn iz-zewg partiti, ghad li inqas milli stennejna pero iktar milli xtaqna, ghandu jservi bhala informazzjoni utli ferm biex tigi mfassla u mfiehma l-hidma politika fis-snin li gejjiin f’pajjizna.
- Dan ir-rizultat ma jistax jigi analizzat jekk mhux f’kuntest wieghsa ta’ cirkostanzi li jistghu jixhtu dawl fuq x’seta wassal ghalih. Nistghu nghidu li l-krizi finanzjarja dinjija kienet ewlenija fost il-fatturi illi ikkaratterizzaw ix-xoghol tal-Gvern fl-ahhar xhur. Ir-realta’ li ghaddiet minnha Malta flimkien mal-bqija tad-dinja fl-ahhar sena u ftit, li kienet l-aghar sena fl-ahhar mitt sena ghad-dinja ekonomika u monetarja, fixklet mhux ftit il-hidma tal-Gvern. Hidma li kienet diga ipprogettata li titwettaq kellha tinghata priorita’ sekondarja biex thalli postha ghal kwistjonijiet li kienu qeghdin per ezempju jheddu il-postijiet tax-xoghol, u l-ekonimija ta’ pajjizna.
- Min jiffaccja elezzjoni mill-bankijiet tal-Oppozizzjoni ghandu l-vantagg illi jikkummenta u jikkritika filwaqt li jzomm gallarija. Il-pozizzjoni tal-Gvern hija ferm differenti minn hekk. Huwa importanti li niffaccjaw l-ghawg taghna u nipproponu soluzzjonijiet, izda huwa mod iehor illi tiftah il-feriti u titfa’ l-melh fuqhom, minghajr ma tipproponi ebda medicina ghalihom. Ir-responsabbilita’ illi jaghti t-tmun tat-tmexxija tal-pajjiz jaghmilha wisq iktar difficli illi tidher gustuz man-nies, u x’aktarx hemm ic-cans li anke tinzel xi ftit hazin ma xi whud. Izda din hija r-responsabbilita’ ta’ kull Gvern serju illi ma jahdmix ghall-popolarita’ tal-elettorat, izda ghall-gid komuni u fit-tul.Harsitna hija fuq dak li suppost naghmlu u mhux fuq dak li iriduna naghmlu.
- Ghax dan il-Gvern jaghti l-importanza kollha misthoqqa u dovuta lill-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew ghax tassew hija importanti. Dan il-partit fil-Gvern huwa l-istess partit illi ssielet biex Malta illum ghandha postha f’wiehed mill-iktar blokkijiet politici u ekonomici important fid-dinja, lehen sod fost is-27 membru tal-Unjoni Ewropea. Izda dan il-Gvern ghandu f’idu ukoll ir-riedni ta’ dan il-pajjiz fi sfond ta’ diffikultajiet mhux zghar ghall-erbgha snin li gejjin. L-isfidi li qed niffaccjaw illum huma enormi, u hu fuq dawn li titfassal il-politika tal-Gvern, mhux ghac-capcip tal-folol.
- Dan ir-rizultat ghandu jittiehed bis-serjeta’ ghax permezz tieghu ghandna nifhmu li certi decizjonijiet setghu ittiehdu b’mod ahjar, u forsi l-metodu uzat xi kultant kien xi naqra iebes. Ir-rizultat jista’ jfisser ukoll illi l-Gvern ma rnexxilux iwassal il-hsieb tieghu wara certi decizjonijiet, bil-mod ideali, u ghalhekk dawn setghu dehru izolati mill-hsieb ta’ warajhom. Ir-responsabbilita’ ghal informazzjoni cara u effettiva dejjem tibqa’ ghand min qed jibghat il-messagg u ghalhekk il-Gvern ghandu jimpenja ruhu biex dan il-process itejbu biex jasal ghand il-pubbliku b’mod iktar effettiv.
- Jien nibqa’ ottimist illi ghal darb’ohra dan il-partit jaqra s-sinjali taz-zminijiet u jifhem x’qed jghidlu l-poplu Malti anke f’din l-okkazjoni. Ir-riflessjoni fuq dan ir-rizultat hija necessarja u ghalhekk il-Gvern ghandu jinvesti is-snin li gejjin biex jifhem fejn jista’ jtejjeb l-operat tieghu, u naslu li nikkonvincu iktar.
Lokalitajiet isbaħ, ħajja aħjar - 16 ta' Ġunju 2009
- Tmiem il-gimgha li ghadda pajjizna rega’ kien ikkaratterizzat minn process elettorali illi wassal biex terz ta’ pajjizna issa ghandu Kunsill Lokali gdid li jirraprezentah u jhares l-interessi tieghu. Dan il-process demokratiku igedded u jsahhah il-politika li haddem dan il-Gvern biex isostni il-lokalitiajiet taghna f’sostenibbilita’ u livell ta’ hajja dejjem ahjar.
- Il-Gvern centrali jimpenja ruhu kemm permezz tal-Kunsilli Lokali kif ukoll b’mod konkret u dirett biex il-lokalitajiet taghna igawdu minn progetti mifruxa mal-pajjiz kollu illi jghollu l-kwalita’ tal-ambjent taghna. Il-pjazza Sant’Anna f’tas-Sliema li giet inawgurata mill-Prim Ministru recentement hija fl-opinjoni tieghi ezempju car ta’ kemm il-Gvern huwa kommess li jara il-lokalitajiet taghna jisbiehu. Wara l-intervent f’waqtu tad-Dipartiment tal-Artijiet li minnu jien responsabbli biex ma jigix imgedded ic-cens ta’ stabbiliment tal-ikel li kien johnoq din il-pjazza, bdiet il-hidma tad-Dipartiment tax-Xogholijiet biex din il-pjazza fic-centru ta’ Tas Sliema tigi kkonvertita f’rokna ta’ mistrih u f’pulmun ghal din iz-zona tant kummercjalizzata ta’ pajjizna. U wara li tara il-kwalita’ gholja ta’ xoghol li sar f’din il-pjazza huwa doveruz illi wiehed ifahhar il-haddiema tad-dipartiment tax-Xogholijiet fi hdan il-Ministeru tar-Rizorsi li hadmu bla heda biex tlesta dan il-progett fil-hin u bl-inqas inkonvenjent.
- Kif intqal waqt id-diskorsi fl-inawgurazzjoni, din il-Pjazza ma tistax tigi meqjusa wahedha izda bhala perla fil-kullana li l-Gvern qed idomm madwar il-gzejjer Maltin. Pjazza Sant’Anna hija parti mir-rigenerazzjoni shiha taz-zona maghrufa bhala l-Ferries kif ukoll it-tisbih ta’ triq Bisazza u l-pjazzetta fit-tarf ta’ din it-triq li l-Ministeru tar-Rizorsi qed jaghmel.
- Gewwa Rahal Gdid, il-Gvern centrali huwa impenjat illi jaghmel progetti ta’ tisbih illi minnu qed igawdu l-Pawlisti kollha. L-istess Dipartiment tax-Xogholijiet, fuq talba tieghi tas-sena li ghaddiet, ftit tax-xhur ilu ghamel xogholijiet ta’ pavimentar gdid u dawl modern fil-portiku tal-Knisja Parrokjali ta’ Kristu Re, qabel il-festi tal-Ghid: bicca xoghol li tant kienet bzonnjuza biex tinghata d-dinjita misthoqqa ‘l dan il-post.
- F’Rahal Gdid ukoll fuq talba tieghi ghan-nom tar-residenti, haddiema mill-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Affarjiet Rurali bhalissa jinsabu impenjati jwettqu xoghol estensiv ta’ tisbih fil-pjazza ta’ Santa Ubaldeska. Progett li qed isir fuq pjanta imhejjija mill-Kunsill Lokali ta’ Rahal Gdid izda li qed jitwettaq minn haddiema u ingenji tal-Gvern centrali u huwa ffinazjat totalment minn fondi tal-Gvern centrali.
- Waqt li kienu qed isiru ix-xogholijiet f’din iz-zona tant importanti u storika ghar-Rahal Gdid instab shelter ta’ zmien it-Tieni Gwerra Dinjija li kien ilu biex jinstab. Ghalhekk hsibna biex dan ix-shelter issa jigi integrat fil-progett li qed isir, biex ikun jista’ jintuza bhala attrazzjoni ‘l quddiem. Ix-xogholijiet mistennija jkunu lesti sa Ottubru li gej, ghall-Festi Centinarji tal-Parrocca ta’ Kristu Re f’Rahal Gdid.
- Progetti bhal dawn jixhdu l-impenn li l-Gvern ghandu biex jara l-lokalitajiet taghna dejjem jisbiehu u l-hajja tar-residenti taghna titjieb fil-kwalita’.
Kuraġġ ta' Poplu - 23 ta' Ġunju 2009
- Nistqarr li ninsab insegwi x’qed jigri fl-Iran iktar minn qatt qabel. Dan il-pajjiz li welled tant u tant civilta, gherf, artisti, xjenza u litteratura sa minn eluf ta’ snin ilu llum huwa pajjiz b’sahtu u li jilghab rwol strategiku f’dik in-naha tad-dinja. Specjalment wara l-invazjoni ta’ l-Iraq tal-2003 li sahhet id ir-regim Iranjan u tat opportunita tad-deheb ‘l Iran jifrex l-influwenza tieghu fir-regjun. Ghadni niftakar meta zorna l-Kuwait, Dubai u l-Arabja Sawdita xi sentejn ilu bhala Kumitat tal-Affarijiet Barranin tal-Parlament Malti kemm iltqajna ma’ thassib kbir u certu biza tal-konsegwenzi fir-regjun dwar dan.
- L-Iran huwa teokrazija, fejn l-ahhar u l-iprem kelma mhux tal-President izda tal-mexxej spiritwali. Pajjiz fejn hadd ma johlom li jittanta imeri, jinjora jew imaqdar imqar kelma tal-mexxej spiritwali, llum Khamenei. U dan mill-1979 meta tnehha s-Shah u sehhet ir-Rivoluzzjoni Izlamika.
- Hemm min qal li dawn il-protesti huma ghal xejn ghax fl-ahhar mill-ahhar il-President huwa subaltern tal-mexxej spiritwali u ghalhekk ma taghmlix differenza jitlax Ahmadinejad jew Moussavi. Ma naqbilx ghal diversi ragunijiet. Kemm fil-hsibijiet tieghu u fil-kampanja tieghu, u issa iktar u iktar fil-protesti kuragguzi li qed imexxi, Moussavi qed juri li ma jridx ikun la pinnur u lanqas pupazz f’idejn haddiehor. Ghall-ewwel darba mill-1979 hemm min qed jisfida fil-berah l-editt tal-mexxej suprem minkejja li dan l-agir gie definit bhala tradiment mill-mexxej suprem.
- Hemm ukoll l-aspett demografiku tal-maggoranza tas-segwaci ta’ Moussavi. F’pajjiz fejn minn kull 5 cittadini, 3 huma taht it-30 sena Moussavi irnexxielu jghaqqad warajh il-maggoranza taz-zghazagh, specjalment tan-nisa li f’dan il-pajjiz, specjalment fl-ahhar snin, tilfu hafna mid-drittijiet taghhom. Il-Kuragg li n-nisa u z-zghazagh qed juru jum wara jum, minkejja t-theddid ta’ vjolenza u l-isparar fuqhom juru kemm dawn verament ihossu li m’ghandhomx x’jitilfu.
- Interessanti l-attak minn fuq l-internet ukoll miz-zewg nahat. Appena l-Gvern jaghlaq sit (u anke l-sms’s), dawn iz-zghazagh isibu tarf iehor minn fejn jitrasmettu x’qed jigri. Il-fatt li l-Gvern hass li kellu jaghlaq l-access ghal siti bhal Facebook u Twitter u jimponi censura stretta fuq il-media internazzjonali juru Gvern li mhux cert minn saqajh.
- Fl-ahhar mill-ahhar kollox ser ikun jiddependi mill-pass li jmiss jaghmel Moussavi. Jekk jibqax izomm sod u jipperikola iktar hajjiet tas-sostenituri tieghu jew icediex. Hu x’inhu, l-Iran dahal f’fazi gdida fl-istorja post rivoluzzjonarja tieghu. Anke jekk dan in-nar ta’ kuragg li qed jaqbad jintefa’, hemm min qed ighid li tant kemm giet imnaqqra l-legitimita tal-Gvern prezenti li ser ikun difficli ghalih iwettaq il-politika tieghu.
- Il-poplu Iranjan wera li ta valur ‘l vot tieghu daqskemm ‘l unur personali tieghu. Il-hajt tal-biza nazzjonali li kienet tkeffen lin-nazzjon Iranjan, iggarraf.
Iktar Spazju - 30 ta' Ġunju 2009
- Ftit tal-granet ilu tajna lura ‘l pubbliku Pjazza Sant’Anna f’tas-Sliema. Minkejja li kien hemm min iddubita li naslu, u forsi anke zera’ dubbju, u kien hemm min mar il-Qorti biex iwaqqafna, ir-rieda taghna u s-sewwa rebhu u wasalna biex raddejniha lura lilkom. Illum kulhadd japprezza kemm hi isbah din il-pjazza Slimiza mertu ta’ hidma ko-ordinata tal-Gvern. Il-gimgha li ghaddiet wasalna wkoll biex, f’cirkostanzi differenti, tajna lura ‘l pubbliku Pjazza Regina fil-belt Valletta.
- Ir-rizultat li hemm illum fi Pjazza Regina fil-Belt huwa rizultat u frott ta’ Gvern li jiddiskuti, jiddjaloga pero li b’assertivita jwassal il-messagg tieghu sabiex il-pubbliku jnqeda ahjar u jgawdi iktar spazji miftuhin. Ghax ghal dawn l-ahhar xhur kemm jien u d-Dipartiment tal-Artijiet mexxejna diskussjonijiet, li xi kultant kienu iebsin ukoll, bis-sostenn sfiq u utili ta’ siehbi Mario de Marco, ma’ kull wiehed mill-operaturi li hemm fi Pjazza Regina. Biex jirbah il-bon sens u biex jirbah il-gid komuni. U biex nghollu l-prodott turistiku taghna, apparti biex igawdi ‘l Malti wkoll.
- Ghax ghalija l-ezercizzju li sar f’din il-pjazza ewlenija fil-belt kapitali taghna u frekwentata minn eluf ta’ nies kuljum fisser ir-rebh ta’ tliet principji fondamentali, apparti t-tisbih tal-post. L-ewwel li l-Gvern huwa s-sid tal-art pubblika u huwa jiddeciedi x’ghandu jsir mill-art tieghu biex igawdi minnu kulhadd. It-tieni, li dan il-Gvern jisma’ u jikkonsulta bis-serjeta, anke jekk jiehu z-zmien u jasal ghal rizultat ta’ gid ghal kulhadd. Stajna kieku ridna b’daqqa ta’ pinna legalment inbiddlu kollox mill-llum ghal ghada izda ghax ahna ghandna ruh socjali m’ghamilniex hekk. It-tielet, u ghalija l-aqwa, hu li ikkonvincejna 4 operaturi jitilfu xi ftit mill-area li kellhom, anke jekk f’sit ewlieni u fejn il-kummerc irendi sew, biex igawdi l-kollettiv, jigifieri kullhadd, inkluz l-operaturi li ser jattiraw aktar nies.
- Anke hawnhekk l-Gvern zamm fi hsiebu li jinstab bilanc bejn l-aspett viziv, l-accessibbilita’ tal-pjazza, u l-kummerc u l-impjiegi ta’ dawk li jahdmu f’dan is-settur. Apparti li kien hemm min ukoll li ammetta mieghi li lanqas biss kien jaf li kien hemm statwa fil-Pjazza ghax hu dejjem ra l-umbrellel u s-siggijiet johonqu l-pjazza.
- Nahseb tajna dinjita misthoqqa ‘l dan il-post importanti fil-Belt kapitali taghna. Mhux tant ghax l-istatwa storika tar-Regina Vittorja regghet tfaccat minn wara l-umbrellel izda ghaliex il-pubbliku issa qed igawdi wkoll l-faccata storika tal-Bibljoteka Nazzjonali li proprju bhalissa qed tigi restawrata mill-haddiema tal-Ministeru tax-Xogholijiet. Tassew kas fejn rebhet il-logika tal-perswazjoni fi Pjazza Regina
Pass ieħor lejn is-sostenibbilta' - 5 ta' Mejju 2009
- Il-bdil fil-klima illum sar suggett ta’ dibattitu f’kull livell tas-socjeta’. Dik li sa ftit snin ilu kienet meqjusa bhala teorija tax-xjenzati, illum nafu li hija verita’, u li jehtieg li nehduha bis-serjeta’. Il-klima tad-dinja qed tinbidel, u jekk ma niehdux azzjoni immedjata ta’ warajna jafu jhallsu prezz qares. Fid-dawl ta’ dan l-Unjoni Ewropea poggiet mira ghall-pajjizi membri taghha, illi 10% ta’ l-energija li juzaw sa l-2020 tkun gejja minn sorsi sostenibbli.
- Din hija tassew sfida kbira, u l-Gvern Malti qed jilqaghha b’kuragg u determinazzjoni, ghax din hija sfida li rridu nharsu lejha bhala investiment fl-ambjent, f’pajjizna, u f’uliedna. Apparti li rridu naghtu l-ezempju ahna li konna promoturi tal-kuncett fl-1988 fil-Gnus Maghquda. Ghalhekk il-Gvern qed jipproponi li jsiru windfarms illi jkunu kapaci jiggeneraw ammont ta’ energija sostenibbli, u iktar importanti, nadifa.
- L-energija tar-rih ila tintuza mill-bniedem biex tghinu fil-hidma tieghu sa minn sekli ilu. F’Malta u Ghawdex kwazi f’kull belt jew rahal kellna mtiehen li kienu juzaw ir-rih bhala sors ta’ energija. Wasla sal-kampanja taghna ghad nistghu ninnutaw kif irdieden tar-rih ghadhom jintuzaw sal-lum biex itellghu l-ilma ghat-tisqija tal-ghelieqi. F’kelma wahda, m’ahniex qed nivvintaw ir-rota mill-gdid, qeghdin niskopru teknolgiji godda biex nisfruttaw dan ir-rizors naturali ghall-vantagg taghna, b’modi godda, u iktar efficjenti. Bhal kull gzira, Malta hija mahkuma minn rih il-maggoranza tas-sena, u nkunu verament qed narmu l-energija jekk dan ma nisfruttawhx.
- Wiehed mis-siti identifikati mill-Gvern huwa s-Sikka l-Bajda f’nofs il-bahar, ghalhekk tajjeb li nifhmu ftit dwar din il-possibbilita’. Windfarms fuq il-bahar illum il-gurnata huma metodu li iktar ma jmur qed jigu uzati madwar id-dinja kollha, specjalment fl-Ewropa. Windfarms fuq il-bahar huma r-risposta ideali ghal ambjenti bhal taghna fejn l-art hija limitata, u b’hekk ikollna nharsu lil hinn. Ir-Renju Unit huwa l-iktar pajjiz fid-dinja li jaghmel uzu minn din it-teknologija, u l-intenzjoni hija li jkomplu jibnu iktar minn dawn il-windfarms fuq il-bahar sal-2020. Fl-Ewropa stess hemm id-Danimarka li kienet l-ewwel pajjiz Ewropew li investa f’din it-teknologija. Pajjizi ohra madwar id-dinja li jaghmlu uzu minn din l-energija nadifa huma l-iStati Uniti, u c-Cina.
- Fl-ahhar snin id-domanda ghall-energija f’pajjizna kibret b’mod kbir, sforz ghal stil ta’ hajja, u livell ta’ ghixien ahjar li qed ingawdu. L-energija gejja miz-zejt mhijiex sostenibbli, ghax dan huwa sors li xi darba jew ohra ser jispicca. Ir-rih bhalma hija x-xemx jew il-mewg, huwa sors illi ma jispicca qatt u ghalhekk jista’ jintuza b’mod sostenibbli.
- Dan il-pass mhux qed naghmluh biex nilhqu xi mira tal-Unjoni Ewropea biss, izda biex insiru dejjem inqas dipendenti minn sorsi ta’ energija qodma. B’dan il-pass kuragguz, il-Gvern qed jaghti ezempju lil kull dar f’Malta u Ghawdex li dan tassew jista’ jsir, u li tassew nistghu niehdu vantagg mill-elementi li jdawwruna. F’dan id-dawl kull dar f’pajjizna tista’ tiehu vantagg mill-incentivi li joffri l-Gvern ghal din ir-raguni.
- Dan naghmluh biex dejjem nghixu stil ta’ hajja li jhares fit-tul, b’sostenibbilita’. Dan kollu waqt li nzommu f’mohhna li dan huwa pass li jinhtieg li jsir ghall-gid taghna u tal-generazzjonijiet li ghad iridu jigu warajna.
Fejn hi il-boxxla morali? - 12 ta' Mejju 20009
- Id-dinja ghaddejja minn zmien ta’ taqlib kbir u bla precedent. Il-krizi internazzjonali, li hafna qed ixebbhuha ma’ terremot jew urugan finanzjarju u ekonomiku li bhalu d-dinja qatt ma rat, qed iggieghel ‘l hafna jibzghu mill-ghada. Dak li kien cert ilbierah illum sar incert u l-ghada sar dubbjuz. Sistemi, istituzzjonijiet, prattici, taghlim u hidma li d-dinja haddnet ghal ghexieren ta’ snin illum donnhom m’ghadhomx validi. Minflokhom hemm il-vojt u l-kaos. Minn krizi finanzjarja ghaddejna ghal dik ekonomika u issa, ghall-ewwel darba f’diskussjonijiet u laqghat bejn mexxejja, bdiet tfegg il-biza ta’ krizi socjali wkoll.
- Nistqarr li kulmeta, bhall-gimgha li ghaddiet, jkolli l-opportunita li nirraprezenta ‘l Malta f’laqghat Ministerjali ta’ l-Unjoni Ewropea, u nibda nisma pajjiz wara l-iehor ighidu kemm ckienet l-ekonomija taghhom jew kemm ikun zdied il-qghad f’pajjizhom jew cifri ohra li juru l-entita tal-maltempata, taqbadni dieqa kbira. Kemm ghax hadd ma jiehu gost bid-deni ta’ haddiehor u kemm ghaliex f’Malta taghna hawn min irid inessi l-mewg kbir li qed inhabbtu wiccna mieghu.
- Dawn l-ahhar gimghat u xhur sehhew mossi u caqliq min min ghandu r-responsabilita li jirraprezenta ‘l haddiema f’Malta li gieghluni nirrifletti u niddejjaq. Waqt li barra minn xtutna haddiema stess qed jitolbu sahansitra li joqghodu lura minn dak li jiehdu s-soltu biex jagevolaw kemm jistghu ‘l kumpanija li thaddimhom u biex ma jitilfux iktar impjiegi, waqt li dawn jifhmu li mhumiex garantiti li ser jehilsu mill-ghawg ekonomiku ghax jafu li huma parti mid-dinja, donnu dan l-ahhar f’Malta hawn min iddecieda li jabdika mir-responsabilita tieghu li jmexxi ‘l haddiema membri tieghu u jwebbilhom jiggieldu l-imtiehen bhal Don Quixote.
- Ghax hemm boxxla morali li ghandha tregi u tmexxi ‘l mexxejja tal-unions. Bhalma ghandhom drittijiet ghandhom dmirijiet ukoll. L-iprem fost dawn l-obbligi huwa, u dan anke ighidu t-taghlim socjali tal-Knisja, li b’azzjonithom dawn il-unions igieghlu jbatu ‘l terzi bla htija ta’ xejn. Huwa immorali u skandaluz kif hawn min ma ddejjaqx johloq tbatija fuq min huwa dghajjef u zghir wisq biex jiddefendi ruhu u li ma kellu x’jaqsam xejn mas-suppost tilwima originali. Hawn krizi ta’ tmexxija ta’ certu partijiet tas-socjeta civili, specjalment ta’ ghaqdiet li mhumiex daqstant kbar izda li donnhom ibatu mis-sindromu ta’ Napuljun li b’mod narcissist ghall-ahhar jinqdew bl-ghaqda taghhom biex jissodisfaw l-ego taghhom.
- Altru li nehtiegu unions b’sinsla u li ma jiddejqux jieqfu ‘l min hu fl-awtorita jekk genwinament u kuxjenzjozament ihossu li l-interessi legittimi tal-membri taghhom mhux qed ikunu imharsa. Pero ir-raguni, il-prudenza u s-sens komun jitolbu qies. Jitolbu boxxla morali.
Is-Sinsla tas'-serjeta' - 19 ta' Mejju 2009
- Waqt li esponenti ewlenin tal-PL ghadhom jistqarru li “dahhalnihom” fl-Ewropa, donnu xi ghawg u saram li kien ghalihom kienu jevitaw, ghalina li nservu f’dan il-Partit s-shubija fl-Unjoni Ewropea kien punt ta’ wasla u punt ta’ tluq. Anzi, punt ta’ bidla tas-socjeta taghna ghall-ahjar ghax permezz tas-shubija gawda kullhadd u li ma kienx ghaliha, specjalment f’dan it-terremot finanzjarju u ekonomiku ta’ madwarna bhalissa, ma kien ikolna ebda ilqugh jew solidarjeta minn haddiehor.
- Ghadni ma nistax nifhem kif il-mexxej prezenti tal-PL kien sejjah is-shubija bhala “s-salib tal-millenju”. Trid tkun nieqes u xieref minn kull sens ta’ onesta intelletwali biex iktar minn elf miljun ewro f’fondi li qed niehdu, biex munita gdida li zammitna sodi qalb il-mewg u l-irwiefen ta’ madwarna, biex l-ghodda, l-fondi u l-ghajnuna li shubija qed taghtina fil-konfront tal-immigrazzjoni irregolari u s-sensji tghidilhom “salib”.
- Ghamel sew il-Kunsill Generali jumejn ilu li approva manifest elettorali xprunat mill-importanza tax-xoghol. Mhux biss iktar xoghol li jrendi f’Malta izda li nibqghu nehduha kontra min, bhas-Socjalisti u l-Hodor, ried jindahal kemm sighat tahdem int. Riedu jnehhu s-sahra. Ahna iggielidna kontra dan l-indhil u rebhet ir-raguni taghna. Tajjeb li nselmu l-isforzi ghalenija taz-zewg ewrodeputati taghna biex akkwistajna fondi favur incentivi ta’ xoghol u tahrig matul il-hajja, kif ukoll fondi biex nghinu haddiema milqutin hazin mill-globalizzazzjoni.
- Ghax ftit granet ohra irridu naghzlu min jaf, u wera li jaf, jaghmel l-aktar uzu ghaqli tal-ghodda tal-ishubija. Ewrodeputati biezlin u hawtiela, mhux li jsahhnu s-siggu u li ma jifthux halqhom f’xhur shah fil-Parlament Ewropew a skapitu ta’ pajjizna. Hija hasra li l-ewrodeputati tal-PL ma kellhomx l-amor proprju li jpoggu ‘l pajjiz qabel il-partit meta ivvotaw kontra mizuri li Malta kienet tibbenefika minnhom fil-glieda kontra l-immigrazzjoni irregolari. Bhalma l-istess mexxej prezenti kien uza l-isforzi tieghu biex ma niehdux fondi ghall-impjant ta’ Sant’Antnin.
- Fil-manifest approvat jumejn ilu hemm iktar minn 50 mizura li l-ewrodeputati taghna qed jimpenjaw li jwettqu. Tajjeb li l-poplu jaqra l-manifest tal-PL li fih terz biss ta’ dawn il-mizuri, apparti li fih mizuri li l-ewrodeputati taghna ilhom li wettqu. Haddiehor ghadu ha jibda jaghmel dak li ahna ilna naghmlu.
- L-iprem pregju ta’ dan il-manifest huwa l-enfasi fuq il-valuri taghna li l-ewrodeputati taghna diga wrew li huma kapaci jkunu tarka, specjalment il-valur tal-hajja. Ghax ghalina il-persua umana hija l-fus u l-gebla tax-xewka tal-hidma taghna. Minn dan tinbet is-solidarjeta bhala kolonna ewlenija, hekk li nahdmu favur il-familja u ghal suq b’ruh socjali. Valuri li jiffurmaw is-sinsla tas-serjeta taghna.
Hemm etika fil-politika - 26 ta' Mejju 2009
- Hekk kif joqrob is-6 ta’ Gunju l-poplu Malti qed ikollu l-opportunita li jixtarr is-sustanza tal-messaggi mibghuta mill-partiti u qed jinnota il-metodi li qed juzaw il-partiti ewlenin biex iwasslu l-messagg taghhom. Huwa f’dawn il-mumenti ta’ akkanitizmu li tohrog id-differenza fl-ghagna tal-mexxejja u x’sens ta’ valuri ghandhom jiffurmawhom. Valuri u ezempji ta’ imgieba li l-poplu jrid jevalwa biex jara fejn hu l-bniedem gust. Ghax l-importanza tal-gustizzja fil-hidma tal-bniedem gejja minn zmien Platun fir-Repubblika tieghu u kif ma jistax ikolna socjeta gusta minghajr mexxejja gusti.
- Huma mumenti ta’ dispjacir ghal kulmin ihobb is-sewwa meta kampanja importanti bhal dik li qed nghixu f’dawn il-jiem, taqa’ f’livelli tant baxxi b’tattici nieqsa minn kull etika, bhal meta l-Partit Laburista qasqas messagg li kien ta Alex Perici Calascione biex igib il-bocca fejn il-likk u, ghalija aghar minn dan, ma ddejjaq xejn juza u jarmi persuna li m’ghadhiex fil-hajja pubblika u li ghaddejja minn zmien difficli personali.
- Donna t-tmexxija l-gdida tal-PL rmiet ‘l barra mit-tieqa kull sens ta’ proporzjon u etika dwar sa fejn ghandek tasal biex tirbah il-voti. Il-fini qed jiggustifika l-mezz iktar minn qatt qabel ghax jekk it-tmexxija precedenti tal-PL kienet taqta’ sinjal f’imgiebitha fejn kienu jidhlu d-diffikultajiet personali ta’ individwu, it-tmexxija prezenti ma tiskruplax.
- Anke fil-kaz tal-editjar manipulattiv l-elettorat irid jara l-id ta’ min, anke jekk ammetta li kien jaf mill-bidu x’kien id-diskors shih, immanipula l-kliem biex iqarraq. It-tmexxija prezenti tal-PL ma tiddejjaqx tghaddik biz-zmien, f’wiccek, basta tikkaparra l-voti. U dan hu hazin. Ghax hemm limitu fil-politika ghal dak li ghandu jghaddi u dak li le. Iktar u iktar meta l-mexxej irid jaghti l-ezempju biex ta’ warajh isegwuh. Fejn hi l-iskola tat-taghlim etiku fil-PL?
- Dawn l-azzjonijiet ghandom ikunu sinjali ta’ twissija dwar il-fibra morali ta’ min ikun qed iwettaqom. Dawn il-mumenti juru hafna dwar min jinqeda b’tattici moqzieza li jfakkruna f’regimi ta’ manipulazzjoni li hsibna li kienu intnesew maz-zmien. Ghalxejn tghid li ser twettaq stil politiku gdid, meta waqt il-mument tal-prova taqa’ ghal metodi moqzieza ta’ manipulazzjoni. F’pajjiz hieles, il-partiti ghandhom juzaw kull metodu biex iwasslu il-messagg taghhom, izda dan ghandu isir fil-limiti tal-etika u l-morali. Ghax hemm u ghandu jkun hemm l-etika fil-politika. Inkella nkunu qed inhaffru qabar ghas-socjeta taghna u l-fibra morali taghha.
L-unita tad diversita u s-skiet - 7 ta' April 2009
- Bidu meqjus u ghaqli ghall-Presidenza l-gdida. Inghalaq kapitlu, anzi epoka, u beda kapitlu gdid fil-mixja kostituzzjonali taghna bhala poplu sovran u matur. Avveniment li juri l-kuragg tal-Prim Ministru li jiehu decizjoni differenti minn ta’ qabel u minn dik li stennew bosta, zgur mhux minhabba n-nuqqas ta’ kandidati papabbli u xierqa ghal din il-kariga, izda ghax fehem li kien wasal il-mument ghal bidla ohra.
- Ghamel sew il-President Abela jibda l-Presidenza tieghu b’Quddiesa li turi t-tradizzjoni Nisranija ta’ pajjizna izda, aktar minn hekk, turija ta’ l-importanza ta’ Alla fil-hajja tan-nazzjon u tal-iStat. Ghax iktar milli l-bidu ta’ kariga immarkajna turija ta’ xi hadd li ghazel li joffri lilu nnifsu ghal kotra biex minnu, kif inghad waqt l-omelija, nistaghnew ilkoll. Ftakart fil-kliem ta’ Pascal meta kien qal li “l-bniedem hu kbir biss meta jkun gharkubbtejh quddiem Alla”. Iktar ma tirrikonoxxi l-importanza ta’ Alla f’hajtek u ticcekken, iktar tikber u toktor.
- Il-President il-gdid qed jidhol fiz-zarbun li hallielu statista uniku li ghandha Malta u li matul l-involviment tieghu fil-hajja politika ta’ pajjizna ghal iktar minn 40 sena ghagen lin-nazzjon biex ikun ippreparat ghal dan il-mument. Laqatni l-enfazi tieghu fuq l-impenn b’umilta ghax konxju mit-toqol tar-responsabilita li giet fdata f’idejh f’cirkostanzi politikament u storikament singolari. Izda sewwa enfasizza ir-rilevanza tal-Presidenza anke jekk fis-skiet meqjus li bih u fih jitkellem il-President meta jhoss il-htiega.
- Meta fid-diskors inawgurali tieghu fakkarna fi kliem l-ewwel President li kellha Malta u kif kulhadd ghandu l-parti tieghu x’jaghmel, basta jaghmel xogholu tajjeb, ftakart fi frazi li konna ahna ta’ dan il-Partit li lissinna kemm-il darba, b’mod differenti, fis-snin disghin. “Li kulhadd huwa importanti, u hadd m’hu indispensabbli” konna nghidu biex nuru li ma rridu ‘l hadd jibqa’ lura u li nemmnu f’socjeta inklussiva. Kelna bzonn nghixuhom tassew dawn il-kliem ghax tassew nemmen li daqs kemm huwa tajjeb li ma ninsew ‘l hadd u nahdmu biex kulhadd jimxi ‘l quddiem, anke b’wens u sedqa, daqstant iehor huwa hazin li xi hadd jaghmel lilu nnifsu indispensabbli, hu x’inhu l-qasam li fih jopera. Ghax kulhadd ghandu parti x’jaghmel, b’onesta, ghaqal u fl-interess ta’ ghajrna u tal-pajjiz, kif kien qal l-ewwel President taghna fl-1974.
- Waqt li nirrikonoxxu sfidi socjali godda u niggieza, kif qal il-President Abela, naqblu mieghu li familji sodi jaghmlu pajjiz sod. Pajjizna hu b’sahhtu daqskemm irridu nghinu ‘l familji taghna jkunu sodi. Jaghmel sew u xieraq il-Kap tal-iStat taghna jkun it-tarka, anke jekk fis-skiet meqjus li huwa semma, tal-valuri li ghamluna Maltin.
Il-poplu japprezza s-serjeta' - 14 ta' April 2009
- Iktar ma nterraq fil-qasam li gie fdat f’idejja iktar nikkonvinci ruhi li l-maggoranza tal-poplu trid u tapprezza s-serjeta. U dan bir-ragun. Ghax kien dan il-Partit fil-Gvern li f’dawn l-ahhar snin mhux biss bidel il-wicc fiziku, ekonomiku u politiku ta’ pajjizna ghall-ahjar, izda stieden il-poplu jkun irid l-ahjar. Ghollejna l-aspettativi ta’ dan il-poplu taghna u l-poplu tghallem jistenna l-ahjar minn dan il-Gvern. Mhux stharrig wiehed jew tnejn juru li l-poplu jistenna aktar minn dan il-Partit milli minn ohrajn ghax jaf li l-Partit taghna msejjes fuq is-serjeta. Ghalina mhux kollox jghaddi.
- Qasam fejn zgur il-poplu jrid is-serjeta huwa dak tal-artijiet tal-Gvern u pubblici. Dawn min natura taghhom huma tal-poplu u ghalhekk il-poplu ma jistax ghal min jaghmel tieghu art pubblika kontra l-ligi. Illum l-art tqum il-flus u la l-poplu ma jrid u lanqas il-Gvern ma jaccetta ‘l min jahseb li hu ‘l fuq mill-ligi. Is-saltna tad-dritt titlob u trid li kulhadd ikun meqjus l-istess quddiem il-ligi.
- Kien ghalhekk u iktar li f’dawn l-ahhar xhur hdimna qatigh biex gradwalment tidhol il-mentalita li l-art pubblika mhux qieghda hemm biex tigi mehuda minn min jigi l-ewwel. Apparti li fl-ahhar sena d-Dipartiment tal-Artijiet ghamel iktar minn 250 azzjoni ta’ infurzar kontra min abbuza, hafna minnhom minghajr daqq ta’ trombi, f’Dicembru li ghadda niedejna freephone 1577, miftuh kuljum, biex il-pubbliku jirraporta l-abbuz tal-proprjeta pubblika.
- Sal-gimgha l-ohra dahlu iktar minn 660 rapport fuq dan il-freephone 1577, li jkopru kull forma ta’ abbuz tal-art pubblika, min abbuz zghir ghal dak sfaccat. Kull wiehed minn dawn ir-rapporti gie jew qed jigi investigat biex inkunu certi mill-fatti. Uhud minn dawn ir-rapporti jehtiegu gimghat ta’ verifika jew studju minhabba ragunijiet legali u anke biex ikolna saqajna fis-sod jekk u meta nidhlu l-Qorti. L-azzjonijiet ta’ infuzar innifishom jehtiegu numru ta’ granet ta’ thejjija. Pero minkejja dan, u minkejja l-limitazzjonijiet ta’ rizorsi umani li ghandna, qed isiru medja ta’ 30 azzjoni jew spezzjoni fil-gimgha fuq ir-rapporti li jidhlu.
- Filwaqt li n-numri u l-istatistika huma importanti, ghalija huwa iktar importanti li l-poplu qed jifhem li bhalu ahna rridu s-serjeta u mhux ser nittolleraw l-abbuz. Ghalija huwa iktar importanti li kelma jew ittra ta’ twissija tkun bizzejjed biex dak li jkun jammetti li zbalja u ghalhekk irregga’ lura ghemilu. Minn hawn inrodd hajr ‘l pubbliku li qed jappoggjana fil-hidma taghna u qed jaghmel uzu xieraq mill-ghodda li tajnih biex jirraporta l-abbuz. Ninsabu determinati li nkomplu fit-triq li qbadna.
In-nar li jittempra l-azzar - 21 ta' April 2009
- Bhal kull haga fid-dinja,ir-ricessjoni tista’ thares lejha minn bosta bnadi; il-Gvern jaghzel li jhares lil hinn mir-ricessjoni, u jemmen fil-poplu taghna. Filwaqt li nemmnu f’dan il-poplu tajjeb li naraw x’inhu jigri lil hinn minn xtutna, f’pajjizi ikbar minna, tajjeb li nzommu ghajnejna miftuha ghal dak li qed jigri madwarna, ghax iwassalna biex nifhmu ahjar is-sitwazzjoni taghna.
- Fis-7 t’April li ghadda fl-Irlanda gie mhabbar budget ta’ emergenza – dan sitt xhur biss wara budget iehor meqjus iebes ghal din is-sena. Dan il-budget ta’ emergenza huwa frott ta’ cirkustanzi koroh, fejn id-dejn nazzjonali tal-pajjiz qed idur madwar il-11%, filwaqt li dak li jipproduci l-pajjiz imsemmi mistenni jonqos bi 8%. Flimkien mal-Grecja, l-Irlanda qed tigi meqjusa bhala theddida ghall-istabilita’ taz-zona tal-munita Ewro, tant li qed jigu mitluba mill-UE, biex jiehdu passi serji biex is-sitwazzjoni taghhom titjieb.
- Ghalhekk l-Irlanda kellha tiehu numru ta’ decizjonijiet iebsa ferm biex ittaffi l-qaghda finanzjarja mwieghra li tinsab fiha. Fuq nett tal-lista hemm zieda fit-taxxa tad-dhul, it-tnehhija tal-bonus tal-Milied li gej, filwaqt li zdiedet is-sisa fuq is-sigaretti u d-diesel. Il-mizuri pero huma ferm iktar ikkumplikati u serji minn hekk. Fostom insibu li irdoppjat it-taxxa fuq is-servizzi tas-sahha. Tnaqqset in-nefqa kapitali fuq it-trasport, it-toroq, is-social housing, il-produzzjoni ta’ l-ilma u l-infrastruttura tal-edukazzjoni. Tnaqqset sewwa l-ghajnuna lil pajjizi inqas zviluppati, u tnaqqsu l-allokamenti ta’ flus lid-dipartimenti tal-Gvern. Fis-settur pubbliku ukoll, giet introdotta skema ta’ irtirar kmieni, minghajr ebda kumpens.
- Decizjonijiet iebsa ohra kienu li ddahhlu rati godda ta’ 25% u 28% ghal poloz ta’ assikurazzjoni fuq il-hajja, filwaqt li ddahhlet levy gdida fuq l-istess poloz ta’ assikurazzjoni ta’ 1%. Poloz ohra ta’ assikurazzjoni zdiedet il-levy sostanzjalment fuqhom ukoll. Flimkien ma’ dan kollu, zdiedet it-taxxa fuq id-dhul kapitali, kif ukoll fuq il-capital acquisitions. Tnaqqas l-infiq fuq il-qasam socjali. Dan kollu, f’budget ta’ emergenza wiehed, u rizultat tas-sitwazzjoni mwieghra internazzjonli.
- M’ahniex qed nitkellmu fuq pajjiz tal-Afrika centrali, jew xi ekonomija li ghada tibda. M’ahniex anqas nitkellmu fuq xi pajjiz ex-komunista. Din hija l-Irlanda llum, pajjiz li sa jumejn ilu konna nirreferu ghaliha bhala ir-riga li titkejjel maghha l-kumplament tal-Ewropa, ix-xempju ta’ kif ghandha tahdem ekonomija moderna. Dan jirrifletti kemm hija importanti s-serjeta’ fiskali u finanzjarja. Kif il-politika mhix loghoba ta’ min jintghogob l-iktar.
- Il-Gvern Malti jemmen bis-serjeta’ f’dan il-poplu, u ghalhekk ifassal il-pjani tieghu fit-tul, ghax jaf li f’dan il-poplu hemm ir-ricetta u l-ingredjenti ghas-success. Dan il-poplu ghadda minn burraxki iebsa ohra fl-istorja tieghu, u kulmeta pogga mohhu hemm, u mexa id f’id, dejjem irnexxa, u hareg izjed b’sahhtu. Bhall-azzar li jigi ttemprat fin-nar l-iktar jikwi, hekk l-istess dan il-pajjiz johrog iktar b’sahhtu wara dan il-mument iebes ghax immexxi bis-serjeta u bir-responsabilita. Ejja napprezzaw x’ghandna u fejn qeghdin. U nibzghu ghalih ghax niddependu minn xulxin.
Lokalitajijiet sostenibbli u b'hegga ghall-Futur - 28 ta' April 2009
- Id-Dipartiment tal-Artijiet illi tieghu jien responsabbli, l-gimgha l-ohra ghadda b’devoluzzjoni art u proprjeta’ tal-Gvern lil zewg Kunsilli Lokali Ghawdxin biex jigu zviluppati fi progetti mill-iktar innovattivi, ghall-gid tal-komunita’. Ghal darb’ohra il-politika ta’ devoluzzjoni tal-Gvern qed thalli l-frott fejn jolqot lill-pubbliku direttament.
- F’dawn iz-zewg kazi partikolari bqajt impressjonat kemm l-inventiva tal-Kunsill Lokali tal-Munxar u tal-Gharb kienet strumentali biex taghmel id-differenza fil-kwalita’ tal-hajja tal-pubbliku. Fiz-zewg kazi, il-kunsill lokali hareg b’edeat interessanti ta’ kif juza r-rizorsi li ghandu u johloq progetti li jtejbu l-kwalita’ tal-hajja tac-cittadini tieghu. Ghalhekk ma nistax ma nesprimix kliem ta’ tifhir ghas-Sindki ta’ dawn iz-zewg lokalitijiet Joseph Sultana u David Apap, flimkien mal-kunsilliera u l-istaff taghhom.
- Fil-Munxar, id-dipartiment tal-Artijiet ghadda ‘l Kunsill medda art li qed tiddawwar fi gnien pubbliku u playing field ghar-rilassament tal-familja. F’dan il-gnien ser ikun hemm il-bandli tradizzjonali kif ukoll open-air gym li ser ikun l-ewwel wiehed fix-xorta tieghu f’Ghawdex. B’dan il-gym il-Kunsill Lokali ser ikun qed jinkoraggixxi l-attivita fizika fost it-tfal u l-kbar, tant importanti illum il-gurnata. Apparti minn hekk, il-hsieb huwa illi l-gnien ikun imdawwal kollu minn energija alternattiva permezz ta’ celloli fotovoltajci, b’tali mod illi ma jaghmilx ebda uzu minn energija tradizzjonali. Dan qed isir biex jinghata ezempju lir-residenti tar-rahal illi din hija xi haga tassew possibbli, u li kullhadd ghandu jipprova jiehu vantagg mill-incentivi illi il-Gvern ta fuq l-energija alternattiva.
- Mill-banda l-ohra id-devoluzzjoni gewwa l-Gharb hija fuq bini tal-Gvern li ghadda ghand il-Kunsill tal-lokal, biex jigi zviluppat f’Centru Civiku komplut bis-servizzi kollha, illi wiehed ikollu bzonn. Fost dawn, ic-centru ser ikollu servizz ta’ spizerija, u servizz finanzjarju ghall-konvenjenza tal-pubbliku. Dan imur id f’id mar-riforma tal-Kunsilli Lokali mhabbra gimghatejn ilu, illi tikkoncentra fuq il-htiega illi l-Kunsill Lokali ghandu jkun hemm ghall-pubbliku. F’dan il-kumpless ser ikun hemm ukoll guest house biex takkomoda vizitaturi tal-Kunsill. Din il-guest house ser tkun tista’ sservi ukoll bhala centru ta’ matul il-jum kif ukoll bhala shelter ghall-lejl. Dan il-kunsill jinsab ukoll fil-process illi jgib fondi mill-Unjoni Ewropea biex iwettaq dan il-progett ambizzjuzi, illi ser ihalli effett pozittiv fil-hajjiet tan-nies.
- Meta nhares lejn dawn iz-zewg progetti ma nistax hlief naghti it-tifhir tieghi ghall-hegga u d-determinazzjoni biex isir il-gid fil-lokalitiajiet taghna, minn dawn il-Kunsilli. F’dan id-dawl wiehed jara kemm kienet f’waqtha ir-riforma tal-Kunsilli Lokali immexxijja mis-Segretarju Parlamentari Chris Said, li hija ddizinjata biex tqarreb il-Kunsill Lokali iktar u iktar vicin tac-cittadin.
- Dan hu l-mod kif ghandna nahdmu, dan huwa l-hsieb illi ghandu jixpruna il-hidma taghna. Il-Munxar u l-Gharb forsi huma fost l-izghar lokalitiajiet f’pajjizna, izda l-ambizzjonijiet taghhom huma fost l-aqwa. Meta jkun hemm ir-rieda ghax-xoghol, ix-xoghol isir, u ssir id-differenza. L-uniku limitu fuq dan, huwa l-limitu illi npoggu fuqna nfusna, ahna stess.
Inseg ghanqbuta ta' kuluri - 3 ta' Marzu 2009
- Kienet okkazjoni tassew helwa u mimlija b’sinjifikat dik li attendejt jumejn ilu f’Hal Tarxien meta gie imniedi ufficjalment il-progett Inseg Ghanqbuta ta’ Kuluri, imtella’ mill-grupp taz-Zghazagh Azzjoni Kattolika ta’ dan ir-rahal.
- Dan il-progett huwa iffinanjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea permezz tal-programm Youth in Action u se jkun mifrux fuq sitt xhur. Permezz ta’ diversi attivitajiet il-branka taz-ZAK ta’ Hal Tarxien ha tipprova turi modi diversi ta’ kif ghandna ninkludu nies ta’ kulur u kultura differenti.
- Huwa progett immotivat u mmexxi minn sens qawwi ta’ inkluzjoni u messagg kontra d-diskriiminazzjoni. Kif ighid l-istess messagg tal-okkazjoni, iz-zmien meta s-socjeta kienet tkun maghluqa f’kultura wahda inbidel. Inizjattiva fejn dawn iz-zghazagh qed jahdmu biex iqajmu apprezzament lejn kulturi, twemmin u modi ta’ ghajxien li qeghdin jinbtu fis-socjeta Maltija mal-wasla ta’ diversi immigranti. Permezz ta’ attivitajiet varji dawn iz-zghazagh kuragguzi qed jippromwovu l-inkluzjoni u jsahha t-tolleranza.
- Dan il-progett juri il-vitalita taz-ZAK f’pajjizna. Prezenti f’ghoxrin parrocca f’Malta, l-ghan ewlieni taz-ZAK huwa biex jipprovdi liz-zghazagh Maltin x’imkien fejn imorru biex jiehdu gost b’mod tajjeb, b’taghlim socjali u religjuz, isiru hbiberiji godda u jghinu sabiex jissawwru karattri sodi. Il-branka taz-ZAK f’Hal Tarxien huwa maqsum f’sitt gruppi u hemm madwar hamsin membru li jiltaqghu kull gimgha b’laqghat li jikkonsisitu b’riflessjonijiet u attivitajiet skond il-bzonnijiet u l-interessi tal-grupp.
- Inizjattivi bhal dawn jisthoqqilhom xejn hlief tifhir u inkorragiment ghax iterrqu kontra l-kurrent u jqajmu kuxjenza, specjalment fl-iskejjel, kontra d-diskriminazzjoni. Huma frott konkret tas-Sinodu Djocesan li tkellem favur Knisja impenjata socjalment b’metodi godda. Huma wkoll ezempju haj ta’ kemm jiswew il-programmi u fondi tal-Unjoni Ewropea, mhux biss ghall-progetti infrastrutturali li huma tassew bzonnjuzi f’pajjizna, izda wkoll b’mod mhux daqstant tangibbli biex ighinu liz-zghazagh taghna fil-formazzjoni taghhom.
- L-istatistika turi li fis-sena 2008 iz-zghazagh Maltin ghamlu uzu mid-doppju ta’ programmi ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea fuq dawk tas-sena 2007. Mertu tal-Ministeru rsponsabbli minn dan il-qasam li qed jahdem qatigh biex igib iktar ‘l quddiem liz-zghazagh Maltin, izda wkoll mertu taz-zghazagh taghna li huma kreattivi u innovattivi bizzejjed biex iwahhdu flimkien il-fondi flimkien mal-progetti li jgibu ‘l quddiem lis-socjeta taghna. Is-socjeta taghna hija b’sahhitha daqs kemm tghin ghaqdiet bhal dawn jimirhu ‘l quddiem fit-tfassil ta’ xibka gdida (ghalhekk ghanqbuta) ta’ kuntatti, formazzjoni u volontarjat.
Hidma hawtiela - 10 ta' Marzu 2009
- Jumejn ilu, nhar il-Hadd 8 ta’ Marzu immarkajna l-ewwel anniversarju mill-elezzjoni generali ta’ sena ilu, fejn il-poplu Malti ghal darb’ohra rega wettaq l-ghola dritt li jrendih sovran, u ddecieda li jerga jaghti r-ridni ta’ dan il-pajjiz fil-par idejn sodi ta’ Lawrence Gonzi u tal-Partit Nazzjonalista li huwa jmexxi. Il-poplu Malti ghal darb’ohra rega ghazel li ma jismax minn min beda jaqtalu qalbu u jippriedka t-tragedja, izda ghazel ‘l min wera ottimizmu kawt, u vizjoni cara ‘l fejn ghandu jmur dan il-pajjiz.
- Sena wara, b’mod naturali wiehed jistaqsi fejn wasalna, u jekk il-pjan ta’ Gvern huwiex qed jitwettaq kif ippjanat. Sena wara, inharsu lura u naraw kif il-hidma ta’ dan il-Gvern wiegbet ghar-realtajiet tal-lum, kif il-hsieb jibqa’ wiehed li flimkien, b’ghaqal fiducjuzi li naslu.
- Dan il-Gvern mhuwiex qed ibahhar semplicement f’bahar imqalleb u jaghmel hiltu li ma jisfax vittma tal-maltemp li qed jahkem id-dinja. Il-Gvern anqas jimbastah li frott l-ghaqal fit-tmexxija, u frott is-shubija taghna fl-Unjoni Ewropea, pajjizna ghadu relattivament protett mill-qilla tal-mewgiet. Bhal dak il-bahhar ghaqli, dan il-Gvern ma jimbastahx li ma jinzilx taht il-mewg, izda jrid ukoll li jwassal il-bastiment fil-port li kellu ppjanat minn qabel ma telaq ghall-vjagg. Hadd m’hu jilludi ruhu li t-triq ser tkun xi wahda facli, jew li forsi mhux ser jinqalghu xi intoppi li permezz taghhom ikollna nvarjaw xi ftit ir-rotta. Jibqa’ l-fatt li id-detsinazzjoni hija cara f’mohh il-Gvern, u d-determinazzjoni hija soda.
- Id-destinazzjoni ta’ dan il-Gvern hija is-sena 2015, u li sa dakinhar Malta tikseb l-eccellenza f’seba’ oqsma importanti. Is-sahha, il-qasam edukattiv, il-manifattura tas-servizzi, it-turizmu, is-servizzi finanzjarji, it-teknologija tal-informatika u l-komunikazzjoni u Ghawdex bhala gzira ekologika. Fi kliem il-Prim Ministru, ''Pajjiżna għandu l-ħila jimxi 'l quddiem'', u jwettaq ambizzjonijiet kbar. U dan li jifridna mil-partit tal-oppozizzjoni - li verament nemmnu f’dan il-poplu, f’dan il-pajjiz, u nfasslu gejjieni li jhares fit-tul.
- Din il-vizjoni fit-tul, ma ggibx maghha biss ward u zghar – izda ggib ukoll id-dover li jittiehdu d-decizjonijiet serji u iebsa li l-frott taghhom ma jinhasadx fit-temp immedjat. Dawn id-decizjonijiet ikunu mehtiega biex verament ninvestu fil-gejjieni ta’ pajjizna, u ghalkemm jistghu jirrizultaw f’effett iebsa fl-immedjat, ikun bluha li ma jittihdux għall-ġid ogħla fit-tul.
- Min jippriedka mill-gallarija jista’ jghid li jrid ghax il-kliem huwa irhis, u bil-kliem tpengi l’istampa li trid. Huwa facli wiehed jikkritika meta ma jkunx responsabbli. Huwa facli tipproponi u twieghed l-impossibbli meta r-riedni mhumiex f’idejk. Bil-kliem tghid li trid, izda r-responsabbilita’ tipponta f’direzzjoni ohra.
Is-Salib li rrizulta f'vuci siewija - 17 ta' Marzu 2009
- Hawn min illum jipprezenta ruhu bhala paladin tal-poplu Malti quddiem l-Unjoni Ewropea. Hawn min jipprezenta ruhu bhala pampalun tad-drittijiet tal-Maltin quddiem Brussels. L-istess persuna li sa ftit, veru ftit, zmien ilu kien wissa u ammonixxa ‘l poplu taghna li l-Unjoni Ewropea ser tissarraf f’salib tant kbir ghalina li ser ikun is-salib tal-millenju ghalina lkoll. L-istess talin li kien mar ighid ‘l gazzetta fl-iStati uniti li l-vuci ta’ Malta kienet ser tkun bla sinjifikat u effett.
- Fil-programm elettorali taghna ghall-elezzjoni generali tas-sena li ghaddiet, taht il-punt 15, konna weghdna ‘l poplu Malti li ser inkomplu nissieltu biex ma jkunx hemm VAT fuq ikel u medicini b’mod permanenti. Il-Partit Laburista ma kienx ghamel din il-weghda fil-programm elettorali tieghu. Probabilment ghax ma kellux il-konvinzjoni u l-kuragg li jiggieled b’success din it-taqtigha kontra 26 pajjiz iehor.
- Mhux hekk ahna. Mhux talli weghdniha, talli bqajna nissieltu u bqajna sakemm irbahniha u zammejna kelmitna. Mertu tal-hidma sfieqa, hafna minnha minn wara l-kwinti, tal-Prim Ministru, tal-Ministru tal-Finanzi, tar-Rapprezentanza Permanenti taghna fi Brussel u l-ufficjali taghna. Il-pajjiz ckejken fid-daqs, taghna izda ghaqli u sod fin-negozjati tieghu irnexxielu jikkonvinci 26 pajjiz iehor. Dak li ghal haddiehir f’pajjizna kien holm ghalina kien impenn. Dak li ghal haddiehor f’Malta kien is-salib tal-millenju issarraf f’vuci tant siewja ghal gid tal-poplu taghna. Mentri haddiehor issa intebah li s-salib tal-millenju jista’ konvenjentement ihabbatlu l-bibien tieghu biex minghalih jitfa’ l-bzar f’ghajnejn in-nies u jwebbel in-nies, ahna sodisaftti li dak li minn dejjem weghdna wettaqnih.
- Minkejja c-cokon geografiku ta’ Malta, ghandna l-unur nghidu li ahna rapprezentati b’mod meqjus u ghaqli fl-Unjoni Ewropea. Din ir-rebha taghna ta’ bhal-llum gimgha turi ghal darb’ohra li fl-Unjoni Ewropea li jghodd mhux id-daqs tal-pajjiz izda l-kwalita tal-idea u tal-argument. Li jiswa huwa l-logika tal-perswazjoni. Basta jkollok fiducja fik innifsek u fl-argumenti tieghek.
- Kemm hemm pajjizi, anke vicin taghna li wara li kienu qatghu qalbhom li jaghmlu bhalna fuq il-kwsitjoni tal-VAT fuq l-ikel u l-medicini, llum jixtiequ jigdmu minkbejhom u ma jistghux. Daqstant ghamilna rebha kbira l-gimgha l-ohra li ma nistghux nieqfu nfakkru. Jekk il-hobz ituh ‘l min jaf jieklu, lilna tawhulna, ahna ghomodnih u kielnih. Haddiehor xarrab ‘l bakkaljaw. Issa jieklu.
Il-Kura vera kontra il-kapitalizmu - 24 ta' Marzu 2009
- Laqatni artiklu li deher fil-Financial Times l-gimgha l-ohra miktub minn zewg professuri tal-ekonomija, wiehed minnhom rebbieh ukoll tal-premju Nobel tal-ekonomija fl-1992. F’nofs dan l-ikbar ricessjoni dinjija mid-Dipressjoni tal-1929 qed jinktibu hemel artikli u studji ta’ x’wassal biex ninsabu f’dawn l-ghawg internazzjonali u x’inhija l-kura xierqa. Kulhadd ighid tieghu. Imma mhux kulhadd jaqbel fuq il-kawza u l-effetti.
- Laqatni dan l-artiklu ghax fis-sustanza jikkritika hafna mill-mizuri li qed jittiehdu madwar id-dinja u l-analizi li hafna ghamlu internazzjonalment tar-raguni tal-krizi finanzjarja u ekonomika. Dawn iz-zewg imhuh jargumentaw favur il-valur tal-kapitalizmu u jwissu li l-mizuri li qed jittiehdu jistghu joqtlu l-kapitalizmu. Peress li mill-1980 ‘l hawn il-gid li holqot id-dinja kiber b’145%, jew medja ta’ 3.4% kull sena, u miljuni ta’ nies hargu mill-faqar, specjalment fl-Indja u fic-Cina u l-hajja twalet f’hafna pajjizi, allura dawn jargumentaw kemm dan juri l-valur immanenti tal-kapitalizmuu kemm irridu nharsuh. Jitkelmu kontra, ghalhekk, interventi diretti u regolatorji tal-Gvernijiet biex jindirizzaw din il-krizi.
- Waqt li hawn kor ta’ ilhna favur iktar interventi tal-Gvernijiet biex jistumulaw l-ekonomiji u jzidu l-infiq, f’mument fejn id-domanda naqset qatigh, u waqt li hafna jwahhlu f’nuqqas ta’ dixxiplina fis-settur bankarju li waslet ghal din il-krizi, dawn iz-zewg ekonomisti jargumentaw bil-maqlub. Ghalihm is-suq ghandu jsuq u l-privat ghandu jithalla ghal rihu jsolvi l-problemi wahdu sabiex is-suq jistabilizza ruhu.
- Jien ma naqbilx ma’ dawn l-argumenti. Ma jfissirx li ghax fis-snin ta’ wara d-Dipressjoni tal-1929 kien hawn qawmien favur is-socjalizmu u l-komunizmu sas-snin sittin b’hafna pajjizi mahkumin minn dan il-kredu u b’miljuni jghixu l-faqar tal-blokk Sovjetiku u pajjizi girien allura l-vera kura u soluzzjoni kellha tkun il-kapitalizmu. Iz-zewg estremi huma hziena.
- Jekk niftakar tajjeb fl-enciklika tieghu Sollecitudo Rei Socialis, Papa Woytla jitkellem dwar il-hazen u l-hsara taz-zewg ideologiji tal-kapitalizmu u l-komunizmu. Il-bilanc veru jinstab x’imkien nofs triq, b’ekonomija miftuha u hielsa izda b’wicc uman u b’kuxjenza socjali. Mhux fejn min hu l-aqwa jhawwel. Izda fejn is-solidarjeta tirbah fuq l-egoizmu u r-reghba.
- Ghax il-bniedem mhux numru jew statistika. Ghax il-fini ma jiggustifikax il-mezz. Ghalhekk dan il-Partit mexxa u qed imexxi sew ‘l dan il-pajjiz, b’ghaqal u b’wicc uman, minkejja zminijiet ta’ prova u sfida kbira. Dan il-Gvern huwa xprunat mill-valuri tal-umanezimu tal-politika, fejn l-etika ghandha post fuq quddiem fit-tfassil tal-ekonomija tas-suq b’wicc uman. Dan hu li jiddsitngwina minn haddiehor. Jimpurtana mill-bniedem ghax huwa s-suggett tal-attivita taghna, mhux l-oggett.
Il-politika issalvak? - 31 ta' Marzu 2009
- Minkejja l-hafna garr u kritika lejn il-poltika u l-politici kullimkien, nemmen li huwa utili li xi spiss nieqfu u nirriflettu kemm huwa essenzjali li jkolna tmexxija tajba u politici ta’ sinsla, anke jekk minn skjeramenti politici differenti. Mhux tant importanti li naqblu politikament daqskemm naqblu li irridu tmexxija ta’ integrita, serjeta xprunata minn valuri li jibqghu fit-tul. Dan mhux issa biss izda anke eluf ta’ snin ilu u spiss kellek ghorrief jiktbu dwar jekk ghandux ikun hemm ubbidjenza lejn is-setgha.
- Il-gimgha li ghaddiet attendejt bi pjacir tahdita dwar jekk il-poltika ssalvakx, frott l-ewwel ittra ta’ San Pawl ‘l Rumani, Kapitlu 13. Din is-silta fiha kliem li ghadhom jidwu anke llum. L-ubbidjenza. Li l-awtorita gejja minn Alla. Li rridu noqghodu ghall-awtorita u jithalsu t-taxxi u d-dazji. Interessanti kif Pawlu wera realizmu politiku fin ghax hares lejn l-Imperu Ruman bhala l-harries kontra l-Gudajizmu.
- Tmexxija tajba ggib l-ordni u jkun hemm il-gustizzja socjali permezz taghha. It-tmexxija hija mehtiega, inkella inkunu qisna bicca sufra qalb ir-raghwa ta’ bahar imqalleb. Imma x’inhi tmexxija tajba?
- In-Nisrani fil-politika ghandu kodici morali ta’ valuri li jmexxuh li haddiehor m’ghandux. Valuri immanenti, jigifieri li ma jinbidlux, bhall-valur traxxendentali ta’ kull persuna, il-gid komuni u c-centralita tal-bniedem fl-attivita taghna. Ma jfissirx li n-Nisrani fil-politika ma jizbaljax. Izda ghalih il-poter mhux fini izda mezz. Anzi anke f’din l-ittra lir-Rumani tinghata legitimita ‘l poter ghax hu poter mehtieg biex titnaddaf il-politika.
- Ghax jekk in-Nisrani ma jidholx fil-politika jkun hemm vojt li haddiehor jimla. Kif gara fl-Italja wara l-waqa’ tas-saltna tal-Papa Re u dahlu t-truppi mill-Piemonte u bdew jghaqqdu l-Italja. Izda gara wkoll li kwazi l-karigi kollha imtlew mill-mazuni u minn min ma kellux kodici morali tajjeb. Ma jfissirx li kien hazin li l-Papa tnehhietlu s-setgha ta’ hakma terrene (anzi) izda peress li l-Insara ghamlu passejn lura hallew ‘l haddiehor jimla l-vojt.
- Xi xhur ilu qrajt ktieb dwar ir-rwol tal-lajci fid-dinja, specjalment wara l-Koncilju tas-sittinijiet. Huwa obbligu ghan-Nisrani li jidhol ghal karigi importanti fl-iStat, jekk ihoss li ghandu l-kapacita: “I cattolici esperti in politica e, come naturale, saldamente ancorati alla fede e alla dottrina Cristiana, non ricusino le cariche pubbliche, potendo per mezzo di esse, degnamente esercitate, provvedre al bene commune e al tempo stesso aprire la via al Vangelo” (digriet tal-1965 dwar l-appostolat tal-lajci)
- Il-politika wahdeha ma ssalvakx. Izda n-Nisrani li juza l-iStat ghal gid komuni jitqaddes huwa u jqaddes l-iStat
Fid-dgħufija hemm is-saħħa tas-soċjeta' - 1 ta' Frar 2009
- Nhar l-Erbgha fil-Parlament tkompla it-tieni qari tal-abbozz ta’ ligi dwar emendi ghall-kodici kriminali fejn jirrigwardjaw atti ta’ terrorizmu, razzizmu u xenofobija.
- Habat tajjeb li il-Parlament iddiskuta din l-emenda proprju f’jum u l-ghada ta’ Jum it-tifkira, il-jum illi fih jitfakkru madwar id-dinja, l-hruxijiet ta’ l-Olokawst. Proprju din l-emenda fil-ligi taghmel reat, li wiehed inaqqas, itaffi jew ixejjen mill-kruha, u l-estent kriminali tal-Olokawst jew kwalunkwe genocidju iehor. U dan x’rizultati jista’ jaghti?
- Meta nahseb f’genocidju, hsiebi minnufih immur ghal zjara ufficjali tal-Parlament illi mexxejt fil-kampijiet ta’ koncentrament ta’ Auzwitch u Virchenaw fil-Polonja, u kif din l-esperjenza immarkatni ghal hajti. Kienet tassew zjara li fiha esperjenzajna mill-qrib il-metodi soffistikati u avvanzati li l-bniedem kien kapaci jizviluppa biex johloq l-ammont massimu ta’ tbatija u ugieh fil-konfront ta’ siehbu uman iehor, f’isem duttrina razzista qarrieqa. F’dawn il-kampijiet rajna kif ir-regim Nazzista zamm il-kontroll fuq il-hajja u l-mewt tal-prigunieri. Aneddotu li jkessah u li nibqa’ niftakar kien ta’ wiehed detenut, li f’att ta’ disprament ipprova jikkommetti suwicidju billi jintefa fuq ir-recint tal-wires elettrici, izda ghal xi raguni dan ma mietx. Is-suldati Nazzisti, salvaw ‘l dan ir-ragel minn halq il-mewt, ghinuh jistejqer u jgib sahhtu – biex qatluh ftit tal-jiem wara. Id-dutrina perversa kienet cara. Fil-kampijiet ta’ koncentrament, ir-regim Nazzista huwa l-awtorita’ estrema fuq il-hajja kif ukoll fuq il-mewt.
- Ghalhekk tajba l-emenda fil-ligi li tipporvedi li hadd ma ghandu d-dritt li jirpprova jtaffi jew ixejjen dawn id-delitti kontra l-umanita’, ghax dawn huma delitti kontra l-umanita’ kollha. Dak li gara 60 sena ilu, fil-qalba tal-Ewropa seta jsehh ghax dak iz-zmien il-Gvernijiet tad-dinja ipprattikaw politika ta’ Appeasment, u li ppermettiet dawn it-tragedji. Politika ta’ appeasment ma haditx bis-serjeta’ it-theddida tar-regim Nazzista, u Faxxista, bl-iktar elementi daghjjfa tas-socjeta jaqaw vittmi tas-silenzju. Dik is-socjeta li tinsa il-passat taghha, tidhol fir-riskju illi terga tghixu.
- Is-Socjeta’ hija b’sahhitha daqs kemm hija kapaci tiddefendi l-iktar elementi dghajjfa fi hdana. Ghalhekk huwa tajjeb li il-legizlatur jipprovedi li il-xenofobija, ir-razzizmu u t-terrorizmu jkunu reati kriminali.
- F’Malta ghalkemm ghandna liberta’ ta’ l-espressjoni shiha, ghadna ngawdu minn valuri sodi illi ta min wiehed jiftahar bihom. Sfortunatament pero’ f’dan il-pajjiz xi kull tant tisma’ xi zgarratura b’xi dikjarazzjoni xokkanti li tkun imnebbha mill-xenofobija. Ghalhekk huwa tajjeb li mill-parlament b’vuci wahda unanima nibghatu messagg li dan ma jistax jibqa’ jigi tollerat. Dan it-tip ta’ lingwagg spiss ikun dannuz ghas-socjeta’ innifisha.
- Din l-emenda tipprovedi ukoll ghal tifsira ta’ x’inhija piraterija u taghmel delitt b’pieni sostanzjali, fejn ikun hemm kazi ta’ dan it-tip. Dan l-abbozz ta’ ligi igib fis-sehh direttiva Ewropea, illi gejja minn trattat internazzjonali – is-Solas Convention. Din il-Konvenzjoni kienet saret biex fasslet ligijiet internazzjonali li jirregolaw dik li hija piraterija tal-bahar, wara l-kaz ta’ Akille Lauro tal-1985.
- Fl-ahhar nghalaq billi nghid illi l-kodici kriminali mhuwiex bhemm biex jikkastiga u biex jaqbad fuq sieq wahda. Il-kodici kriminali huwa hemm proprju biex jiddefendi ‘l vitma u jghati gustizzja. Ghax tassew nemmnu illi socjeta’ hija b’sahhitha daqs kemm hija kapaci tiddefendi l-iktar elementi dghajjfa fi hdana.
Għala l-poter? - 5 ta' Frar 2009
- Artiklu f’rivista internazzjonali dan l-ahhar ggieghlni nirrifletti. Sa minn Platun, eluf ta’ snin ilu, hafna nassieba ippruvaw jiddefinixxu x’inhu l-poter u x’jikkostitwixxi poter imhaddem tajjeb. Fl-istess waqt li ippruvaw jaghtu tifsira ghal kelma “poter” iddistakkawha minn impulsi ohra li jmexxu l-attvita tal-bniedem. Fil-bidu ta’ din is-sena, l-ahhar sena ta’ dawn l-ewwel ghaxar snin tas-seklu 21, huwa zmien tajjeb li naraw in-natura tal-poter u ta’ dawk li huma b’sahhithom minhabba li d-dinja ghaddejja minn tant taqlib li qed tigi imfassla mill-gdid. Mhux biss minhabba r-ricessjoni li qed tohnoq u tahkem lid-dinja, izda anke kif wiehed mill-ahjar kittieba prezenti Amerikani, Fared Zakaria, irrefera ghal “qawmien tal-kumplament”, bhac-Cina, l-Indja u l-Brazil fil-fatt.
- Il-konsegwenzi kulturali, politici u ekonomici tat-terremot finanzjarju fid-dinja ma jistax jigu kwantifikati minn issa. Il-fiducja jew tama ghamja fl-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji evaporaw. Il-kolass tal-gganti f’Wall Street wassal ghal qawmien ta’ burokrati u politici f’Washington, Brussels u Beijing. Il-konfuzjoni qed tinxtered fid-dinja.
- Il-kelma Latina ghal poter hija imperium li tfakkar fl-idea ta’ Stat. Fil-fatt minghajr ma rridu il-kelma poter ggieghlna niftakru f’termini politici. Pero il-qima lejn il-poter bhala fini fih innifsu hija xi haga li tkissrek u li tiddisorjentak. Eku ta’ dan hija l-istorja tal-Genesi u t-tfittxija jew xewqa ta’ Adam u Eva biex isiru aqwa mill-allat.
- Il-hassieb ateu Nietzsche fis-seklu 19 kien kiteb hekk fuq ir-rieda tal-bniedem ghal poter: “L-idea tieghi hija li kull hlejqa tipprova ssir sid fuq l-ispazju kollu u tipprova testendi il-forza taghha (ir-rieda ghal poter) u li timbotta lura kulma jipprova jirrezisti l-estenzjoni taghha. Pero fl-istess waqt hija tiltaqa’ ma’ hlejqiet ohra li huma wkoll jaghmlu l-istess u tispicca f’arrangament (unjoni) ma’ dawk li huma bhalha: ghalhekk dawn imbaghad flimkien jiftiehmu ghal iktar poter. U l-process ikompli”.
- Waqt li ghal Nietzsche u l-hsieb nikilista tieghu l-poter kien l-uniku thassib u ghan tal-bniedem, ghalina huwa t-tfittxija tat-tajjeb li janima hidmietna. Hemm affarijiet li huma iktar importanti mill-poter bhala fini fih innifsu, bhall-imhabba u l-helsien. Hemm differenza kardinali bejn il-poter bhala fini u bhala mezz fil-vjagg taghna lejn dak li Churchill kien sejjah “the broad, sunlit uplands”.
- Ma naqbilx ma’ dawk li dan l-ahhar, anke f’pajjizna, donnhom iridu jemarginaw id-diskors fuq twemmin fil-politika ghal genb. Il-fatt li t-tmexxija ta’ pajjiz, mhux biss fil-poltika izda specjalment hemm, tkun animata u ffurmata minn damma ta’ valuri immanenti jghinu s-socjeta stess. U dawk il-valuri nigu bzonnhom ilkoll meta jahkem il-maltemp, bhalma ghandna madwarna fil-prezent.
Il-Frott tal-hidma fl-Ewropa - 12 ta' Frar 2009
- Fl-ahhar jiem hareg rapport ta’ statistika fuq kemm il-pajjizi membri fl-Unjoni Ewropea kienu kapaci jassorbu fondi strutturali ghall-perjodu bejn is-sena 2000 u l-2006. F’din il-klassifika, Malta harget fuq nett, bl-ghola rata percentwali ta’ fondi strutturali assorbiti. Filfatt pajjizna inrexxielu jassorbi 95% tal-fondi possibbli ghal dan il-perjodu, bir-rata medja tal-pajjizi l-ohra fosthom l-Italja, id-Danimarka u l-Olanda, tkun madwar 91%.
- Din l-ahbar taghti toghma tajba fi zmienijiet difficli li ninsabu fihom, zminijiet li nistghu nghelbuhom biss bid-dedikazzjoni u l-ghaqal fix-xoghol. Din l-ahbar m’hija xejn hlief celebrazzjoni ta’ dan – id-determinazzjoni u l-ghaqal ta’ Gvern illi jahdem qatigh f’qafas ta’ esperjenza.
- Meta tasal ahbar bhal din, nirrealizzaw kemm huwa importanti illi fil-Gvern hemm nies li verament jifhmu kif tahdem l-Unjoni Ewropea, u li verament jemmnu f’din l-organizzazzjoni. Ma ahbar bhal din, nifhmu l-importanza biex tassew nikbru fl-Ewropa hemm bzonn ta’ nies kapaci biex ir-rizultati li ksibna u qed niksbu, inkattruhom.
- Il-vjagg Ewropew ta’ pajjizna, xi kulltant tigina t-tentazzjoni nahsbu illi ikkonkludejnih f’Mejju tal-2004, meta iccelebrajna id-dhul taghna fl-Unjoni Ewropea. It-triq twila li waslitna ghal dakinhar ma kienetx facli xejn, specjalment meta niftakru li mhux kulhadd gibed habel wiehed, ghal dak li illum kullhadd jaghmel tieghu. F’Mejju tal-2004, li verament ghamilna kien li bdejna l-vjagg il-proprja, il-vjagg biex Malta tikber fl-Ewropa.
- F’dan id-dawl naraw is-serjeta’ ta’ dan il-Gvern illi qed jaghti r-rezultati. Din hija s-serjeta’ illi tasal biss bil-par idejn sodi illi dan il-partit fil-Gvern wieghed qabel l-elezzjoni li ghaddiet, u li b’rizultati bhal dawn jihdru bic-car.
- Haddiehor kien Geremija u bezza u pprova jfixkel. Haddiehor semmielna l-baleni li jikluna bhal-makku. Izda l-poplu Malti huwa ahjar minn hekk. Il-poplu Malti ta risposta, u dejjem wera l-ghaqal tieghu fid-decizjonijiet. Il-poplu Malti, ghazel lu jkun kuragguz u jaghzel it-triq illi tirrizulta fl-akbar gid.
- Din izda mhijiex xi realta tal-passat aqqas. Bhal ma, ma nistghux nahbsu li l-vjagg Ewropew spiccajnih f’Mejju tal-2004, wisq inqas ma nistghux nahsbu li l-Geremijji tal-passat m’ghadhomx maghna. Jekk wiehed isegwi ftit dak li jkun qed jintqal, wiehed mill-ewwel jifhem illi ghad hawn fostna, min b’sahha jrid ixejjen l-importanza tal-Unjoni Ewropea, tal-munita Ewro, u tar-rizultati migjuba minn dan il-Gvern f’dan il-kamp. Ghad hawn fostna min f’artikli ma jiddejjaq xejn isemma lehnu b’xetticizmu.
- U dan kollu li qed isir min qed igawdi minnu? Qeghdin igawdu minnu l-Maltin u l-Ghawdxin, permezz ta’ progetti u inizzjattivi li qed isiru f’pajjizna grazzi ghall-fondi Ewropej, u ghall-hidma sfieqa tal-haddiema dedikati li ghandna jahdmu f’dan il-qasam.
- Ghalhekk tajjeb li dan il-vjagg Ewropew nibqghu insostnuh biex nibqghu nahsdu l-frott tal-hidma ta’ min tassew jemmen f’dan il-progett.
Il-bilanc perfett - 19 ta' Frar 2009
- Fil-jiem li ghaddew, l-abbozz ta’ ligi li qed jimplimenta l-mizuri tal-Budget ghadda mill-istadju ta’ Kumitat fil-Parlament. Fost hafna mizuri ohra, din il-ligi tahseb ghal riforma fis-sistema illi biha jinhadmu l-penali u l-imghaxijiet fuq it-taxxa tad-dhul u tal-valur mizjud. Appena l-President jiffirma dan l-abbozz u jsir ligi inkunu qed innaqsu sew dawn il-multi u imghaxijiet f’certi kazijiet.
- Sa minn ftit jiem wara li gejt appuntat Segretarju Parlamentari ghad-Dhul Pubbliku u Artijiet, il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech affidali it-tmexxija ta’ working group li kellu jwassal ghal emendi fil-ligi ta’ kif jinhadmu l-penali fuq it-taxxa tad-dhul, u t-taxxa tal-valur mizjud. Dan il-working group kellu jwassal ghal mira wahda: illi filwaqt li nkunu iktar efficjenti u allura responsabbli bil-finanzi pubblici, nuru iktar wicc uman u hniena.
- Sikwiet is-sistema kienet qed tippermetti li il-penali isiru uzura legalizzata, b’percentwali elevati jingemghu sena wara l-ohra b’tali mod li jsiru impossibbli li wiehed ilahhaq maghhom. Mill-banda l-ohra is-sistema kienet tippermetti ukoll illi bniedem jasal li juza finanzi dovuti ‘l Gvern biex jiffinanzja l-attivita’ ekonomika tieghu, minflok jirrikorri ghand istituzzjonijiet bankarji li qeghdin hemm ghal dan l-iskop.
- Dawn huma t-tnejn estremitajiet zgur mhux ideali, u li l-Working Group hadem li jindirizza. Ghalhekk sar ezami tas-sitwazzjoni lokali, kif ukoll ta’ sistemi li jezistu barra minn Malta, biex tfasslet sistema li taqdi n-necessitajiet ezistenti. Rajna anke sentenzi ta’ Qrati Maltin u barranin fuq is-suggett.
- Permezz ta’ ezami dettaljat tas-sitwazzjoni prezenti, instab li f’certi kazi il-penali kienu qed jakkumulaw b’rata elevata hafna, u fejn individwu kien ikun jixtieq li jirregolarizza s-sitwazzjoni tieghu, kien isibha kwazi impossibbli. F’certi kazi l-imghax addizzjonali ghal certu nuqqas kien jitla’ sa massimu ta’ 360% u dan kien jirrizulta f’limitazzjoni serja fuq l-attivita’ ekonomika illi fl-ahhar mill-ahhar tiggenera l-istess dhul mit-taxxa.
- Dawn ir-rati, ser jonqsu b’mod sostanzjali ghax jidhrilna li l-imghax m’ ghandux ikun intiz bhala penali addizzjonali u ghalhekk ma ghandiex tigi imposta rata punittiva izzejjed. Irridu iva li n-nies thallas fiz-zmien xieraq, izda f’qafas ta’ efficjenza hanina.
- Ir-rati l-godda ghandhom jinkoraggixxu ‘l min ihallas it-taxxa li jzomm ruhu aggornat mad-dikjarazzjonijiet dovuti, u ma jaqax lura bla bzonn. Dan iwassal ghal sistema iktar efficjenti, li zgur ghandha tintlaqa’ tajjeb kemm mit-tax payer kif ukoll thalli effett tajjeb fuq il-finanzi pubblici. Fil-granet li gejjin l-Ministru Fenech u jien ser inkunu qed nispjegaw fid-dettal dawn il-mizuri u ohrajn li ghamilna.
- Dawn l-emendi ser iwasslu ghal sistema ta’ tassazzjoni ahjar illi filwaqt li tirrispetta l-obbligi dovuti lill-istat, juru l-wicc uman tas-sistema, u responsabbilita’ socjali tal-Gvern.
L-art u l-iżvilupp sostenibbli - 24 ta' Frar 2009
- Jien insostni li fil-pajjiz ghandna zewg rizorsi kbar hafna. L-ewwel u qabel kollox, ir-rizorsa umana ghax il-bniedem huwa c-centru ta’ l-attivita taghna. It-tieninett hemm l-art pubblika, specjalment f’dan il-pajjiz nieqes minn rizorsi naturali. Fil-fatt il-Gvern huwa proprjetarju ta’ kwazi 60% tal-art kollha f’Malta u Ghawdex.
- Fl-1991 sar ftehim bejn l-iStat Malti u s-Santa Sede sabiex hafna proprjeta tal-Knisja Kattolika f’Malta tghaddi ghand l-iStat versu korrispettiv u taht certi kundizzjonijiet u cirkostanzi. Ghaddew mat-80,000 bicca proprjeta ghand il-Gvern Malti u maghhom zdiedet sostanzjalment ir-responsabilita u d-dmir taghna li nindukraw sew u f’qafas ta’ principji socjali dawn l-artijiet kollha.
- Dawn l-artijiet kollha li gew minghand il-Knisja bdew jigu amministrati mill-Ufficju Kongunt li huwa wiehed mit-tliet dipartimenti tat-Taqsima Proprjeta tal-Gvern. Hafna minnhom huma artijiet jew bini li hemm kuntratti ta’ enfitewsi (cens) jirregolawhom.
- Fl-2001 il-Gvern b’mod ghaqli hafna, permezz tal-Ufficju Kongunt, nieda skema sabiex dawk kollha li ghandhom proprjeta b’enfitewsi temporanju (principalment) ikunu jistghu isiru s-sid ta’ darhom billi jifdu c-cens tal-Ufficju Kongunt. Din l-iskema kienet ta’ success ghax applikaw eluf ta’ nies li xtaqu li jsiru s-sid ta’ darhom jew tal-villegjatura taghhom. Tista’ tghid li kull applikazzjoni ipprezentat numru ta’ fatturi li kellhom jigu vverifikati, apparti li l-proprjeta kellha tkun registrata fir-Registru tal-Artijiet. Tista’ tghid li nibtu wkoll problemi frott dan is-success ghax tant kemm dahlu applikazzjonijiet li beda jinbena serbut twil ta’ zmien ta’ stennija biex l-applikazzjoni tkun ipprocessata.
- Wiehed mill-pilastri li qed iregu l-politika ta’ dan il-Gvern huwa dak tal-izvilupp sostenibbli. Jigifieri li filwaqt li nahdmu ghall-izvilupp, naraw li dan ma jsirx a skapitu ta’ dawk li gejjin warajna. Nimxu ‘l quddiem iva, izda b’pass meqjus. M’hemmx dubbju li fl-uzu tal-art u tal-proprjeta irridu napplikaw dan il-principju sew u hekk ser nsostnu wkoll fl-Ufficju Kongunt.
- Iktar tard din il-gimgha ser inkunu qed inhabbru emendi ghal din l-iskema tal-Ufficju Kongunt tal-2001 sabiex nizguraw li inliggmu l-abbuz li seta’ jsir minn min jifdi l-proprjeta frott skema li kienet mahsuba biex inti issir s-sid ta’ darek, u mhux biex tispekulaha u tinnegozjaha. Ser nizguraw li l-bejgh ta’ tali proprjeta ma jsirx a skapitu tal-principji socjali li janimaw dan l-Ufficju. Apparti minn hekk, iktar tard ser inkunu qed inhabbru mizuri biex innaqsu in-numru ta’ applikazzjonijiet jistennew mill-eluf li hemm bhalissa.
- Nemmen li anke fl-uzu tal-proprjeta tal-Ufficju Kongunt, u ghalhekk tal-Gvern, ghandna nkunu animati minn sens siewi ta’ zvilupp sostenibbli. Ezempju konkret ta’ kif napplikaw il-valuri taghna fil-hidma politika ta’ kuljum.
Ekoloġija tal-Bniedem - 8 ta' Jannar 2009
- Mhux l-ewwel darba li tkellimna dwar l-ekologija u l-harsien misthoqq lejn in-natura. Suggett li hu tajjeb li dawn l-ahhar ftit snin b’mod partikolari qabad ritmu ta’ diskussjoni sfieqa f’pajjizna u barra. Rispett lejn in-natura huwa sovut mhux biss ghax hekk hu xieraq izda wkoll ghax jaqbel lilna u ‘l dawk li gejjin warajna.
- Waqt l-awguri tal-ewwel tas-sena li l-Kabinett ta ‘l Mons Arcisqof, smajt il-frazi l-ekologija tal-bniedem tintuza u fakkritni fid-diskors recenti tal-Papa dwar “l-ekologija tal-bniedem”. Frazi gdida ippernjata dwar l-importanza tar-rispett lejn in-natura tal-bniedem mahluq ragel u mara filwaqt li jigi kundannat kull forma ta’ diskriminazzjoni. Id-diskors tieghu ghafas fuq il-verita tal-kreazzjoni u tenna li filwaqt li, iva, ghandna obbligu li nipprotegu l-foresti tropikali, pero mhux inqas l-bniedem kreatura tal-Hallieq. Il-harsien tad-dinjita tal-bniedem mahluq ragel u mara, u ghalhekk iz-zwieg bejn ragel u mara, hija s-sies tal-liberta tieghu u mhux xkiel.
- Dan huwa mod gid u forsi iktar frisk kif nistghu nispjegaw iktar x’ried ighid Papa Pawlu sitta fl-enciklika tieghu Humanae vitae ta’ iktar minn tletin sena ilu. Dakinhar il-messagg baziku kien wiehed kontra l-manipulazzjoni tan-natura tal-bniedem, il-bniedem li ma kienx mezz izda fini.
- L-ekologija tal-bniedem tfisser rapport bejn xjenza u fidi. Huwa biss ghax il-materja li minnha ahna maghmulin hija imfassla b’mod intelligenti li nistghu nifhmu ahjar dan ir-rapport. Mhemmx kontradizzjoni bejn ix-xjenza u l-fidi li t-tnejn flimkien jghinuna nifhmu min ahna u fejn sejrin. L-istruttura intelligenti li minnha saret il-kreazzjoni gejja mill-istess Spirtu kreatur li halaqna u ghalhekk bhala kreazzjoni ahna ghandna dover u responsabilita lejn il-bniedem mahluq. Il-fidi taghna dwar il-kreazzjoni hija l-pedament tar-responsabilita taghna lejn in-natura u d-dinja.
- Ghax hemm rabta intima bejn il-verita u l-liberta. Il-liberta mhijiex is-semplici kapacita li taghmel ghazliet bla xkiel izda attitudni lejn dak li jaghmlek shih u kuntent. Il-liberta kif mifhuma llum hafna drabi hija awtonomija assoluta u li ma tistax tinghaqad ma’ verita assoluta u bla kundizzjoni. Ghalhekk illum issib min jipprova jigbor l-akbar kunsens possibbli u komdu madwar valuri etici, stili ta’ hajja jew hsibijiet komuni. Ghax il-kunsens possibbli fl-etika umanistika jsir il-bidu u t-tmiem tar-riflessjoni kulturali ta’ zmienna. Izda l-esprjenza tal-bniedem matul is-sekli wriet li jekk il-verita u l-liberta ma jibqghux marbutin flimkien, jeghrqu t-tnejn li huma.
Realta' li titlob minna responsabbilta' - 15 ta' Jannar 2008
- Ir-realta’ tal-immigrazzjoni irregolari, pajjiżna qed jgħixa f’kuntest globalizzat, għax tassew pajjiżna jagħmel parti mill-kumplament tar-reġjun Mediterranju, mill-kumplament tal-Ewropa u ’l hinn. F’dan il-kuntest, il-Gvern qed jindirizza dan il-fenomenu bl-għodda kollha illi għandu f’idejh biex filwaqt li tittaffa il-problema li qed tħalli impatt mhux żgħir fuq pajjiżna, ikunu mħarsa l-ħajjiet ta’ l-immigranti, li jaslu jagħmlu dan il-pass ta’ disprament estrem, f’tentattiv li jtejjbu l-prospetti ta’ ħajjithom.
- Il-Gvern primarjament jirrikonoxxi li din ir-realta’ hija waħda frott l-iżbilanċ li jeżisti bejn żewg kontinenti ġirien. Il-Gvern Malti permezz tal-Ministeru tal-Gustizzja u Intern, dak ta’ l-Affarijiet Barranin, ir-rappreżentanza Maltija fl-Unjoni Ewropea, u l-Membri Parlamentari Maltin fil-Parlament Ewropew, qed iwettaq ħidma kontinwa u sfieqa biex din id-diffikulta tittaffa.
- Pass importanti ferm f’din il-mixja kien l-iffirmar tal-Patt Ewropew ta’ Immigrazzjoni u Ażil, f’Ottubru li għadda, pass illi diġa qed iħalli l-frott għal Malta. Grazzi għal-ħidma diplomatika u persistenti Maltija u għall-importanza mogħtija għall-kwistjoni mill-Presidenza Franċiża ta’ dakinhar, Malta issa għandha vuċi importanti fid-diskussjonijiet li jirrigwardjaw l-immigrazzjoni irregolari. Malta qed tieħu ukoll rikonoxximent tal-piż kbir li qed iġġorr frott il-pożizzjoni ġeografika tagħha.
- Malta issa tagħmel ukoll parti minn grupp ta’ stati membri, illi jagħmlu użu mill-mekkaniżmu tal-burden sharing volontarju, illi jippermetti li numru ta’ immigranti li jkunu ingħataw l-istatus ta’ ażil, ikunu jistgħu jittieħdu f’pajjiżi oħra Ewropej, b’hekk jittaffa l-impatt fuq Malta.
- Il-Progett DAR, imniedi mill-Ministeru għall-Affarjiet Barranin flimkien maċ-Ċentru Internazzjonali għall-iżvilupp ta’ Politika dwar il-Migrazzjoni (ICMPD), l-SOS Malta u l-Med Europe (Italja), laħaq il-miri tiegħu qabel iż-żmien u dan huwa ta’ kuraġġ kbir. L-iskop tal-proġett DAR, huwa illi jirrimpatrija immigranti li jkunu wasslu Malta irregolarment, lura f’pajjiżhom stess; b’mod sostenibbli, u li ma jkunx ta’ ħsara għalihom. Dan il-proġett jagħmel użu minn koperazzjoni wiegħsa bejn bosta pajjiżi, bl-għan tiegu ikun illi dawk li jiġu ritornati pajjiżom, jiġu rintegrati fis-soċjeta b’suċċess.
- Fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari ma nistgħux inħarsu sa mniħirna, basta neħilsu mill-problema immedjata tal-lum. Is-soluzzjonijiet tagħna għandhom iħarsu fit-tul, għax inkella ma nkunu solvejna xejn. Għalhekk il-proġett DAR jaħseb li jipprepara ‘l dawn il-persuni għall-bzonnijiet li huma ser ikollhom, biex lura f’pajjiżhom ma jkollomx għalfejn jirrikorru għal miżuri estremi bħall-immigrazzjoni irregolari.
- Il-Proġett DAR għamel suċċess diġa, b’numru ta’ immigranti jirritornaw lejn pajjiżhom fosthom il-Ghana, is-Sudan, in-Niġeria, il-Kyrgyzstan, Mali, l-Kameroon u n-Niġer. U dan qabel iż-żmien illi kien ippjanat billi l-miri intlaħqu xaħarejn kmieni.
- Din ir-realta tal-immigrazzjoni irregolari titlob minna responsabbilita’. Kien dejjem fil-mumenti iebsin li wrejna il-fibra tal-poplu tagħna. Dan huwa wieħed minn dawn il-mumenti.
L-ibliet ta' ghada - 18 ta' Jannar 2009
- Din kienet gimgha tassew impenjattiva u interessanti. F’Dubai kelli laqghat ma’ l-oghla ufficjlali tal-Ministeru tal-Artijiet t’hemmhekk u fost ohrajn, qbilna li nibdew tahditiet li jistghu jwasluna ghall-iffirmar ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni bejn iz-zewg nahat li jkunilna ta’ gid. Attendejt wkoll u rraprezentajt ‘l Malta fis-Summit Dinji dwar il-Future Capitals f’Abu Dhabi, fl-istess Emirati Gharab Maghquda, li gabar fih esponenti minn kull settur tas-socjeta’ fosthom politici, mexxejja, periti ta’ fama mondjali, sindki, edukaturi, lecturers, finanzieri, professuri tal-ekonomija u chief executives ta’ uhud millikbar kumpaniji minn madwar id-dinja. Dan is-summit, li jsir kull sentejn, iddiskuta l-ibliet u s-socjetajiet ta’ ghada fuq diversi livelli tematici.
- Waqt id-diskussjonijiet li saru fuq livell mhux biss teoretiku izda wkoll prattiku gew studjati l-possibbilitajiet ghall-ibliet taghna. L-ibliet kapitali tal-futur kif ser ikunu differenti minn dawk tal-lum? X’ser ikunu dawk l-elementi li ser jattiraw l-izvilupp u l-kapital finanzjarju necessarju biex ikollna bliet ta’ eccellenza f’dik li hija teknologija u innovazzjoni – eccellenza illi fl-ahhar mill-ahhar tirrifletti fi kwalita’ ta’ hajja ahjar tan-nies li jghixu fihom?
- Il-laqgha iffukat fuq sitt pilastri illi fuqhom jistghu jinbnew mudelli ghall-ibliet kapitali ta’ ghada.
- L-ibliet kapitali ta’ ghada ghandhom jaghmlu uzu minn kollaborazzjoni permezz ta’ investiment responsabbli u tishib bejn partijiet afdati.
- Dan isir permezz ta’ tmexxija ghaqlija li jkun trasparenti, dinamika u li tkun kapaci tikkontrolla u timmaniggja ir-riskji.
- L-ibliet ta’ ghada ghandhom ikollom robustezza f’dawk li huma sistemi accessibbli u infrastruttura sikura.
- Dan kollu jsir fi sfond ta’ sostenibbilita’ permezz ta’ komunitajiet kulturali varji u ekologici.
- Ambjent ahjar fejn wiehed jista’ jghix ahjar rizultat ta’ ppjanar urban u opportunitajiet ekonomici iktar vijabbli,
- u fl-ahhar kollox jintrabat flimkien bi kreattivita’ u innovazzjoni li taghmel l-ibliet kapitali ta’ ghada postijiet ahjar biex tghix, tahdem, u tistrieh fihom.
- Dan li gie diskuss waqt din il-laqgha, japplika b’mod partikolari ghall-Belt kapitali taghna Valletta. Dawn huma argumenti validi, li jaslu f’waqthom specjalment fi zmien meta qed niddiskutu zvilupp sostanzjali ghal-Belt kapitali taghna. Hemm bzonn li l-Belt kapitali taghna ma nizviluppawliex biss dak li ahna nahsbu li ghandha bzonn b’mod kozmetiku, izda nghinuha terga tikkrea komunita’ Beltija illi tassew taghti l-hajja ‘l din il-Kapitali. Dan ghandu jsir b’mod illi l-ambjent li jinholoq fil-Belt, jaghmilha iktar facli biex tghix fih, u tiffacilita il-possibbilita’ illi n-nies tikkongrega.
- Kelli l-unur li nkun fuq il-panel ta’ zewg diskussjonijiet li gew trasmessi fuq ic-CNBC. Ittrattajna l-innovazzjoni, s-sostenibilita, it-tmexxija fid-dinja tal-kummerc illum, l-adattibilita, l-bidla fil-klima, kompetivita u tant temi ohrajn. F’dinja fejn hawn process ta’ bidliet kbar u trawmatici l-hin kollu rridu nkunu lesti li nibdlu u naddattaw ghall-ambjent gdid. Min jirrezisti l-bidla jintilef. Min jaddatta ruhu u johrog l-ahjar tieghu, anke bhala nazzjon, jirbah. Ghax li taddatta (resiliency) hija abilita u kapacita li mhux biss tilqa’ ghal-kalamita ta’ madwarek, izda li tohrog iktar b’sahhtek. Il-Gvernijiet ghandhom id-dover li jindukraw din il-kapacita innata fil-bniedem.
- Ghalhekk tkellimt dwar x’qed naghmlu w il-vizjoni tal-Gvern Malti fl-ICT u kif ghalina l-ICT mhux biss huwa wiehed mill-pilastri ekonomici ewlenin taghna, izda huwa mezz kif intejbu l-hajja taghna u biex l-iktar elementi vulnerabbli tas-socjeta jigu mghejjuna jintegraw (dak li bl-Ingliz jissejjah social equaliser). Il-prezentazzjoni li ghamilt fuq Smart City gibdet interess ta’ hafna ghax diversi setghu jaraw il-potenzjal ta’ Malta bhala centru ta’ eccellenza fl-ICT fil-Mediterran u ‘l hinn.
- Niehu gost ninnota li l-organizzaturi kelmuni biex juru l-interess attiv taghhom li s-summit li jmiss isir Malta. Fuq dan id-diskussjonijiet bdew u ser ikomplu fil-jiem li gejjin izda fiducjuz li ser ikolna ezitu pozittiv u b’hekk ikolna f’Malta gabra ta’ uhud mill-aqwa mhuh mid-dinja f’dan is-settur. Zgur huwa li dak li f’Malta qed naghmlu lkoll flimkien qed jigbed l-attenzjoni u l-ammirazzjoni ta’ min hu ikbar u ghani iktar minna.
Opportunita' biex napprezzaw il-valuri - 22 ta Jannar 2009
- Fl-okkazjoni tas-sena l-gdida, bhalma hija d-drawwa, il-Prim Ministru ta l-awguri tieghu lill-korp diplomatiku fil-Berga ta’ Kastilja, u dan permezz tad-dekan prezenti, l-Eccellenza tieghu Monsinjur Tommaso Caputo, Nunzju Appostoliku, skambja l-awguri b’diskors qasir.
- Laqatni li qal in-Nunzju ghax fi ftit kliem irnexxielu jigbor hafna minn dak li bhala pajjiz nemmnu fih, anki f’mumenti ibsin, illi tassew qed ikunu ta’ prova. Monsinjur Caputo ghamel riflessjoni fuq iz-zmien li ghaddejin minnu, u kif dan iz-zmien joffrilna opportunita illi nirriflettu fuq l-etika tas-suq. Dan iz-zmien iktar minn qatt qabel jaghtina l-opportunita li nghidu ‘Le’ ghall-kilba filwaqt li nghidu ‘Iva’ ghas-solidarjeta. Iva ghar-rispett lejn dawk illi wrew fiducja billi investew fl-istess suq anki dawk ta’ potenzjal inqas. Huwa sahaq illi dawn il-mumenti jitfghu dawl fuq kwistjonijiet morali li wiehed ma jistax jahrab minnhom, li jikxfu kemm tassew hemm bzonn li naghtu dimensjoni morali lill-ekonomija u ta’ kif isiru l-affarjiet fid-dinja finanzjarja. Din is-sitwazzjoni titlob minna li naslu ghal ftehim fuq sistemi finanzjarji internazzjonali, u bilanc bejn l-izvilupp, it-tassazzjoni, ir-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji, ir-rwol tas-socjeta’ civili u l-izvilupp finanzjarju.
- Fid-diskors tieghu in-Nunzju hares lura lejn is-sena li ghaddiet: Huwa semma l-avvenimenti importanti tas-sena fosthom id-decizjoni ghaqlija anke jekk kuragguza – l-addozzjoni tal-Ewro bhala l-munita nazzjonali, illi ikkontribwiet ghal integrazzjoni iktar b’sahhitha ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Huwa wera wkoll is-sodisfazzjon tal-Korp Diplomatiku ghal kif il-Gvern Malti mexa biex isib is-soluzzjoni ta’ bilanc f’sitwazzjonijiet tassew iebsa, bhal ma kienu l-futur tat-tarznara, il-kwistjoni tal-immigrazzjoni u kif b’hidma sfieqa Malta ikkonvinciet ‘l Unjoni Ewropea bid-dmirijiet taghha biex tghinna permezz tal-burden sharing, is-sahha li tinsab fuq quddiem tal-agenda tal-Gvern, id-dibattitu nazzjonali ghall-Edukazzjoni tal-livell aqwa, kif ukoll il-mizuri konkreti li qed jittiehdu biex tigi indirizzata l-kwistjoni tal-bdil fil-klima b’passi bhall-wind farm fil-bahar, u ohrajn.
- Monsinjur Nunzju Appostoliku innota kif f’socjeta tassew demokratika bhal dik li tgawdi Malta, spiss nisimghu vucijiet fostna li jqumu, u li ma jkunux konsoni mal-valuri tradizzjonali Maltin. Huma proprju dawn il-valuri tradizzjonali taghna illi ghenu biex Malta ghaddiet minn krizijiet passati, u harget minnhom minn fuq. Ghalhekk in-Nunzju esprima l-apprezzament u l-ammirazzjoni tal-Korp Diplomatiku ghall-Gvern Malti kif qed jirnexxielu li jzomm dawn il-valuri fi struttura ta’ sekularizmu pozittiv u b’koerenza mar-realtajiet tal-hajja tal-lum. Huwa semma uhud minn dawk li huwa sejjhilhom valuri ewlenin li jikkaratterizzaw ‘l dan in-nazzjon nobbli: id-dinjita’ tax-xoghol, il-prattika tas-solidarjeta’, il-harsien tal-familja, il-protezzjoni tal-ambjent, u l-promozzjoni tal-identita’ kulturali Maltija.
Huma proprju dawn il-valuri li bhala Maltin xi kull tant niehdu bhala normali, bir-riskju li ma nibqghux nindukrawhom, u nitilfuhom maz-zmien. Niehdu l-opportunita’ li qed joffrulna dawn iz-zminijiet iebsa, biex naghmlu l-almu taghna biex inzommu parametri ta’ etika f’kull ma naghmlu. Biex id-dinja finanzjarja timxi fuq linji etici, u biex il-politika tkun imnebbha mil-valuri. Huma tassew mumenti ta’ verita’ meta nisimghu xi diskors bhal tan-Nunzju Appostoliku, illi permezz tieghu nirrealizzaw kemm huwa specjali dak li ghandna, u kemm ghandna inharsuh.
L-akbar fiduċja fil-volontarjat - 29 ta' Jannar 2009
- Din il-Gimgha il-Gvern ghamel dikjarazzjoni qawwija favur l-NGOs u b’mod partikolari favur il-Fondazzjoni Wirt Artna li tiehu hsieb siti ta’ wirt storiku u militari. Meta l-jum tat-Tnejn il-Gvern ghadda l-akbar ammont ta’ proprjeta, iktar minn 7 kilometri kwadrati, ‘l din l-NGO kien qed jaghmel dikjarazzjoni cara ta’ fiducja. Din il-Fondazzjoni inghatat r-responsabilita mid-Dipartiment tal-Artijiet, mis-Sovvratendenza ghal Wirt Kulturali u mill-Ministeru responsabbli mir-rigenerazzjoni tal-Port il-Kbir ta’ wahda mill-iktar siti intimament marbutin mal-istorja militari f’Malta.
- Il-progett ta’ dan il-Heritage Park fil-Belt Valletta, minbarra li qed juri l-koordinazzjoni fi hdan il-Gvern bejn dawn it-tliet Ministeri, ser jippermetti biex dak li sal-lum ma setax jitgawda mill-poplu Malti, jigi mdawwar f’attrazzjoni unika, l-ewwel Heritage Park f’pajjizna, mhux biss ghal Maltin izda biex intejbu sostanzjalment il-prodott turistiku taghna.
- Id-Dipartiment ta’ l-Artijiet xi kultant jiġbed l-attenzjoni ta’ ħafna għall-azzjonijiet ta’ infurzar illi jwettaq, iżda l-infurzar xieraq li jkun ibbilanċjat b’inizzjattivi ta’ devoluzzjoni bhal dawn u kif ghamilna ma’ diversi Kunsilli Lokali dan l-ahhar. Biex l-art u l-proprjeta’ pubblika tkun tassew imgawdija mill-pubbliku, id-Dipartiment tal-Artijiet wettaq fl-aħħar xhur numru ta’ inizzjattivi sabiex proprjeta’ pubblika tinghata ghal progetti li l-iskop taghhom ikun li jizdied il-valur, u jinholoq gid li minnu tgawdi l-komunita’.
- F’dan is-sens nixtieq infahhar il-Fondazzjoni Wirt Artna, li tgawdi rispett kbir f’xogħolha, u li iktar ma jmur issaħħaħ l-awtorita’ tagħha fil-qasam. Il-FWA diġa ġiet fdata mid-Dipartiment tal-Artijiet bit-Torri ta’ Sant Tumas f’Wied il-Għajn - proġett ambizzjuż, li miexi b’ritmu tajjeb ferm, u li daqt ser jibda’ jilqa’ fih il-pubbliku. It-Torri ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn, huwa eżempju ċar ta’ kif proprjeta’ pubblika, li ma kienx qed isir użu minnha li jagħmillha gieħ, ser tiġi mdawwra f’attrazzjoni turistika u mużew speċjalizzat illi minnu ser igawdu kemm in-nies tal-lokal iġifieri Wied il-Għajn, kif ukoll il-Maltin u t-turisti.
- L-istess nistgħu ngħidu għal dan il-proġett tal-Heritage Park fil-Belt Valletta. L-att ta’ kurazija li gie iffirmat nhar it-Tnejn bejn il-FWA u s-Sovvratendenza Kulturali jestendi fuq 7,473 metru kwadru. Dan il-progett ser jigbor fih elementi mill-wirt storiku militari ta’ pajjizna illi jibda’ sa minn meta nbniet il-Belt Valletta fis-seklu sbatax sal-bidu tas-snin sebghin fl-aqwa tal-Gwerra Bierda. Il-Heritage Park ser jinkludi strutturi importanti fis-swar ta’ taħt il-Barrakka ta’ Fuq, fosthom il-Kripta tal-Knisja Militari, il-Kwartjieri Ġenerali tas-Servizzi Nglizi f’Malta, il-War Rooms tan-Nato flimkien ma’ serje ta’ kuruturi u mini, u l-KontraGuardia ta’ San Pietru u San Pawl. Uhud minn dawn qatt ma kienu miftuha ghall-pubbliku, ghalhekk din ser tkun attrazzjoni kemm ghall-Maltin kif ukoll ghat-tursiti li jzuruna.
- Dan huwa pass ieħor illi ser iwassal biex permezz ta’ devoluzzjoni ta’ art pubblika jissahhah il-wirt kulturali u storiku Malti. Pass ghal uzu iktar razzjoni tal-art f’Malta. Holqa ohra fil-katina ta’ zvilupp sostenibbli.
- Dec 08
- Nov 08
- Oct 08
- Sep 08
- Aug 08
- Jul 08
Bahar wiehed - 4 ta' Dicembru 2008
- Il-Kunsill ghall-Kompetitivita’ li attendejt dil-g imgha laqat aspetti differenti. Dan ghaliex huwa l-ahhar wiehed fil-presidenza Franciza u anki ghax qed isir f’mument meta id-diffikultajiet ekonomici u finanzjari kull ma jmorru qed jolqtu firxa wiesa’ ta’ pajjizi membri tal-Unjoni Ewropej u anki dawk dinjija. Il-Kunsill qed imiss aspetti mis-suq intern u l-industrija bhal ma huma l-pjan ghal qawmien ekonomiku, is-sistema ta’ brevetti (patents) ghall-Unjoni Ewropeja, il-qafas legali biex jirregola ahjar il-loghob tal-azzard u l-lotteriji, fost ohrajn.
- Fl-isfond tad-diffikultajiet ekonomici ta’ bhalissa Malta qed isostni li hemm bzonn tinbena l-kunfidenza tal-kunsumaturi u tan-negozji sabiex tinholoq aktar stabilita’ fiz-zmien meta r-ritmu ekonomiku huwa baxx. Ghalhekk jaghmel hafna sens li Malta qed tinghaqad mal-kumplament tal-pajjizi l-ohra membri sabiex jigi varat pjan ghal qawmien ekonomiku. Hemm bzonn ukoll ta’ riformi strutturali mfassla skond il-htiegijiet varji ta’ kull pajjiz. Mhux kull pajjiz ghaddej mill-istess diffikultajiet izda jekk ikun hemm bazi ta’ ftehim ikkoordinat u strategija komuni bejn il-membri Stati ghandu jittejjeb ir-ritmu ekonomiku u jwassal ghal sitwazzjoni inqas prekarja minn tal-lum. Wiehed qed jawgura ukoll li dawn il-passi joholqu aktar postijiet tax-xoghol li huma s-sinsla ta’ socjeta’ b’sahhitha.
- L-innovazzjoni jew l-idejat huma l-mutur li jsahhu l-intrapriza li permezz taghhom tikber l-ekonomija. L-originatur tal-idejat godda ghandu bzonn li jkollu qafas legali li huwa ta’ serhan il-mohh. Ghalhekk l-idejatur jrid jaghmel uzu minn brevetti li jipprotegu l-innovazzjoni tieghi. L-Unjoni Ewropeja qed tahdem bis-shih sabiex jkun hemm sistema ta’ brevetti Ewropeja li tiffacilita’ l-protezzjoni tal-idejat, ma’ tkunx ghalja, u tista’ taghti rimedju gust f’kaz ta’ litigazzjoni.
- Il-Presidenza Franciza ukoll pprezentat rapport aggornat fuq il-policies u regoli li jhaddnu il-membri stati fl-industrija tal-loghob. Minn dan ir-rapport johorgu l-mudelli li qed jigu addotati fuq livell nazzjonali u anki l-livell ta’ differenzi li jezistu bejn pajjiz u iehor. L-industrija tal-loghob f’Malta taghti xoghol lil madwar 5,000 familja permess ta’ ‘l fuq minn 270 kumpanija li joperaw f’dan is-settur. Ghalhekk huwa ta’ importanza kbira li dan is-settur jkun irregulat b’mod effettiv li jassigura loghob responsabbli u minghajr dannu ghal minuri. Fl-istess hin ghandu jigi msahhah id-djalogu bejn ir-regolaturi u s-settur fih innifsu biex jigu rrispettati l-provedimenti tat-Trattat u li ma jkunx hemm vjolazzjoni tar-regoli tas-suq intern.
- F’dawn il-laqghat tal-Kunsilli Ministerjali tal-Unjoni Ewropea nara kemm huwa veru li l-politika hija l-arti tal-kompromess. Kull pajjiz irid jiddefendi l-interessi tieghu filwaqt li l-Kummissjoni tipprova tixpruna ‘l kulhadd ‘l quddiem. Tajjeb li f’laqghat bhal dawn inselmu l-hidma professjonali u sfieqa tal-impjegati tar-Rapprezentanza taghna fi Brussel u dawk fil-Ministeri rispettivi biex jithares l-interess nazzjonali.
1577 - 11 ta' Dicembru 2008
- Il-Kunsill ghall-Kompetitivita’ li attendejt dil-gimgha laqat aspetti differenti. Dan ghaliex huwa l-ahhar wiehed fil-presidenza Franciza u anki ghax qed isir f’mument meta id-diffikultajiet ekonomici u finanzjari kull ma jmorru qed jolqtu firxa wiesa’ ta’ pajjizi membri tal-Unjoni Ewropej u anki dawk dinjija. Il-Kunsill qed imiss aspetti mis-suq intern u l-industrija bhal ma huma l-pjan ghal qawmien ekonomiku, is-sistema ta’ brevetti (patents) ghall-Unjoni Ewropeja, il-qafas legali biex jirregola ahjar il-loghob tal-azzard u l-lotteriji, fost ohrajn.
- Fl-isfond tad-diffikultajiet ekonomici ta’ bhalissa Malta qed isostni li hemm bzonn tinbena l-kunfidenza tal-kunsumaturi u tan-negozji sabiex tinholoq aktar stabilita’ fiz-zmien meta r-ritmu ekonomiku huwa baxx. Ghalhekk jaghmel hafna sens li Malta qed tinghaqad mal-kumplament tal-pajjizi l-ohra membri sabiex jigi varat pjan ghal qawmien ekonomiku. Hemm bzonn ukoll ta’ riformi strutturali mfassla skond il-htiegijiet varji ta’ kull pajjiz. Mhux kull pajjiz ghaddej mill-istess diffikultajiet izda jekk ikun hemm bazi ta’ ftehim ikkoordinat u strategija komuni bejn il-membri Stati ghandu jittejjeb ir-ritmu ekonomiku u jwassal ghal sitwazzjoni inqas prekarja minn tal-lum. Wiehed qed jawgura ukoll li dawn il-passi joholqu aktar postijiet tax-xoghol li huma s-sinsla ta’ socjeta’ b’sahhitha.
- L-innovazzjoni jew l-idejat huma l-mutur li jsahhu l-intrapriza li permezz taghhom tikber l-ekonomija. L-originatur tal-idejat godda ghandu bzonn li jkollu qafas legali li huwa ta’ serhan il-mohh. Ghalhekk l-idejatur jrid jaghmel uzu minn brevetti li jipprotegu l-innovazzjoni tieghi. L-Unjoni Ewropeja qed tahdem bis-shih sabiex jkun hemm sistema ta’ brevetti Ewropeja li tiffacilita’ l-protezzjoni tal-idejat, ma’ tkunx ghalja, u tista’ taghti rimedju gust f’kaz ta’ litigazzjoni.
- Il-Presidenza Franciza ukoll pprezentat rapport aggornat fuq il-policies u regoli li jhaddnu il-membri stati fl-industrija tal-loghob. Minn dan ir-rapport johorgu l-mudelli li qed jigu addotati fuq livell nazzjonali u anki l-livell ta’ differenzi li jezistu bejn pajjiz u iehor. L-industrija tal-loghob f’Malta taghti xoghol lil madwar 5,000 familja permess ta’ ‘l fuq minn 270 kumpanija li joperaw f’dan is-settur. Ghalhekk huwa ta’ importanza kbira li dan is-settur jkun irregulat b’mod effettiv li jassigura loghob responsabbli u minghajr dannu ghal minuri. Fl-istess hin ghandu jigi msahhah id-djalogu bejn ir-regolaturi u s-settur fih innifsu biex jigu rrispettati l-provedimenti tat-Trattat u li ma jkunx hemm vjolazzjoni tar-regoli tas-suq intern.
- F’dawn il-laqghat tal-Kunsilli Ministerjali tal-Unjoni Ewropea nara kemm huwa veru li l-politika hija l-arti tal-kompromess. Kull pajjiz irid jiddefendi l-interessi tieghu filwaqt li l-Kummissjoni tipprova tixpruna ‘l kulhadd ‘l quddiem. Tajjeb li f’laqghat bhal dawn inselmu l-hidma professjonali u sfieqa tal-impjegati tar-Rapprezentanza taghna fi Brussel u dawk fil-Ministeri rispettivi biex jithares l-interess nazzjonali.
Nixtieq nisma' x'ghandek xi tghidli - 18 ta' Dicembru 2008
- Din li qeghdin fiha, hija gimgha partikolarment importanti ghalija. Apparti li din il-gimgha twassalna iktar qrib il-Milied, illum il-Hamis, ser ikun qed inwettaq xewqa kbira tieghi. Illejla bejn il-5:00 u s-7:00 ta’ filghaxija ser ikun qed nirrispondi mill-Berga tal-Baviere linja tat-telefon diretta mal-pubbliku biex kulmin jixtieq, ikun jista’ jaqbad mieghi u jkellimni fuq kull haga li jahseb li nista’ nkun ta’ servizz ghalih.
- In-numru 2295 3888 ser ikun miftuh f’dawn il-hinijiet illejla biex jaghtini l-opportunita’ li nisma’ iktar mill-vicin il-pubbliku, u dak li ghandu xi jghid. Sfortunatament, ahna l-politici ghandna l-fama, anke jekk ferm skorretta, li meta nigu appuntanti ghal kariga bhal dik li qed nokkupa jien fil-prezent jew ohra, ninqatghu minn man-nies.. Ghalhekk, fost ohrajn, nemmen fiz-zjajjar fil-familji li naghmel ta’ kull gimgha. Ghalhekk ta’ kull gimgha fl-ufficju nara numru sew ta’ nies minn kull rokna ta’ Malta.
- Il-linja diretta 2295 3888 hija estensjoni ta’ dan li dejjem emmint fih. Irrid naghmilha ftit iktar facli, nittama, sabiex il-pubbliku jkun jista’ jkellimni ghax irrid nisma’. Dan hu s-sabih tal-politika, il-kuntatt mal-pubbliku u li toffri lilek innifsek bhala servizz.
- Il-kuntatt dirett mal-pubbliku johrog ukoll mill-hidma tas-Segretarjat Parlamentari tieghi. Din il-gimgha flimkien ma’ siehbi s-Segretarju Parlamentari Chris Said ghaddejt medda art lill-Kunsill Lokali ta’ Hal Ghaxaq biex din tigi mibdula minn gnien mhux daqstant sabih fil-prezent ghal zona ta’ rikreazzjoni ghall-familja kollha b’mini pitch fiha wkoll. Il-Kunsill Lokali ta’ Hal Ghaxaq ghamel bicca xoghol tajba hafna u pprepara pjanijiet kif ser isir ix-xoghol, illi jolqot il-bzonnijiet u l-ezigenzi tal-poplu Ghaxqi. U dan huwa l-iskop ta’ dawn l-ezercizzji ta’ devoluzzjoni – li nkomplu nzommu kuntatt man-nies, ghax wara kollox, il-politika hija missjoni li sservi. Tajjeb nghid li din is-sena d-Dipartiment tal-Artijiet ghamel disa’ ftehim ta’ devoluzzjoni waqt li fil-ftit gimghat li gejjin ser naghmlu hamsa ohra. Mizuri li jsarfu l-principju tas-sussidjarjeta li nemmnu fih.
- Bl-istess mod, u msejjes fuq l-istess principji huwa l-ezercizzju tal-Phone-In tal-lejla. Dan qed naghmlu ghax verament nemmen li ahna l-politici ghandna l-privilegg kif ukoll id-dover li nibqghu vicin tal-poplu. Is-smigh fil-politika jaghllem qatigh. Ghalhekk nistidenek illejla bejn il-5:00 u s-7:00 tikkuntattjani fuq il-linja 2295 3888 biex tkun tista’ tghaddili il-kummenti, suggerimenti, ilmenti, u osservazzjonijiet tieghek biex, fejn nista’, naghmel hilti biex nghinek. Nirringrazzjak minn issa li ser taghtini l-opportunita nkun ta’ servizz b’mod ftit differenti minn tas-soltu.
Bint Binha - 30 ta' Diċembru 2008
- Ilni biex nikteb dan l-artiklu, nammetti maghkom, specjalment wara z-zjara tieghi f’Lourdes fil-festa li ghaddiet tal-Kuncizzjoni. Izda habat sew li dan l-artiklu qed niktbu ghal Jum il-Milied meta din il-frazi ta’ “bint binha” takkwista riljev aqwa mis-soltu. Ghax proprju llum niccelebraw it-twelid ta’ Kristu bniedem minn omm mahluqa minnU.
- Kien Dante li fil-poema tieghu tad-Divina Commedia jsejjah ‘l Maria bhala “figlia del tuo figlio”, frazi li mhux ta’ kemm taqbad tifhimha mill-ewwel. Ghax hija kontradizzjoni assoluta li tghid li xi hadd huwa wild uliedu izda waqt li hija erezija li tghidha fil-konfront ta’ bniedem, hija domma ta’ fidi ghal min ihaddan il-fidi Nisranija.
- F’dinja u f’hajja fejn qajla jkolna cans nieqfu u nirriflettu fejn qeghdin u fejn sejrin, dawn il-granet, kif qal il-Papa prezenti ftit jiem ilu, jgieghluna nahsbu fuq l-ezistenza taghna u s-sinjifikat taghha. Ovvjament il-festa tal-Milied kienet tigi ccelebrata mill-pagani ferm u ferm qabel il-migja ta’ Kristu bhala l-festa tad-dawl, izda minn elfejn sena ilu ‘l hawn din il-festa akkwistat tifsira gdida meta twieldet il-Kelma tal-Hallieq.
- It-teologu Origene, li ghex fit-tieni seklu, ghandu riflessjoni interessanti dwar differenza bejn il-vuci u l-kelma. Jghid liwaqt li l-vuci tal-bniedem tista’ tinstema’ minghajr ma jkollha sinjifikat u bla kliem miftiehem, mill-banda l-ohra l-kelma tista’ tigi komunikata ‘l iSpirtu minghajr vuci, bhalma meta nahsbu. Jghid li forsi kien ghalhekk li Zakkarija, li ddubita it-twelid tal-vuci li kienet ser tizvela l-Kelma t’Alla, tilef il-vuci izda rega’ akkwistaha meta dik il-vuci twieldet li kellha thabbar il-Kelma.Ghax Gwanni l-Battista kien il-vuci li habbar ‘l Kristu, li hu l-Kelma divina. Ghax biex il-mohh jifhem il-kelma imfissra mill-vuci, l-ewwel ridna nisimghu l-vuci.
- Il-festa tal-Milied m’hijiex festa tal-helu. Hija festa ta’ turija ta’ stil ta’ hajja, wahda li ggib ‘l quddiem l-izvilupp shih u l-helsien tal-bniedem. Ghalhekk illum niccelebraw id-dinjita tal-bniedem, l-iprem turija ta’ solidarjeta u l-kundanna tas-supeprvja. Ghax il-Milied ghandu dimensjoni socjali u politika li jemanaw mid-dimensjoni religjuza. Kemm tkun ahjar is-socjeta taghna jekk naghgnu flimkien dawn it-tliet aspetti ta’ dak li qed nifirhu bih illum.
- Nawgura lilek, Sur Editur, il-haddiema ta’ dan il-gurnal u lilkom qarrejja Milied hieni u genwin.
Bagit li jsarraf l-għaqal tal-poplu malti - 6 ta' Novembru 2008
- Il-politika mizghuda mumenti ta’ prova. Mumenti li jiddistingwu l-id tat-tmunier ghaqli minn dawk fejn jirrenja l-mixi bla boxxla li jizra l-incertezza. Dil-gimgha rajna mument iehor ghaqli li ser jimmarka ‘l dan il-Gvern li huwa sod fil-passi tieghu u fil-prudenza murija. Mill-Budget ghas-sena 2009 harget cara il-vizjoni ta’ dan il-Gvern ghas-sens ta’ responsabilita, fit-twettiq ta’ politika sostenibbli f’qafas ta’ solidarjeta.
- Qal sew il-Ministru tal-Finanzi, li r-Responsabbilta’, is-Sostenibbilta’ u s-Solidarjeta’ huma tlett rigi ewlenin li il-Gvern uza biex fassal dan il-Budget. Qabel kull pass illi ittiehed f’dan il-budget, il-Gvern staqsa tliet mistoqsijiet: X’titlob minna r-responsabbilta’ quddiem din il-proposta? It-tieni, Dan il-pass jghaddi mill-ezami tas-sostenibbilta’? u fl-ahhar, Qed nahdmu biex kullhadd ikollu futur ahjar, anke dawk li verament ghandhom bzonn is-sostenn taghna? B’hekk Responsabbilta’, Sostenibbilta’ u Solidarjeta’ ma baqghux tlett kelmiet sbieh li jinstemghu idoqqu helu fil-widnejn waqt id-diskors tal-budget, izda saru filtru jew gharbiel li minnu kellhom jghaddu l-proposti kollha ta’ dan il-budget.
- Zmien bhal dan li ghaddejin minnu, iktar minn qatt qabel, jinhtieg li jkollna din il-vizjoni cara quddiemna. Ma ninsabux f’mumenti facli, u ghalhekk huwa ghaqli ferm l-appell tal-Ministru tal-Finanzi fid-diskors tieghu, ghal sforz genwin u qawwi mill-forzi politici, ekonomiciu socjali ta’ pajjizna. Dan il-poplu, mhux l-ewwel darba li affaccja sitwazzjonijiet difficli, u iebsin, izda bl-isforz ta’ kullhadd irnexxejna. L-istess nistghu nergghu naghmlu. Madwarna ghaddej maltemp qawwi, u ghalhekk dawn huma cirkostanzi li jitolbu minna li naghmlu l-ghazliet responsabbli.
- Il-Partit Nazzjonalista huwa rinomat illi dejjem ghamel l-ghazliet ghaqlija, anke jekk kontra l-maltemp, u forsi anke xi drabi mhux daqshekk popolari. Izda wara kull episodju, iz-zmien dejjem tana ragun. Illum hadd ma jiddubita l-ghaqal tad-decizjonijiet li hadna fil-passat dwar l-Indipendenza ta’ pajjizna, il-liberalizzazzjoni tas-suq, il-Kunsilli Lokali, il-VAT, il-process ta’ privatizzazzjoni, ir-riformi fl-edukazzjoni, l-infrastruttura moderna tant mehtiega, id-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, u d-dhul ta’ Malta fiz-zona Ewro. Dawn kienu kollha sfidi kbar, illi iz-zmien taghna ragun fuqhom kontra l-Geremiji.
- Quddiemna illum ghandna zewg toroq x’naghzlu ukoll, zewg toroq li ser iwassluna biex niktbu l-istorja ghal darb’ohra. Nistghu naghzlu it-triq il-hafifa li ma twassal ghal imkien, jew inkella naghzlu t-triq li hija xi ftit kontra l-mewg, sabiex b’hila, ghaqal u responsabbilta’ nimxu ‘l quddiem. Flimkien nistghu nirbhu l-isfidi kbar li gejjin mit-taqlib li minnu ghaddejja d-dinja.
- Dan huwa budget li jsarraf l-ghaqal tal-poplu Malti, li dejjem wera li meta jahdem flimkien, kapaci jeghleb kull sfida. Dan huwa budget li jhares lejn is-sitwazzjoni tal-lum b’responsabbilita’, li ma jarax sal-ponta ta’ mniehru biex jiggarantixxi sostenibbilta’ u budget li jitfa’ harstu lejn dawk li l-iktar ghandhom bzonn b’solidarjeta’.
Waqa' hajt iehor - 13 ta' Novembru 2008
- L-elezzjoni ghall-Presidenza tal-iStati Uniti, issa diga ghaddiet iktar minn gimgha minn fuqha, izda ghada fic-centru tad-diskussjoni. Kienet elezzjoni li qanqlet dibattitu sa mill-ewwel fazijiet taghha, hekk kif rajna l-kandidati taz-zewg partiti jigu maghzula, u finalment sal-jum tal-votazzjoni l-gimgha l-ohra. Elezzjoni li zgur ser tibqa’ titfakkar ghaz-zmienijiet li gejjin, ghall bosta ragunijiet - verament episodju fil-politika dinjija li jispikka.
- Uhud iddeskrivew l-elezzjoni tal-President Elett Barack Obama, bhala doza ta’ arja friska fix-xena politika internazzjonali, kif ukoll ragg ta’ tama ghas-sitwazzjoni globali li qed nghixu fiha. U dan bir-ragun ghax Obama mexxa kampanja elettorali eccellenti fuq kull front. Id-diskorsi tieghu u l-politika tieghu kienu imzewwqa bl-elementi kollha li tant huma ghal qalb in-nies illum.
- Il-fatt li ser ikun l-ewwel President tal-iStati Uniti Afro-Amerikan, jaghtih ukoll dak il-vantagg li huwa verament ambaxxatur ta’ dawn iz-zminijiet. Il-fatt li kellu trobbija xejn facli u konvenzjonali juri fih certa awtenticita’ li n-nies ma ratx f’haddiehor. Izda l-oratorija straordinarja u l-kultura mhux mainstream ta’ dan il-President Elett, ser ikunu bizzejjed biex ikun verament effettiv fit-tmexxija tieghu? L-Amerikani poggew l-aqwa ragel fuq it-tmun tat-tmexxijja ta’ pajjzihom?
- Ovvjament din hija mistoqsija li iz-zmien biss jista’ jwegibha, izda fatt zgur huwa illi dan il-president ghandu triq twila x’jimxi, u hafna x’jaqta bi snienu. Is-sitwazzjonji dinjija li nghixu fiha illum mhijiex wahda mill-helwin, u l-ostakli huma kbar. Il-krizi finanzjarja li bdiet proprju fl-iStati Uniti biex imbghad infirxet mad-dinja kollha, hija wahda mill-prijoritajiet li jrid jindirizza dan il-President. Jekk xi haga hija zgura, hi li din mhijiex krizi li tista’ tindirizzaha b’daqqa ta’ pinna jew b’xi decizjoni wahda – hija krizi li ser tirrikjedi hafna energija u hsieb biex tkun solvuta, u l-effetti taghha jigu mnaqqsa kemm jista’ jkun.
- Meta wiehed iqis id-diskorsi ta’ Obama, jista’ facilment jasal ghall-konkluzjoni li jipprometti tajjeb. Dan johrog ukoll f’dak li qal dwar l-involviment militari tal-iStati Uniti barra mill-pajjiz. Obama minn kmieni fil-karriera tieghu kien kritiku tal-politika ta’ Bush fl-Iraq. Huwa tkellem fuq ir-relokazzjoni tat-truppi Amerikani fl-Iraq kif ukoll il-ftuh ta’ diskussjonijiet diplomatici mas-Sirja u l-Iran. Obama sahaq illi ghandu jkun hemm diplomazija presidenzjali diretta minghajr prekundizzjonijiet. Huwa qal ukoll illi l-Amerikani ma jistghux semplicement jirtiraw mill-pozizzjoni taghhom, izda anqas ma jistghu jippretendu illi haddiehor ghandu jbaxxi rasu ghar-rieda taghhom frott is-sahha militari. Obama tkellem f’sens li l-Amerka ghandha tmexxi billi taghti l-ezempju bil-fatti.
- U dawn l-argumenti jinstemghu bhal sinfonija idoqq helu ferm, fi zmien meta d-dinja kollha ghaddejja minn zmien ta’ sfidi kbar u incertezzi. Dawn l-argumenti isiru effettivi meta jibdew jissarfu fi pjan ta’ hidma ghall-Gvern il-gdid ta’ Obama.
- Ic-celebrazzjonijiet jghaddu bhal ma ghaddew ic-celebrazzjonijiet taghna ta’ tmin xhur ilu. Jasal il-mument bhal lehha ta’ berqa, meta s-sunetti jinkinsu mit-triq, u l-murtali jisfumaw fis-sema. F’dak il-mument il-Gvern il-gdid ikun jinhtieglu jxammar idejh u jitfa’ jdejh fuq it-tmun. Ghal gid ta’ l-iStati Uniti u tad-dinja.
Il-hidma tal-GPD - 20 ta' Novembru 2008
- Id-djalettika tal-politika hija sabiha. Dejjem hekk emmint u meta nhar it-Tnejn fil-Parlament iddiskutejna l-estimi tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, illu minnu jifforma parti is-Segretarjat Parlamentari tieghi, hassejt dan iktar mill-vicin. F’din l-ewwel darba li kelli okkazjoni naghmel diskors f’seduta bhal din bhala Segretarju Parlamentari, ghamilt referenza ghax-xoghol li ghamilna din is-sena, sena li tabilhaqq kienet wahda mimlija hidma bla waqfin.
- Bhalma kelli okkazjoni nghid drabi ohrajn, f’dan il-pajjiz l-art hija t-tieni l-iktar rizorsa importanti, wara dik umana. Huwa ghalhekk illi fuq nett tal-prioritajiet din is-sena ghal dan is-Segretarjat, kienet it-tema tal-abbuz tal-art pubblika jew tal-Gvern u t-tnedija tal-kampanja ta’ infurzar. Imsejsa fuq il-hsieb tas-saltna tad-dritt, ghax hadd ma huwa ‘l fuq mill-ligi, dan is-segretarjat permezz tad-Divizjoni Proprjeta’ tal-Gvern (GPD) hadem biex jiggieled l-abbuz u jaghmel l-ahjar uzu razzjonali ta’ din ir-rizorsa skarsa taghna. Pero kien hemm hafna iktar minn hekk.
- Din is-sena kienet wahda tajba ghal-GPD, fejn komplejna nibnu fuq it-tajjeb li sibna u norqmu fejn jehtieg. F’din id-divizjoni insibu tlett dipartimenti illi flimkien jiffurmaw dan it-trepied li jkopri l-immaniggar tal-proprjeta’ immobbli tal-Gvern. Il-Dipartiment ta’ l-Artijiet immexxi mill-Kummissarju tal-Artijiet, huwa d-dipartiment l-iktar maghruf mal-pubbliku, u huwa dan illi jiehsu hsieb il-lat legali tal-kazi. Dan id-dipartiment huwa mghejjun mid-Dipartiment ghat-Tmexxija tal-Proprjeta illi jaghmel hafna mil-hidma marbuta max-xoghol ta’ kuljum u dawk marbuta mal-progetti nazzjonali l-kbar. Dan id-Dipartiment, fost ohrajn, jirregistra l-art tal-Gvern fir-Registru ta’ l-Artijiet u din is-sena gew registrati hames miljun u nofs metru kwadrat, fejn il-milljun u nofs tas-sena li ghaddiet. It-tielet sieq huwa d-dipartiment tal-Joint Office, jew l-Ufficju Kongunt, illi jamministra l-art mghoddija lill-Gvern mill-Awtoritajiet Ekklezjastici skond il-ftehim internazzjonali tal-1992.
- Il-hidma ta’ dawn it-tlett dipartimenti flimkien issarfet f’apprezzament minn faxxex wiesa tas-socjeta’ u dan jaghmlilna kuragg kbir. Izda t-triq hija twila, u kemxejn ghat-tela’. L-istrutturi illegali ta’ Bahar ic-Caghaq kienu pass kbir, imma mhux bizzejjed; l-istess ghall-abbuz tal-barracks ta’ Ghajn Tuffieha, jew tal-Victoria Lines. M’ahniex ser nieqfu mal-imwejjed u s-siggijiet; baqa’ prattici x’nindirizzaw. Bl-ebda mod dan m’ghandu jitiqies bhala xkiel ghall-kummercjanti, jew fuq il-kultura tal-ikel barra. Kulmin ghandu l-permessi ta’ encroachment kif suppost m’ghandux ghalxiex jinkwieta. Kif ghidt, hadd mhu mizmum milli japplika ghal iktar spazju, jekk hekk ihoss, izda hadd m’hu ser jigi ttollerat illi jiehu dak li mhux tieghu bi prepotenza u bla jedd.
- Dak li m’huwa ta’ hadd ma jfissirx li qieghed hemm biex jittiehed minn min jigi l-ewwel. Dak li m’huwa ta’ hadd, huwa ta’ kullhadd.
Il-Gustizzja u l-valur tal-bniedem - 27 ta' Novembru 2008
- Bhala student tal-ligi, u iktar tard fil-Qorti, dejjem emmint u mxejt mal-principju li il-gustizzja ghandha tkun skond il-ligi, filwaqt li l-ligi ghandha tigi applikata b’gustizzja. Dawn huma zewg faccati ta’ l-istess munita. Ghalhekk huwa naturali illi l-ligi trid tigi aggornata skond ir-realtajiet taz-zmienijiet jekk trid tibqa’ rilevanti u effettiva.
- Il-kotba tal-istorja juruna, illi dawn il-principji mhux dejjem irrenjaw sovrani fl-imhuh tal-bnedmin. Il-kotba tal-istorja juruna kif id-dinja ghexet realtajiet ta’ vjolenza, u krudelta’, grajjiet ta’ atrocita’ li xi drabi ma nirrealizzawx il-kobor taghhom. F’okkazjonijiet tant kienet kbira l-iskala ta’ dawn l-attrocitajiet li jibqghu jissemmew tul iz-zminijiet.
- Jigu mill-ewwel mohhi l-genocidju tal-Olokawst, fejn mietu iktar minn sitt miljun persuna waqt it-Tieni Gwerra Dinjija, il-massakru ta’ miljuni ta’ Ukrain, xoghol Stalin, u il-gwerra tal-Bosnia. F’dawn l-okkazjonijiet kollha, id-denominatur principali dejjem kien in-nuqqas ta’ gharfien baziku tad-dinjita’ u l-valur tal-hajja tal-bniedem. F’dawn iz-zminijiet ta’ gwerra il-valur tal-hajja gheb, b’imhuh jeccellaw biex johorgu b’sistemi dejjem iktar efficjenti u effettivi ta’ tkasbir u qerda tal-hajja. F’dawn l-okkazjonijiet id-dinja rat fabbriki tal-mewt, industrija ta’ mibgheda u hdura fejn ripetutament bniedem iehor, ghax ta’ nisel differenti, jitqies inqas mil-bhejjem.
- B’dieqa kbira ninnotaw li minn zmien ghal zmien iqumu ilhna, anke fostna, ta’ nies li dan kollu jichduh. Iqum ilhna illi jichdu li qatt sehh l-Olokawst, u t-tragedji kollha marbuta mieghu, ilhna li jipprovaw inaqqsu mill-kruha ta’ dawn l-episodji.
- Ghalhekk ma nistax ma nesprimix sodisfazzjon sincier ghall-ligi li qed jipproponi l-Ministru tal-Gustizzja Mifsud Bonnici illi thares lejn dan kollu, u tikkastiga l-agir ta’ min jipprova jichad jew inaqqas mill-kruha ta’ dawn l-avvenimenti. Permezz ta’ din il-ligi, ikun att kriminali illi wiehed jipprova ixejjen dawn it-tbajja fl-istorja.
- Socjeta li tinsa dak li ghaddiet minnu taf terga’ tesperjenzah, anke jekk forsi mhux taht l-istess forma. Dan kollu jitwahhad sewwa ma’ esperjenza personali tieghi meta is-sena l-ohra mexxejt delegazzjoni Parlamentari maghmula minn deputati taz-zewg nahat tal-kamra, fil-kampijiet ta’ koncentrament Nazisti ta’ Auschwitz u Birkenau. Hawnhekk gejt wicc imb’wicc ma’ organizzazzjoni tal-qtil tal-wahx, li l-ghan taghha huwa l-kontroll fuq il-hajja u l-mewt. Gejt wicc imb’wicc ma’ kemm kapaci joghdos fil-hazen il-bniedem bla sens tal-valur tal-hajja. Difficli hafna ssib kliem iebes bizzejjed biex tispjegah. Esperjenza li mmarkat ‘l kull wiehed minna li morna hemm ghal ghomru.
- Ghalhekk qed jaghmel sew il-Gvern ma jhallix ‘l min inessi. Ghax Stat li jkollu sens tal-valur tal-hajja ikollu socjeta’ b’sahhitha.
L-infurzar iħares l-interess tal-pubbliku - 2 ta' Ottubru 2008
- F’dawn l-ahhar jiem, bhalma ghamilna fil-parti l-kbira tas-sajf, ufficjali tad-Divizjoni Propjeta’ tal-Gvern (GPD), kienu impenjati f’azzjonijiet ta’ infurzar ma’ dwar Malta. Dawn l-azzjonijiet, li b’sodisfazzjon nara li qed jintlaqghu tajjeb hafna mill-pubbliku, qed ikunu messagg car ghal kull min ghandu xi dubju jekk il-pozizzjoni tieghu hijiex legali jew le.
- Matul il-jum tat-Tnejn li ghadda uffiċjali tal-GPD, qassmu iktar minn 100 ittra ta’ avviż lis-sidien ta’ Caravans ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq. Is-sidien ingħataw 48 siegħa ħin biex ineħħu il-Caravans tagħhom minn fuq is-sit. Dan l-ewwel stadju ta’ infurzar f’dan is-sit sar minn ħabba li dan is-sit mhuwiex sit maħsub għal Caravans, u b’hekk ma jistax jiġi okkupat minn min m’għandux titolu tal-art. Dan l-abbuż ta’ art pubblika joħroġ iktar ċar meta wieħed iqis li uħud minn dawn il-Caravans huma mdawwrin bi strutturi fissi mingħajr ebda permessi relevanti.
- Dan l-eżerċizzju huwa biss l-aħħar fost kampanja li nieda is-Segretarjat Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet, li jerġa’ jrodd lura lil pubbliku dak li huwa tiegħu bi dritt. Każi oħra kienu l-azzjonijiet ta’ infurzar għal mwejjed u siġġijiet f’Tas Sliema, Wied il-Għajn, Marsaxlokk, Buġibba, Birżebbuġia, Xlendi u Marsalforn, kif ukoll l-evakwazzjoni ta’ squatters minn siti bħal-palazz l-aħmar tal-Marfa u l-kantina tal-Kamrata fil-Belt Valletta.
- Mill-banda l-ohra, id-Divizjoni Propjeta’ tal-Gvern tinsab fl-aqwa ta’ ezercizzju iehor, li permezz tieghu qed naghmlu uzu ahjar ta’ propjeta pubblika, ghal-beneficcju tal-pubbliku. F’attivita ta’ dan it-tip nhar it-Tlieta li ghaddew, ghaddejt medda art fil-Wied tar-Rinella fil-Kalkara, lill-Fondazzjoni Genista ghal skopijiet ta’ afforestazzjoni. Dan il-progett mhux biss jaghmel uzu ferm ahjar minn art illi sa issa ma kienetx tintuza fil-potenzjal kollu taghha, izda huwa ta’ gid lill-komunita’ tal-Kalkara.
- Din kienet biss l-ahhar minn sensiela ta’ inizjattivi simili fejn, il-GPD qed jghaddi propjeta’ pubblika, biex minnha jsir uzu ahjar. Iktar kmieni din is-sena ghaddew ghand ghaqdiet u kunsilli lokali, it-Torri ta’ San Tumas f’Wied il-Ghajn, kif ukoll it-Tourist Information Office fic-centru tal-Mellieha. Fil-granet li gejjin ha nkunu qeghdin bi pjacir, nghaddu iktar art pubblika lil ghaqdiet non-governattivi u entitajiet sportivi.
- B’attivitajiet bhal dawn, qeghdin inwettqu l-politika tal-Gvern li propjeta’ pubblika hija hemm biex titgawda mill-pubbliku. Il-propjeta’ pubblika ghandha tintuza ghall-gid tal-komunita’ filwaqt li ghandha titgawda minn faxxex dejjem iktar wieghsa tas-socjeta’.
L-MLP jerga jitlef il-vapur - 9 ta' Ottubru 2008
- Hija haga tal-iskantament li l-MLP jibqa’ ma jitghallem qatt mil-izbalji tieghu tal-passat. Ghal darb’ohra ergajna rajna lil media tal-MLP titlef il-vapur; nittamaw li l-MLP jirrealizza l-izball li ghadu kif ikkommetta u jigi jaqbel maghna anke fuq l-azzjonijiet ta’ infurzar.
- Nhar il-Gimgha li ghaddiet, ufficjali tad-Divizjoni Propjeta’ tal-Gvern (GPD), flimkien ma’ ufficjali tal-MEPA, membri tal-korp tal-Pulizija, u haddiema tax-Xogholijiet Pubblici, ghamlu azzjoni ta’ infurzar fiz-zona ta’ Bahar ic-Caghaq fejn art pubblika kienet qed tigi uzata minn Caravans u strutturi fissi ohra bla permess mill-Kummissarju ta’ l-Artijiet. Minn hawn nerga’ nroddilhom hajr ghal hidma taghhom.
- Dawn l-azzjonijiet sehhu wara li nhar it-Tnejn, 29 ta’ Ottubru, is-sidien ta’ dawn l-istrutturi u kmamar illegali, gew avzati jizombraw il-post. Hawnhekk tohrog l-ewwel stonatura tal-media tal-MLP; manipulazzjoni tal-fatti mahsuba biex tqarraq. Fis-servizz ta’ l-ahbarijiet fuq Super1 ta’ nhar il-Gimgha, gie rappurtat illi l-ittra ta’ avviz giet servuta lis-sidien nhar l-Erbgha 1 ta’ Ottubru, meta fil-fatt din giet servuta lilhom jumejn qabel. Dan ifisser li mhux talli il-GPD irrispettat it-48 siegha li tathom biex jizgumbraw, anzi, inghataw jumejn izjed zmien biex jitilqu mil-post. B’din il-gidba qarrieqa, is-Super 1 ried jaghti x’jifhem, li l-Gvern ried jaqbad lis-sidien fuq sieq wahda, bla ma jaghtihom bizzejjed hin biex izarmaw mil-post. Mhux talli dan mhux minnu, izda l-GPD tat erbat ijiem zmien qabel ma ghamlet l-azzjonijiet ta’ infurzar.
- U fid-dawl ta’ dan kollu wiehed jistaqsi jekk il-hin ta’ 48 siegha kienx hin gust. Min-natura tieghu, caravan suppost ikun mobbli u facilment jiccaqlaq. Iz-zmien moghti altru milli kien ragjonevoli, iktar u iktar meta tqis li effettivament l-azzjoni ittiehdet wara erbat ijiem. Il-verita hija li kien hemm strutturi tal-gebel li rrendewhom permanenti.
- Pero’ apparti dan kollu, forsi l-iktar zball gravi tal-media tal-MLP huwa li permezz tas-servizz ta’ nhar il-Gimgha, iddefenda implicitament lil min qed jabbuza mill-proprjeta pubblika u dahal difensur ta’ min m’ghandux jedd legali. Huwa fatt li s-sidien tal-Caravans u l-istrutturi l-ohra m’ghandom ebda jedd jew titolu fuq l-art li kienu jokkupaw. Dawn kienu jingumbraw spazju pubbliku bla permess, u minghajr il-permess tal-Kummissarju tal-Artijiet li f’Malta u Ghawdex huwa sid l-art.
- Fl-ahhar nghalaq b’nota ta’ sodisfazzjon ghal kummenti ta’ inkoraggament li jien flimkien mal-GPD ircevejna fl-ahhar jiem, ghall-azzjonijiet li qed naghmlu. Kummenti li ma kienux limitati ghall-blogs popolari li fahhru bis-shih l-azzjonijiet ta’ infurzar, izda anki ikkaratterizzaw l-editorjali tal-gazzetti fosthom ta’ dan il-gurnal li qed nikteb fih. Apprezzament li jaghtina iktar kuragg.
- Bhalma shaqna bosta drabi, l-art pubblika hija hemm biex titgawda mil-pubbliku. U dan huwa element ewlieni tal-politika ta’ dan il-Gvern li qed iwettaq.
Gentlom u Habib - 16 ta' Ottubru 2008
- Jigu mumenti fil-hajja li igieghluk tieqaf u tirrifletti. Kwazi jiskussawk u ghoddok titlef il-pass. Jiguk elf mistoqsija u tibqa’ minghajr twegiba. Il-mewt ta’ siehbi Karl Chircop huwa wiehed minn dawn il-mumenti ghalija u cert li ghal hafna.
- Ilna nafu ‘l xulxin ghal hafna snin, pero l-hajja parlamentari taghna gabitna eqreb lejn xulxin. Kemm ghax fil-Parlament konna niltaqghu ta’ sikwit u kemm peress li nirraprezentaw l-istess distrett elettorali fil-Parlament konna niltaqghu f’diversi okkazjonijiet socjali. Naf kemm kien mahbub u rispettat mill-kostitwenti taghna, anke dawk li ma kienux jaqblu mieghu politikament izda peress li dejjem mexa’ ta’ ragel, in-nies habbewh.
- Kellu, fil-fehma tieghi, dawk il-virtuijiet li jaghmlu politiku tassew uniku u mahbub. Umli u jahdem minghajr daqq ta’ trombi, izda jahdem qatigh u jbati (u bata) l-morr tal-hajja politika taghna fis-silenzju. Ta’ integrita assoluta. Ried dejjem ikun ippreparat sew ghal dak li ser ighid jew jaghmel u kellu sens ta’ dover tremend. Anke bhala tabib. Kien wiehed minn dawk it-tobba li kellu occhio clinico tajjeb ferm u d-djanjosijiet tieghu kienu dejjem korretti. Ragel tal-familja fil-veru sens tal-kelma.
- Kellu tbissima semplici u sabiha u mhux l-ewwel darba kien ikellimni b’harstu meta kien f’postu quddiemi fil-Parlament. Min jaf kemm bghattna messaggi bil-mobile ‘l xulxin waqt xi dibattitu. Min jaf kemm tkellimna fuq it-tlajja u l-inzul tal-politika, l-helu u l-morr taghna u kien dejjem lest u pront joffri kelma ta’ kuragg jew farag.
- It-tnejn li ahna supporters tal-Liverpool u tal-Hibernians. Hu, bla dubbju ta’ xejn, iktar tekniku minni, u kont nammirah (bhal meta morna t-tnejn li ahna konna mistiednin fuq ir-radio tas-supporters club tal-Liverpool) ghad-dettal u kif kapaci jaqra loghba qisu l-coach tat-team. Konna t-tnejn li ahna niehdu sehem, sa din is-sena stess, fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira f’Rahal Gdid. Ilna snin ma’ l-istess vara, it-tnejn hdejn xulxin, hu jerfa’ fit-tarf u jien, minn xi snin ‘l hawn wara li ma stajtx nerfa’ iktar, forcina n-naha tieghu. Mumenti sbieh wisq.
- F’mumenti bhal dawn, facli nitkellem u nuza’ l-passat. Kien. Izda, le. Irridu nuzaw il-prezent. Hu ghadu. Ghax ghad li d-daqqa tat-telfa hija kbira, trid tkun ikbar l-emmna taghna li irbahnih fis-sema u li ghadu maghna pero b’mod differenti. Ilkoll tlifna habib u gentlom hawn fuq din l-art, izda irbahnih fis-sema mal-Missier Etern. Karl, m’hemmx iktar sms’s izda ha nibqaghu kuntatt b’mod differenti. Sliem lilek u farag ‘l familja tieghek.
Il-Partit li jgib id-differenza - 23 ta' Ottubru 2008
- Il-Hadd li ghadda gie fi tmiemu il-Kunsill Generali tal-Partit Nazzjonalista; Kunsill Generali li ra partit mimli energija, immexxi minn Prim Ministru li jispira fiducja u direzzjoni. Fid-diskors qasir tieghi, tkellimt fuq x’jaghmel il-partit taghna, partit uniku, u partit li jaghmel l-istorja.
- Fil-hajja, qabel ma bniedem jaghmel l-iStorja, irid ikun bniedem li jkun gab id-differenza. L-istess fil-politika: biex partit jaghmel l-iStorja, irid l-ewwel ikun gab differenza fil-hajja tal-pajjiz u tas-socjeta tieghu.
- Hekk ghamel dan il-Partit taghna fl-ahhar snin: gab u qed igib differenza ghall-ahjar fil-hajja tal-poplu Malti grazzi ghar-riformi u tibdil li gab u qed igib. Minkejja li ilna fit-tmun tal-pajjiz, bdejna din il-legislatura b’ritmu mimli hegga u fierxa wiesgha ferm ta’ riformi essenzjali biex intejbu l-hajja taghna.
- Qed nuru li minkejja li ilna fil-Gvern ma tlifna xejn mill-kapacita’ u mill-fjut taghna li nbiddlu u ninbidlu ghall-ahjar b’ideat godda. Ir-riformi tal-MEPA, tat-Tarzna, tal-Kunsilli Lokali, tat-trasport pubbliku, tal-Ligi tal-Kera, tas-servizzi medici, tal-imghaxijiet u tal-multi taht il-ligijiet tal-VAT u l-Income Tax li jien gejt fdat biha u li wasalt biex nikkonkludi, juru Gvern dinamiku u mimli energija.
- Tant kemm biddilna li spiccajna anke biddilna ‘l Oppozizzjoni biex issa jitkelmu favur l-Unjoni Ewropea, inkluz il-mexxej il-gdid li sa ftit ilu kien jehodha qatta bla habel kontra s-shubija taghna. Huwa tajjeb li tikkonverti fil-politika pero’ ghandna dritt infakkru x’kien jemmen fih sa ftit ilu Dr Muscat. Tajjeb li tikkonverti fil-politika, izda huwa ahjar li ma jkollokx ghalfejn tikkonverti ghax tkun fin-naha t-tajba ta’ l-istorja mill-ewwel, kif konna ahna.
- Meta kont Washington ftit granet ilu u kulhadd jitkellem dwar l-Izlanda u kif dan illum huwa pajjiz fallut u gharrkobbtejh, ma stajtx ma niftakarx f’dak li kienu jghidulna l-Oppozizzjoni qabel ir-Referendum. Forsi insejna izda l-Izlanda kienet wiehed mill-pajjizi li kienu jsemmghulna biex insiru bhalha: pajjiz sinjur u barra l-Unjoni Ewropea. Kienu jghidulna biex inharsu lejn l-Izlanda, u naghmlu ftehim specjali mal-Unjoni Ewropea, kif ghamlu l-pajjizi tal-EFTA li wiehed minnhom huwa proprju l-Izlanda.
- Illum, ghaxar snin wara, u f’nofs it-tigrif finanzjarju bla precedent, bl-Izlanda falluta u bis-sovranita’ taghha umiljata ghax qed ikollha tara minn fejn ser tissellef 4 biljun dollaru, nindunaw kemm kelna ragun ahna. Kieku bqajna barra kif ried il-Labour f’nofs dan it-terremot finanzjarju u ma dahhalniex l-Euro (kif riedu l-Labour ukoll) kieku Malta llum tinsab imkaxkra u mgarrfa mit-tsunami li ghaddej. Kieku ghandna sistema bankarju imfarrak kif gara l-Izlanda. Imma ghax dejjem hadna d-decizjonijeit t-tajbin sija biex sirna membri u sija biex dahhalna l-Euro illum s-sistema bankarju taghna huwa fost l-aqwa ghaxra fid-dinja.
- Huma dawn il-mumenti tal-prova, il-mumenti li juru kemm dan il-Partit fil-Gvern tassew ghandu vizjoni cara, ghall-pajjizna. F’mumenti bhal dawn ikun jinhtieg li jsiru d-decizjonijiet iebsa u mhux popolari, izda fi kliem il-Prim Ministru ahna l-politici m’ahniex hemm biex inkunu popolari, izda biex naghmlu l-gid ghal poplu Malti. Nemmen bis-shih li l-poplu Malti illum jirrikonoxxi l-par idejn sodi tal-Gvern, u huwa n-naha ta’ min ma jibzax jaghmel dak li suppost jaghmel. B’hekk inkomplu nkunu partit li jgib differenza ghall-ahjar. Hekk inkomplu inkunu il-partit li jaghmel l-iStorja.
Id-Djar taghna ghandhom ukoll kontribut x'jghatu - 30 ta' Ottubru 2008
- Il-Gimgha li ghaddiet, attendejt ghal-ftuh ta’ fiera ta’ affarjiet ghad-dar, u fid-diskors tal-okkazjoni ma stajtx ma nitkellimx dwar suggett importanti, suggett li jolqot b’mod mill-iktar dirett id-djar taghna, filwaqt li jikkaratterizza l-ghandament politiku u ekonomiku tad-dinja li nghixu fiha – l-Energija.
- Fi zmien fejn id-dinja qed tinbidel b’heffa liema bhalha, u li fiha l-istil ta’ hajja ta’ hafna minna qed jinbidel b’ritmu mghaggel, ir-realta’ li nghixu fiha llum toffrilna sfidi godda.
- Dawn l-isfidi japplikaw ukoll b’mod qawwi ghar-realta’ domestika tad-djar taghna, ghax il-familji taghna ukoll ghandom kontribut qawwi x’jaghtu f’dan is-sens. Ahna nafu li bil-livell ta’ ghajxien taghna dejjem joghla, u bl-istil ta’ hajja taghna dejjem jitjieb id-domanda tad-djar taghna ghall-energija qieghda dejjem tizdied. Dan qed ihalli impatt kbir fuq ir-realta’ ambjentali, impatt li il-Gvern qieghed jindirizza b’mod dirett.
- Skond l-istatistika li ghandna, nafu li fil-perjodu 2000 sa 2004, l-ekonomija Maltija tejjbet l-efficjenza tal-energija taghha b’6 fil-mija, filwaqt li is-settur tad-djar tejjeb din l-efficjenza tal-energija b’9 fil-mija. Dawn huma statistici inkoragganti, u l-indikazzjonijiet juru illi dawn il-percentwali qed jitjiebu. Izda tibqa’ it-triq twila li ghandna nimxu. Iktar ma nzidu l-efficjenza fl-energija, iktar nikkontrollaw in-nefqa fuq il-konsum tal-energija.
- Skond kif hemm fid-dokument ta’ qabel il-Budget 2009, l-issue tal-energija hija prijorita’ nazzjonali. Hija prijorita’ li il-Gvern qed jippjana li jindirizza fuq diversi livelli, bis-settur pubbliku ikun l-ewwel li jsir mudell f’din l-efficjenza.
- Din hija bidla li jinhtieg li ssir bil-kontribut ta’ kullhadd, anke bil-kontribut tad-djar taghna. Biex jinkoraggixxi dan, il-Gvern behsiebu jdahhal skemi li jincentivaw l-uzu iktar razzjonali unresponsabbli tal-energija. Dawn l-incentivi jinkludu Skemi permezz tal-fondi strutturali 2007-2013 li jippromwovu l-uzu ta’ Solar Water heaters kif ukoll ta’ Photo Voltaic Panels fid-djar taghna. Skond il-programm elettorali, il-Gvern ser jistudja ukoll proposti biex jigu mqassma 5 compact flourescent lamps kull sena ghal sentejn, ghal kull dar f’Malta u Ghawdex. Ta min wiehed jinnota li din l-iskema giet addottata b’success ukoll fil-Portugall.
- Flimkien ma’ dan il-Gvern qed jaghti l-appogg tieghu kollu anke fuq livell Ewropew, l-inizzjattiva biex pajjizi japplikaw rati izjed baxxi ta’ VAT fuq prodotti li jirrizultaw li jkunu jiggeneraw energija li tiggedded, u li b’hekk ma jhallux effetti negattivi fuq l-ambjent.
- L-iskemi kollha li behsiebu jniedi l-Gvern ser ikunu supplimentati b’servizzi ta’ informazzjoni, li permezz taghhom il-konsumatur ikun iktar infurmat dwar l-iskema innifisha, u kif l-ahjar li wiehed jiehu vantagg minnha. Dawn is-servizzi ta’ informazzjoni ikunu parti minn kampanja edukattiva immirata fuq il-konsum ta’ energija, u kif dan jista’ jittejjeb. Dan il-Gvern dejjem emmen fis-sahha tal-edukazzjoni, fuq kull livell, u ghalhekk huwa biss ghaqli li jintuzaw l-ghodda ta’ zminijietna bhalma huma Websites interattivi, help-lines kif ukoll il-media fis-sens wieghsa kollu taghha, biex jasal il-messagg.
- U l-messagg huwa wiehed semplici, illi jaqblilna li nahsbu illum, biex inharsu ghada. Il-Gvern ser jaghmel il-parti tieghu bi progetti kbar bhalma huma l-offshore windfarm, u ohrajn, izda tajjeb ukoll illi kull dar taghna issir ezempju ta’ sostenibbilita’ fl-energija.
Iktar infurzar - 4 ta' Settembru 2008
- Fl-ahhar jiem, id-Divizjoni tal-Proprjeta tal-Gvern, li taghha jien politikament responsabbli, kompliet bl-ezercizzju ta’ infurzar biex jinghata lura lill-pubbliku dak li huwa tieghu bi dritt. Il-gimgha li ghaddiet f’Wied il-Ghajn, ufficjali tal-GPD ghamlu ezercizzju fejn ristoranti u stabbilimenti li kienu qeghedin jabbuzaw minn permesssi ta’ encroachment, u b’hekk kienu qed jingumbraw bankini jew zoni ohra pubblici ghad-dettriment tac-cittadin, tnehhewlhom l-imwejjed u s-siggiet mill-post. Ghall-ewwel darba intuza avviz gdid, illi permezz tieghu, is-sidien ta’ dawn ir-ristoranti u stabbilimenti, gew avzati li mhux biss gew ikkonfiskati a spejjez taghhom l-imwejjed u s-siggijiet, izda ittiehdilhom il-permess ta’ encroachment. Biex japplikaw mill-gdid issa jinhtiegilhom ihallsu elf ewro.
- Il-Gvern mhux ser jittollera li jkun hemm abbuz minn min jahseb li huwa ‘il fuq mill-ligi ghad-detriment tal-pubbliku li biex imur passiggata mal-familja ikun kostrett li jinzel il-bankina ghax din tkun mehuda kompletament.
- B’mod generali idher li l-pubbliku qed jilqa’ dawn l-azzjonijiet b’mod pozittiv. M’iniex ser nilludi ruhi li kollox ser ikun ward u zaghar, izda nemmen, u hekk hija l-politika tal-Gvern, li l-pubbliku igawdi iz-zoni pubblici minghajr xkiel. Is-saltna tad-dritt li nemmen fiha jien hekk timplika.
- Bl-istess mod, il-Gvern ser jagixxi f’zoni ohrajn. Fl-ahhar gimghat hadna azzjoni f’Wied il-Ghajn, Tas-Sliema, Marsalforn u x-Xlendi. Izda dawn mhumiex l-unici postijiet li fihom qed isir abbuz minn dawn il-permessi. Il-GPD ser ikun qed izur iktar postijiet madwar Malta u Ghawdex biex il-ligi tigi rispettata. Fl-istess waqt qed nezaminaw il-ligijiet li ghandna biex inharxu l-pieni applikabbli.
- Iktar infurzar ser isir fil-konfront ta’ squatters illi jokkupaw propjeta’ pubblika. Per ezempju, fl-hekk imsejjah Palazz tal-Marfa limiti tal-Mellieha, f’dawn il-granet squatters gew servuti b’avviz biex jizgumbraw il-post. Postijiet storici ghandhom jitgawdew mill-pubbliku. Ghalhekk sodisfatt li d-decizjoni li hadt x-xahar li ghadda biex it-Torri ta’ San Tumas f’Wied il-Ghajn jghaddi ghand il-Fondazzjoni Wirt Artna. Fi ftit xhur ohra, grazzi ghax-xoghol sfieq tal-FWA dan it-Torri ser jerga’ jinghata id-dinjita’ li tisthoqlu u jkun miftuh ghall-pubbliku. U nigbdu iktar turisti lejn Wied il-Ghajn.
- Il-hidma min-naha tad-Divizjoni tal-Propjeta’ tal-Gvern ser tibqa’ ghaddejja. Fil-prezent ghaddej ezercizzju, li jien tlabt, biex jigu ingaggati minn hdan is-Servizz Pubbliku aktar ufficjali ghall-infurzar mat-Taqsima Proprjeta tal-Gvern, biex jizdiedu mat-tnejn li hemm bhalissa. Dan apparti mizuri ohra li inhabbru dalwaqt biex ninvolu ‘l pubbliku fl-infurzar.
- Ghad li hemm hafna xoghol x’isir u konxju li t-triq hija twila u spinuza, hadd m’ghandu jiddubita r-rieda taghna li ninfurzaw il-ligi.
Il-Ligi u d-dritt - 11 ta' Settembru 2008
- Minn meta kont student tal-ligi nammetti li kont affaxinat bit-tema tal-Ligi u d-Dritt. Sadakinhar kelli l-idea li ligi minnha nnifisha hija gusta. Trid bilfors tkun gusta. Meta studjajna hassieba u kittieba li kitbu dwar dan is-suggett, bhal San Tumas, intbahna li l-ligi u l-gustizzja mhux bilfors jimxu id f’id. Jaf ikollok ligi li taghti helsien u thares ‘l pubbliku mill-eccessi tal-Gvern, u jaf ikollok ligi li tawtorizza ‘l Gvern jikser il-libertajiet tal-poplu jew li tawtorizza d-diskriminazzjoni. Fiz-zewg nahat hemm ligi, izda wahda hija gusta u l-ohra ingusta.
- Pero x’inhu gust? X’inhi l-gustizzja? Kulhadd irid jagixxi f’isem il-gustizzja. Hadd ma jrid jidher ingust. Anke dittaturi bhal Hitler, Pinochet, Massera u Videla (li fl-Argentina li fi zmienhom “ghebu” eluf ta’ persuni mill-Oppozizzjoni) dejjem qalu li agixxew f’isem il-gustizzja. Wahda mill-ikbar ironiji kiefra u erezija li ttarrax ta’ l-istorja tibqa’ kif is-suldati Nazisti, taht il-bokkla tac-cinturin taghhom kellhom il-kliem “Gott mitt uns” (Alla huwa maghna).
- Hemm diversi skejjel ta’ hsieb dwar min fejn torigina l-gustizzja. Jien nemmen li l-iskola ta’ hsieb tad-Dritt Naturali ghandha mis-sewwa. Din tghid li fil-qalb ta’ kull wiehed minna hemm imnaqqax id-Dritt naturali, dak li huwa sewwa u dak li mhuwiex. Anke jekk mintix Nisrani taf li qtil, l-incest, is-serq u l-istupru, nghidu ahna, huma lkoll hziena.
- Dan l-ahhar qrajt il-ktieb ta’ l-ex Imhallef Taljan Gherardo Colombo dwar “Ir-Regoli”. Colombo niftakruh imhallef fl-inkjesti, fost ohrajn, tal-Loggia P2, Mani pulite, Tangentopoli, u ohrajn li hezzew ix-xenarju politiku fl-Italja. Irrizenzja mill-Magistratura s-sena l-ohra ghax irid jaghti lectures u jikteb dwar is-suggett tal-gustizzja u l-ligi, wara li, kif ighid huwa stess, ihossu dizilluz li l-amministrazzjoni tal-gustizzja ma rnexxilux itejjibha minn gewwa.
- Li laqatni f’dan il-ktieb, fejn fih jitkellem dwar x’inhu d-Dritt, x’inhi l-Gustizzja u d-differenza bejn socjetajiet li jharsu u li jkasbru d-dinjita umana, huwa l-importanza li c-cittadin jkun jaf ghala ghandu jhares il-ligi. Fi kliemu: “La giustizia non puo funzionare se il rapporto tra i cittadini e le regole e’ malato, sofferto, segnato dall’incomunicabilita. La giustiza non puo funzionare se i cittadini non comprendono il perche delle regole.”
- Huwa proprju hawn li rridu nghafsu. Jehtieg infiehmu ilghala jsir infurzar ta’ ligi u ta’ regolamenti, huma x’inhuma. Il-poplu infurmat jikkolabora iktar fiz-zamma tas-saltna tad-Dritt.
Il-Fondazzjoni St. Jeanne Antide - 18 ta' Settembru 2008
- Hadt gost ferm il-gimgha li ghaddiet nattendi ghat-tberik u l-inawgurazzjoni minn Mons Arcisqof tac-Centru Antida f’Hal Tarxien. Dan mhuwiex centru bhal ohrajn li ghandna f‘pajjizna izda uniku kemm fil-kagun tieghu u kemm fl-ghanijiet tieghu.
- Huwa frott Fondazzjoni gdida f’pajjizna li twaqqfet is-sena l-ohra bl-isem tal-Fondazzjoni Santa Giovanna Antide u hija organizazzjoni mwaqqfa mis-Sorijiet tal-Karita ta’ Sta Antida (li hija Kongregazzjoni bi prezenza ta’ 140 sena f’Malta) b’kolloborazzjoni mal-lajci. Titmexxa minn Bord ta’ Gvernaturi b’kap ezekuttiv u twaqqfet wara ristrutturar intern tal-hidma tas-St Jeanne Antide Welfare Campaign mmexxija minn Suor Laura Tanti sa mis-snin sittin.
- Din il-Fondazzjoni, kif anke spjegat Nora Macelli, il-brava Kap Ezekuttiv tal-Fondazzjoni, ghandha l-ghan li tiddentifika, tifhem u tqajjem kuxjena dwar kategoriji ta’ nies li huma vulnerabbli u eskluzi u li mhumiex milhuqin minn ebda servizz ezistenti f’pajjizna. Trid u qed tizviluppa programmi ghal dawn in-nies vulnerabbli u qed tipprovdi l-opportunita u tahrig lil dawk in-nies li jaghmlu uzu mis-servizzi taghha sabiex huma wkoll jaslu biex jipprovdu servizzi ghal nies ohra li huma fil-bzonn.
- Kien ghalhekk li tbierak u gie inawgurat ic-Centru Antida fit-triq principali f’Hal Tarxien, centru ta’merhba ghal min hu f’xi diffikulta. Centru li qed ikun miftuh kuljum u moghni b’ghadd sabih ta’ voluntiera (kwazi sittin), specjalment mill-parrocci tal-madwar. Huwa Centru li huwa ezempju haj ta’ kif religjuzi u lajci gharfu jaddattaw ruhhom ghal sfidi u zminijiet godda biex jaghtu empowerment ‘l min hu fragli, serhan il-mohh u farag.
- Huwa mod konkret u prattiku kif il-Kappillani tal-parrocci tal-madwar, specjalment Tarxien, Sta Lucija u Rahal Gdid, ikollhom punt ta’ referenza ghal kazijiet socjali li jiltaqghu maghhom u jkun hemm drop in point ghal kazijiet li s-servizzi ta’ l-iStat ghadhom ma lahqux.
- Fost is-servizzi provvduti hemm programm ta’ hiliet bazici ghal zghazagh bi htigijiet ta’ l-eta ta’ bejn is-16 u t-22 sena. Hawn iz-zghazagh ikollhom l-appogg anke ta’ mentors. Hemm appogg ghal Carers. Korsijiet ghall-familjari u qraba ta’ persuni b’dizabilita u bi htigijiet specjali. Klabb edukattiv ghan-nanniet li jiehdu hsieb in-neputijiet. Hemm appogg ghal tfal u zghazagh bla appogg edukattiv adegwat biex ikampaw ahjar fl-istudji taghhom. Hemm grupp ta’ voluntiera li jzur persuni li huma wehidhom u maqtugha.
- Nammetti li inizjattivi bhal dawn jkomplu jsostnu l-fehma tieghi li ghad li l-bzonnijiet socjali f’dan il-pajjiz qed jinbidlu u jizdiedu qatigh, anke r-risposti u l-qalb ta’ hafna minna mhux qed jonqsu. Ejja nsostnuhom ghax dawn jaghtu minghajr stennija ta’ gratitudni.
Nagħmlu kuraġġ mis-suċċessi li ksibna - 25 ta' Settembru 2008
- Is-sitwazzjoni finanzjarja dinjija, fl-ahhar granet ghaddiet, u ghadejja, minn mumenti ta’ krizi kbira. Dan iz-zmien f’aktar minn okkazjoni wahda, gie mqabbel ma’ dak tal-Great Depression tat-Tletinijiet tas-Seklu Ghoxrin. F’dawn il-jiem smajna f’bulettini internazzjonali kliem bhal credit crunch, recession u krizi finanzjarja - kollha elementi li ma jawgurawx tajjeb ghall-ekonomija dinjija. Is-sitwazzjoni hija serja mhux ftit, u fi zmien ta’ sfidi bhal dawn, pajjizi hafna akbar minna qed isofru l-impatt fuq l-ekonomija taghhom, u joghtru taht il-piz.
- Smajna lkoll b’dak li qed isehh madwar id-dinja. Nistghu nghidu li d-dinja kollha, mill-Lvant sal-Punent tinsab taffaccja mumenti iebsa. Fl-iStati Uniti is-sitwazzjoni ekonomika hija tali li qed tibdel ix-xejra ta’ kif isiru it-transazzjonijiet finanzjarji totalment. Fl-ahhar jiem harget l-ahbar li “l-ahhar” zewg banek ta’ investiment kbar fl-Amerka, bidlu l-istatus taghhom, minn investment bank, ghal holding companies – dan iffisser li issa jkunu jistghu jiehdu depoziti minghand investituri. Dan qed isir, b’attentat biex dawn iz-zewg banek, Goldman Sachs u Morgan Stanley, ikunu jistghu itellghu iktar kapital.
- U dan kollu jasal ftit jiem biss wara l-ahbar li werwret lid-dinja finanzjarja, dik li il-Lehman Brothers Bank, bank ewlieni li ilu jopera sa mill-1840, falla, b’madwar 25,000 ruh madwar id-dinja jitilfu xogholhom. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-kungress Amerikan habbar illi ser jinvesti 700 billjun dollaru Amerikan fl-ekonomija biex itaffi l-aghar krizi finanzjarja ta’ l-ahhar snin.
- U allura dan kollu jeffetwana lillna? Malta f’nofs il-Mediterran, hija mahfura minn din it-tempesta finanzjarja li qed tahbat u tkisser pajjizi daqsekk ikbar minna? Malta m’hi eccezzjoni ta’ xejn, u l-istess irwiefen li qed jahbtu ma’ l-Amerika qed jahbtu maghna ukoll. Huwa propju ghalhekk li kull meta jitkellem dwar il-finanzi, il-Prim Ministru Gonzi, anke sa minn qabel l-elezzjoni, dejjem wissa bil-maltemp li hemm, hemm barra. L-isfidi huma kbar, u ghalhekk huwa importanti li nzommu saqajna mal-art fid-decizjonijiet li niehdu.
- Ghalhekk importanti li jibqghu fuq it-tmun il-par idejn sodi, nkunu lesti nilqghu l-isfidi, biex neghlbuhom. Fi kliem il-Prim Ministru dan il-poplu dejjem ghamel l-ghazliet it-tajba, u kiteb l-istorja ta’ dan il-pajjiz b’ittri tad-deheb. Kien hemm il-Partit Nazzjonalista jidderiegi, izda l-poplu Malti dejjem wera hila liema bhala, li jilqa’ l-isfidi.
- Ghalhekk johrog car daqs il-kristall, il-messagg tal-Prim Ministru fuq il-Fosos tal-Floriana nhar ta’ il-Hadd li ghadda - messagg ta’ kuragg u determinazzjoni, frott is-successi li ghamilna. Fil-kampanja elettorali li ghaddiet, il-poplu Malti ghazel li jwarrab lil minn ipprova jaqtghalu qalbu, u ghazel li jemmen li Iva, Flimkien kollox possibbli. Din il-proposta elettorali, issa saret pjan ghal pajjiz dejjem lest jilqa’ l-isfidi. Ejjew ninpenjaw irwiehna biex nilqghu ghall-irwiefen u l-halel ta’ madwarna. Hadd m’ghandu jiddubita r-rieda u l-hegga tal-Gvern f’dan.
It-Torri ta' San Tumas lura ghand il-pubbliku - 7 ta' Awissu 2008
- Nhar it-Tnejn li ghadda flimkien ma’ Mario Farrugia ic-Chairman tal-Fondazzjoni Wirt Artna (FWA) iffirmajt kuntratt li permezz tiegħu it-Torri ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn għadda għand l-istess Fondazzjoni Wirt Artna. Din id-devoluzzjoni hija inizjattiva tieghi biex il-pubbliku jerġa’ jieħu lura dak li huwa tiegħu.
- Dan it-Torri għal żmien twil kien qed jintuża bħala maħzen, użu li ma jixraqx għal sit storiku ta’ dan il-livell. Tul dan iż-żmien, la l-pubbliku ta’ M’Scala u anqas il-pubbliku Malti ma kien qed igawdi dan is-sit. Għalhekk it-Torri għadda għand il-Fondazzjoni Wirt Artna biex jagħtuh lura il-prestiġju li jixraqlu, u jerġa’ jibda jiġġenera l-interess storiku, anke għal fini turistici, fil-lokalita’ ta’ M’Scala. Il-Gvern, seta’ kieku ried, jikri kummerċjalment dan is-sit storiku iżda jemmen li l-aħjar triq għar-restawr tiegħu hija li siti bħal dawn jingħataw ‘l għaqdiet mhux governattivi li bid-dedikazzjoni u ż-żelu tagħhom jippermettu ‘l pubbliku kollu jgawdi dawn is-siti.
- Il-Fondazzjoni Wirt Artna ser tiżviluppa dan is-sit storiku f’attrazzjoni ta’ interess kulturali, filwaqt li tirrestawra il-bini għall-istat oriġinali tiegħu. Huwa ippjanat illi f’inqas minn sitt xhur ohra, it-Torri ta’ San Tumas ikun miftuħ għall-pubbliku. Din hija parti mill-politika tal-Gvern illi siti bħal dawn jitgawdew minn faxxa iktar wiegħsa ta’ nies.
- It-Torri ta’ San Tumas, inbena fl-1614 fi zmien il-Granmastru Fra Alof de Wignacourt. It-tradizzjoni tghid li kien iddisinjat minn Vittorio Cassar, jew ahjar iben l-arkitett celebri Giloramo Cassar, ghalkemm huwa iktar probabbli li d-disinn huwa ta’ arkitett Malti iehor ta’ l-istess zmien Girolamo Bonici, minhabba li Cassar miet 4 snin qabel ma nbena dan it-Torri. Dan it-Torri huwa parti minn grupp ta’ torrijiet li inbnew fuq il-kosta, spejjez tal-Granmastru nnifsu. It-torrijiet l-ohrajn huma t-Torri ta’ San Pawl f’San Pawl il-Bahar, it-Torri ta’ San Lucjan f’Marsaxlokk, it-Torri ta’ Kemmuna f’Kemmuna, u t-Torri ta’ Santa Maria delle Grazie fix-Xghira li minfloku illum hemm fortizza ta’ zmien is-servizzi Inglizi.
- Dan it-Torri sewa 13,450 skud biex jinbena u jigi armat. Il-progett ta’ dan it-Torri sar b’reazzjoni ghal attentat ta’ invazjoni Torka fil-bajja ta’ San Tumas f’Lulju tal-1614 li kienet giet ikkontrollata b’success mill-forti ta’ San Lucjan.
- Il-pjanta tat-Torri hija f’forma kwadra, mibni fuq zewg livelli u ghandu 4 torrijiet wiehed f’kull kantuniera. Ghandu ukoll batterija f’forma ta’ mrewha fuq in-naha tal-bahar. Kemm il-batterija kif ukoll it-Torri innifsu huma mdawwra minn foss, imhaffer fil-blat. It-Torri ghandu zewg bibien, il-principali servut minn pont li originarjament kien jitla’ u jinzel (drawbridge), u li fil-passat gie mibni bil-gebel. Dan huwa l-unika wiehed tax-xorta tieghu li ghadu jezisti f’pajjizna llum.
- Il-wirt storiku ta’ dan il-bini, bhal ta’ ohrajn m’ghandu qatt jitqies bhala piz zejjed fuq l-ekonomija ta’ pajjizna izda okkazjoni biex ngharfu l-istorja taghna. Ghandna ukoll ngharfu f’siti bhal dan opportunita’ ta’ zvilupp li jkompli jdawwar ir-rota tat-turizmu. Ghalhekk nixtieq niehu din l-opportunita’ biex nifrah lill-Fondazzjoni Wirt Artna ghax-xoghol fejjiedi li taghmel fil-qasam tat-tharis tal-wirt storiku Malti, u nappella ‘l pubbliku u ‘l kumpaniji kummercjali biex jghinu ‘l FWA peress li hija Fondazzjoni li ma tfittix il-qligh f’hidmietha.
- Il-qligh taghha huwa s-sodisfazzjon li tara l-pubbliku jidhol f’dawn is-siti. Mhemmx kliem bizzejjed biex nirringrazzjawhom tax-xoghol taghhom.
EXPO 2008 - 14 ta' Awissu 2008
- Fi tmiem il-ġimgha li għaddiet, il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech talabni immexxi delegazzjoni fi Spanja, biex nżuru il-padiljun ta’ Malta fl-EXPO ta’ Zaragoza fl-okkażjoni tal-Jum Nazzjonali Malta fl-istess attivita’. L-EXPO ta’ Zaragoza fir-reġjun ta’ Aragona fi Spanja, huwa appuntament mondjali li jseħħ darba kull sentejn f’pajjiż differenti kull darba. Għal kull EXPO ikunu rappreżentati pajjiżi mid-dinja kollha.
- Waqt iz-zjara qasira tieghi fi Spanja, bħal kull Malti hassejt kemm huma kbar ir-rabtiet bejn Spanja u Malta u kemm fil-fatt imorru lura. Ir-rabtiet bejn Aragona u Malta, li għal kważi tlett sekli sħaħ Malta kienet tifforma parti mill-kuruna tagħha huma anke akbar. Dan ħareġ l-iktar waqt laqgħa qasira li kelli mas-Sindku ta’ Zaragoza. Huwa qabel miegħi li hemm bosta affarjiet komuni bejn Malta u Aragona, u li għalkemm il-perjodu tal-kolonjaliżmu Ingliż effetwa is-sistema poltika, u legali tagħna, baqgħu jinħassu effetti tal-kultura Spanjola fil-ħajja ta’ kulljum tagħna. Fil-waqt li tkellimna fuq ir-rabtiet tal-passat bejn iż-żewg pajjiżi, qbilna fuq il-bżonn li jissaħħu iktar ir-rabtiet preżenti ta’ bejn iż-żewg pajjiżi. Fid-dawl ta’ dan, is-sindku ta’ Zaragoza għaddieli riżoluzzjoni reċenti tal-kunsill ta’ Zaragoza li permezz tagħha qed jintalab li din il-belt ta’ 800,000 ruħ tiġi ġġemellata mal-belt kapitali antika Maltija l-Imdina.
- Propju fiċ-Ċentru tal-konvenzjonijiet fejn qed jiġi organizzat l-EXPO, konna milqugħin minn Dr Emilio Fernandez-Castano, Kummissarju għall-EXPO ta’ Zaragoza 2008, li ta lill-kontinġent Malti merħba sabiħa. Waqt id-dikors tiegħu huwa saħaq fuq ir-rabtiet kbar ta’ bejn Malta u Aragona, filwaqt li faħħar il-mod kif Malta tgħamel użu tajjeb ħafna mill-provvista limitata ta’ ilma tagħha. Fuq it-tema tal-EXPO, li hija l-ilma, u kif id-dinja tista ittejjeb l-użu ta’ din ir-riżorsa tant importanti, Fernandez-Castano qal illi Malta għandha waħda mill-aħjar sistemi ta’ tisfijja tal-ilma bahar (Reverse Osmosis), kif ukoll sistema effiċjenti ferm li timmarka fejn ikun hemm telf ta’ ilma, biex dan jiġi rimedjat.
- Fir-risposta tiegħi ikkonfermajt illi ir-relazzjonijiet ta’ bejn Malta u Spanja huma ferm tajbin, iżda hemm iktar lok fejn dawn ikomplu jitjiebu. Hemm opportunita’ ta’ investiment kbir miż-żewġ naħat, u jkun għaqli li wieħed jisfruttahom. Ir-realta’ Ewropeja għal Spanja u Malta, toffri opportunitajiet kbar għaż-żewg pajjiżi, speċjalment fil-kamp tar-riċerka, u fil-kamp tal-enerġija li tiġġedded. Huma propju okkażjonijiet bħal dawn li wieħed jara il-potenzjal ta’ pajjiżna minkejja ċ-ċokon ġeografiku tagħna. Kien propju għalhekk li miegħi fid-delegazzjoni kien hemm jakkunpanjawni Chris Falzon CEO ta’ Malta Enterprise u Mark Azzopardi Head PR & Environment fi ħdan l-istess organizzazzjoni li tkellmu ma’ delegazzjonijiet oħra kummercjali għal fini ta’ investiment lejn pajjiżna. Ta min wieħed jgħid illi ftit tal-jiem ilu, delegazzjoni Maltija immexxijja minn Malta Enterprise kellha numru ta’ laqgħat ta’ natura kummerċjali ma’ numru ta’ kumpaniji Spanjoli. Min-naħa tagħhom l-iSpanjoli wrew interess li jirreċiprokaw din iż-żjara, is-sena d-dieħla. Iż-żewg pajjiżi jistgħu jisfruttaw opportunitajiet ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea għal żvilupp soċjali, kulturali kif ukoll infrastrutturali.
- Iż-żjara fl-EXPO ma setghetx tkun kompluta mingħajr mawra mall-padiljun Malti li ma jgħamilx ħlief ġieħ lil pajjiżna. Hawnhekk nixtieq infaħħar lil Charles Galea Kummisarju għal Malta f’dan l-EXPO kif ukoll it-team kollu tiegħu, li b’dedikazzjoni liema bħala għal kważi sena sħiħa, ħadmu il-bogħod minn djarhom biex Malta tkun rappreżentata kif jixraq f’din il-vetrina dinjija tant prestiġjuża. Ta min wieħed jinnota li dan il-padiljun qed iżuruh medja ta’ 25,000 viżitatur fil-ġimgħa, u li qed ikun success kbir fost il-viżitaturi li jiġu mid-dinja kollha. Żorna ukoll il-padiljuni ta’ Ċipru, Monaco, l-Unjoni Ewropea, Santa Sede u Spanja. Kien propju hawnhekk li tlabt lill-kummissarju tal-padiljun Spanjol biex la darba l-EXPO jispiċċa, il-parti edukattiva ta’ dan il-padiljun, li tittratta temi importanti bħat-tibdil fil-klima, u l-enerġija, tinġieb Malta għal-benefiċċju tal-Maltin.
- Żgur jistħoqqilhom tifħir kbir ukoll il-membri tal-iString Ensmble mill-Orkestra Filarmonika Maltija li għal darbtejn fil-Jum Nazzjonali Malti saħħru l-dawk preżenti bit-talent tagħhom. Kienet xena li verament iġiegħlek tħossok kburi li int Malti, meta tara dan il-grupp ta’ żgħażagħ jeċċellaw fl-arti tal-Mużika klassika, għad-divertiment tal-folla numeruża li nġabret biex issegwi l-kunċert.
- Tassew li fi żjara ta’ inqas minn 24 siegħa rajna mill-qrib l-isforzi kbar li qed jagħmel pajjiżna biex jiġbed iktar investiment lejn xtutna. Dan juri kemm pajjizna tassew qede jilqa’ l-isfidi ta’ dinja globalizzata.
Il-Festi - 21 ta' Awissu 2008
- Ninsabu fl-eqqel tas-sajf Malti, u propju fl-eqqel ta’ dak kollu li jgib mieghu. Is-sajf Malti tassew huwa mzewwaq b’elementi varji u kkuluriti, li jaghtu ‘l dan il-perjodu tas-sena karatteristika unika. Mhux ta’ b’xejn li f’dan iz-zmien tas-sena ikolna zieda ta’ turisti li jaghzlu li jqattghu il-btajjel taghhom maghna.
- Il-klima favorevoli, il-granet iktar twal, u anke l-waqfien mir-rutina xitwija qisu jaghtuk li tirrifletti iktar u hawn min jiccelebra iktar mis-soltu. Il-Maltin maghrufin li nafu norganizzaw l-aqwa celebrazzjonijiet. Hija xi haga li tinsab fid-demm Mediterranju ibaqbaq taghna li nesternaw il-ferh taghna bl-iktar mod estravaganti, u li nferrhu lil haddiehor fil-process.
- Forsi l-aqwa ezempju ta’ dan kollu wiehed isibu f’kull festa tal-ibliet u rhula ta’ pajjizna, li ta’ kull tmiem il-gimgha, ghal sajf shih jibdlu r-rutina tal-lokal totalment. Rahal li jkun qed jiccelebra l-patrun jew patruna tieghu, tgharfu minn mil il-boghod, u dan mhuwiex biss rizultat tat-tizjin elaborat li jarmaw id-delettanti, imma johrog ukoll minn sens ta’ entuzjazmu, u atmosfera ta’ festa vera, li tinqara bhal ktieb f’ghajnejn in-nies. Wara sena shiha torganizza u dejjem tara kif ha ttejjeb il-festa minn dik tas-sena l-ohra, huwa biss normali, li l-gimgha tal-festa tkun l-iktar wahda importanti tas-sena ghad-delettanti. L-isforzi jkunu kbar, u l-hegga li kollox ikun perfett tkun il-mutur wara kollox.
- U forsi propju f’dan il-punt li xi kull tant ninqabdu f’nasba li minflok tghaqqadna flimkien, tbieghdna minn xulxin. Fil-hegga li jkollna biex dejjem inferrhu iktar lill-ohrajn, u biex ikolna festa dejjem isbah u ikbar, nasslu li naqghu ghall-piki bejnietna stess, f’kompetizzjoni zejda li ma taghmilx wisq gid. Nasslu ukoll li ninsew xinhu l-iskop ewlieni tal-festa, u ghalxiex inkun qeghdin niccelbraw. Sikwiet ninsew il-patrun, u c-centru tac-celebrazzjonijiet isiru l-kazin, u l-banda. Fil-festi ma nibqghux niccelebraw il-hajja u l-glorja tal-qaddisin izda, nkunu biss naghmlu ezercizzju fejn niccelebraw lilna nfusna. Dan jasal fil-qofol tieghu meta waqt il-marci uhud jitghajjru ghax l-imrewha taghna isbah minn ta’ l-ohrajn, u ghax il-pedestall taghna itwal minn ta’ l-ohrajn.
- Xi kull tant nitilfu l-punt kollu tal-festa. Il-festa taghtina opportunita’ niltaqghu ma’ dawk li jkunu jghixu qrib taghna izda habba ragunijiet ta’ rutina ma tantx narawhom. Il-festa taghtina opportunita’ ninghaqdu taht skop wiehed, u r-rahal jew belt tassew isir wiehed. U ghalhekk tajjeb li nibqghu inzommu f’mohhna dan is-sens meta niccelebraw il-festi taghna. Jekk il-festa qieghda tkun mezz biex tifridna, u li tohloq differenzi bejnietna, allura forsi jkun ahjar jekk ma niccelebraw xejn.
- Fil-festi ghandna dejjem infittxu l-ghaqda ta’ bejnietna. Ghandna inzommu fic-centru tal-attenzjoni il-padruni taghna, l-ezempji li jaghtuna bil-hajjiet taghhom, u l-aspett spiritwali li wara kollox huwa l-qofol. Bl-istess mod ghandna niehdu hsieb tar-relazzjonijiet ta’ bejnietna, li l-festi ma jkunux skuza biex jinqala’ minn fuq l-istonku dak li jkun ilu jingemgha sena shiha.
- Jekk niehdu hsieb dan, imbghad nistghu nixxalaw u naghmlu l-isbah pavaljuni, u l-ikbar kolonni ghax dan kollu jkun fil-veru spirtu li festa ghandha tkun. Wara kollox il-festa Maltija issawwar l-identita’ taghna bhala cittadini tal-belt jew rahal taghna, kif ukoll bhala Maltin.
- Il-festa mhijiex fini fiha nnifisha izda mezz ghal fini hafna ikbar minnha.
Is-sigriet biex insalvaw il-pjaneta - 28 ta' Awissu 2008
- Kullhadd jinsab xi ftit jew wisq konxju mill-kwistjonijiet ambjentali. Iktar ma jmur, id-dibattitu ta’ kif ser innaqsu l-hsara ambjentali, qieghed jiehu pozizzjoni iktar ewlenija. Filwaqt li ilna nisimghu politici dwar dan it-tema, dan l-ahhar qed nisimghu iktar u iktar l-Knisja Kattolika, bil-Papa Benedittu XVI jikkontribwixxi l-argumenti teologici tieghu.
- Hawn min jista’ jistaqsi kif it-teologija tidhol fit-tishin globali. Din mhijiex l-ewwel darba li l-Papa prezenti esprima ruhu fuq dan is-suggett. Fil-fatt Benedittu XVI diga qed jissejjah bhala the Green Pope jew ahjar il-Papa li ghandu ghal qalbu l-ambjent.
- Waqt il-btala sajfija tieghu fid-Dolomiti ftit ilu huwa kellu laqgha ma’ numru ta’ sacerdoti, djakni u seminaristi, li matula tkellem fuq is-“sigriet” biex insalvaw il-pjaneta b’mod effettiv. Huwa sahaq li l-htiega li niehdu hsieb l-ambjent huwa parti mill-mandat ta’ kull nisrani.
- Tkellem fuq ir-rabta li ma tinhallx bejn il-kreazzjoni u r-redenzjoni. Il-Papa qal illi din ir-rabta ghandha tinghata prominenza gdida u tkellem fuq kif id-duttrina tal-kreazzjoni fl-ahhar snin inghatat il-genb, u kwazi sparixxiet mid-dibattitu teologiku.
- Huwa qal illi issa nafu bil-hsara li saret habba dan. Il-Papa kompla, fuq ton xejn facli biex tixtarru, li jekk ma nipproklamawx ‘l Alla bhala Hallieq kif ukoll Redentur, inkunu qeghdin innaqsu mill-istess valur tar-redenzjoni. Huwa sahaq li bhalma r-redenzjoni skond il-fidi nisranija gejja minn Alla, hekk ukoll ghandha ssegwi responsabbilta’ lejn il-kreazzjoni ta’ Alla bhala parti mil-fidi nisranija.
- Benedittu XVI tkellem ukoll fuq dik il-frazi mill-Bibbja, li sa ftit ilu kienet uzati mill-kritici tal-Knisja bhala li turi kemm il-Genesi huwa “anti-ambjentali”. Il-kmand ta’ Alla fil-Genesi biex nahkmu l-art, kienet saret kwazi skuza biex nabbuzaw mir-rizorsi tad-dinja. Din kienet tigi interpretata bhala barka divina biex nisfruttaw l-ambjent ta’ madwarna ghal gwadann personali minghajr ma naraw l-istampa l-kbira. Din sikwiet kienet tintuza bhala akkuza fil-konfront tal-Knisja Kattolika, frott din il-misinterpretazzjoni.
- Il-Papa sahaq kif din il-frazi propju tfisser il-kontra ta’ dak li konna nifhmu biha sa ftit ilu. Huwa qal illi sakemm naraw id-dinja bhala parti mill-holqien t’Alla, il-hakma tal-art qatt ma tista’ tfisser licenzja biex nabbuzaw mid-dinja. Anzi dan huwa kmand biex nissalvagwardjaw il-kreazzjoni, u nizviluppaw id-doni li toffrilna. Li nikkollaboraw b’mod attiv fil-hidma t’Alla, biex id-doni tal-kreazzjoni jitgawdew u apprezzati iktar milli sfruttati u meqruda.
- Benedittu XVI qal illi l-abbuz brutali tal-kreazzjoni jibda propju fejn m’hemmx Alla, fejn fil-fatt inharsu biss lejn il-materjali, u fejn il-fini personali isiru l-ewwel u l-ahhar priorita’. Huwa qal illi il-hela tal-kreazzjoni tibda meta ma nibqghux naghrfu il-bzonn ta’ Alla, izda naraw lilna nfusna bhala l-ghola awtoritajiet fuq id-dinja. Din tkompli meta ma narawx lilhinn mil-mewt, u ghalhekk waqt il-hajja taghna naghmlu minn kollox biex nahkmu, ingemmghu u nistghanaw – nipprovaw nghixu l-hajjiet taghna bl-iktar mod intensive u eccessiv ghax ma nemmnux f’hajja ohra wara l-mewt.
- Ghalhekk Benedittu XVI sahaq illi inizjattivi veri u effettivi biex nevitaw il-hela u l-qerda tal-kreazzjoni jistghu biss jigu zviluppati u implimentati, mifghuma u pprattikati, meta ngharfu li l-kreazzjoni tibda minn Alla. Hemm bzonn insibu stil ta’ hajja gdid, dixxiplina li naghmlu sagrificcji, dixxiplina li naghrfu li l-kreazzjoni hija ta’ haddiehor daqs kemm hija taghna, dixxiplina ta’ responsabbilta’ lejn il-gejjieni taghna u ta’ haddiehor, ghax hija propju r-responsabilta’ li tghodd f’ghajnejn Dak li jiggudikana kif ukoll li jsalvana.
Gharfien ta' l-Istorja - 17 ta' Lulju 2008
- Bhala Segretarju Parlamentari fi hdan il-Ministeru ghal-Finanzi li huwa responsabbli mil-professjoni notarili, ftit tal-jiem ilu kelli l-opportunita’ li nzur l-arkivji notarili ta’ pajjizna. F’dawn l-arkivji hemm migbura kopja ta’ kull kuntratt illi nhareg f’Malta minn tmiem is-seklu hmistax, bl-eqdem atti jmorru lura sal-1467. F’palazz storiku fil-Belt Valletta, jinsabu id-dokumenti, l-manuskritti li jixhdu l-istorja ta’ pajjizna. F’dan il-post nistghu nghidu li hemm migbura l-istorja ta’ Malta.
- Waqt iz-zjara tieghi kelli l-opportunita’ li niltaqa ma’ grupp ta’ voluntiera li jiffurmaw parti mill-organizzazzjoni li tindokra dawn l-arkivji. Il-membri tal-NARC Kunsill ghar-Rizorsi tal-Arkivji Notarili huma nies intizi fis-suggett bi sfond akkademiku estensiv, f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ storja. Huma b’dedikazzjoni u mhabba liema bhala, iqattghu hinijiet twal jghinu fil-process ta’ rijabilitazzjoni ta’ l-Arkivji. Jekk dawn il-pagni ta’ l-istorja ma jigux kkonservati, facilment jistghu jintilfu.
- Membri tal-NARC fehemuni kif din il-kollezzjoni tkopri bosta dokumenti importanti, li jimmarkaw avvenimenti ewlenija tal-istorja taghna. Fost it-tezori li nsibu f’din il-kollezzjoni hemm l-ewwel dokument letterarju bil-lingwa Maltija. Din hija l-kantilena ta’ Pietru Caxaro, li hija ghanja malinkonika ta’ nutar ewlieni li ghex hajtu fl-iMdina. Dan id-dokument wahdu jixhed l-uzu tal-ilsien Malti fis-seklu 15. Insibu ukoll it-testment ta’ Dun Mikiel Xerri, kif ukoll dak ta’ Gilormu Cassar.
- Apparti l-importanza storika tal-manuskritti infushom, din il-kollezzjoni turi il-modi differenti ta’ kif kienu jinzammu id-dokumenti ma tul iz-zminijiet. Wiehed jista jara kif evolviet u mmodernizzat ruhha mal-medda tas-snin il-professjoni notarili. It-tipi differenti ta’ parcmina, il-karta u l-modi diversi ta’ kif kienu jigu ‘llegati id-dokumenti.
- Fid-dawl ta’ dan kollu wiehed ma jistax hlief jirrealizza kemm huwa mportanti li napprezzaw u nghozzu dawn it-tezori li ghandna u li xi kull tant anqas biss nirrealizzaw x’importanza ghandhom. Permezz ta’ dan l-artiklu niehu l-opportunita’ li nfahhar lil membri tal-NARC li jghamlu xoghol siewi ferm, u ta’ servizz kbir ghall-istorja ta’ Malta. Huwa ammirevoli kif il-membri ta din l-ghaqda jahdmu f’limitazzjonijiet finanzjarji u f’ambjent li mhuwiex idejali. Immotivati biss mill-amor propju lejn l-istorja, dawn il-voluntiera letteralment jippriservaw l-istorja ta’ pajjizna.
- Bla dubju ta’ xejn, din iz-zjara tefghet dawl fuq l-importanza li ngharrfu l-istorja taghna u nitghallmu nghozzuwha. Sikwiet nonqsu milli napprezzaw dak li ghandna bir-riskju li nitilfuh. Ghalhekk huwa mehtieg li tinghata iktar dinjita’ lil dawn l-arkivji. Il-gvern huwa determinat illi l-istorja taghna ma tintilifx. Is-soqfa tal-bini li fihom jinzammu dawn l-arkivji, jinsabu fi stat xejn idejali, u ghalhekk il-gvern ser jiehu hsieb li dawn jigu mibdula.
- Il-hsieb huwa li uhud minn dawn id-dokumenti jitpoggow ghal-wiri biex ikunu jistghu jitgawdew minn faxxa iktar wiesa ta’ nies. Fil-fatt hemm il-hsieb li tittella wirja ta’ uhud minn dawn id-dokumenti storici biex il-pubbliku ikollu tghoma ckejkna tal-wirt estensiv li huwa migbur f’dawn l-arkivji. Permezz ta’ din il-wirja il-pubbliku ikun jista japprezza iktar, u verament ikollu gharfien ahjar tal-istorja.
Politika tal-llum jew t'għada - 24 ta' Lulju 2008
- Ghorkitni ghajnejja meta qrajt dan l-ahhar diversi artikli u kitbiet ta’ diversi dwar x’ser jaghmel il-PN fl-elezzjoni generali li jmiss. Forsi vera li f’dan l-istagun tas-sena ma tantx hemm li jistimula jew jispira kitbiet ta’ iktar sustanza, tant li l-Inglizi jsejhulu s-silly season, pero nahseb li tant kemm hawn minn dawn il-kitbiet li issa tajjeb li nieqfu ftit u nirriflettu.
- Qabel xejn, ghalxiex qeghdin fil-politika? Ghalxiex qed naghtu sahhitna, hsibijietna u iktar ahna li ddeciedejna nidhlu ghal dan is-servizz pubbliku? Biex nghixu ghal ghada biss u ninsew l-illum? Dan u iktar jigu f’mohh kulmin huwa genwin u dedikat fil-triq tal-politika. Hadd, sakemm ma jridx jghatti x-xemx bl-gharbiel, ma jista’ jichad li hajtu barra mill-politika, kemm ghalih u ghal familtu, tkun hafna iktar serena, kalma, kwieta u finanzjarjament redditizja. Pero ahna li middejna ghonqna f’din il-mixja, ghad li mizghuda b’hafna xewk u bi ftit ward, nistqarru li l-principji u l-valuri taghna jimbuttawna dejjem iktar ‘l quddiem biex naghmlu l-gid.
- Ma jfissirx li bil-hidma politika biss tista’ taghmel il-gid jew tkun ta’ servizz. Altru. Pero zgur li din il-hidma hija arti difficli u nobbli, kif ighid l-istess Koncilju Vatikan II fid-dokument Gaudium et Spes. U hija nobbli ghax iggibek f’kuntatt dirett u personali mal-poplu li jistenna gwida, servizz u ghajnuna. It-traduzzjoni fil-hajja ta’ kuljum tal-principji taghna tghinna nilmhu soluzzjonijiet ghal problemi u diffikultajiet ta’ terzi. Tghallimna nservu b’umilta’ minghajr qatt ma ninsew li ghad li kulhadd huwa importanti, hadd m’hu indispensabbli. Anzi, hemm uhud mill-qaddisin tal-Knisja Kattolika li jghidu li ghajb ghalih dak li jaghmel lilu nnifsu indispensabbli ghax iffiser li ma jkunx ghex il-valur tal-umilta u li ma jkunx iddelega hidmietu.
- Bla dubbju ta’ xejn, qeghdin fil-politika biex nirbhu l-battalji taghna. U l-elezzjoni generali hija l-iprem wahda ghal ghajnejna. Pero l-ironija hija li jekk tibni hidmietek fuq il-karru ta’ rebha ta’ vittorja elettorali akkost ta’ kollox hemm cans tajjeb li tkun qed thaffer hofra jew foss ghalik stess. Il-karru ta’ l-ghajta ta’ rebha hames snin ohra wahedha malajr issir hanqa jekk tieqaf hemm biss. Jekk, mill-banda l-ohra, naraw hidmietna kull gurnata li tghaddi bhala servizz fejn irridu naghtu l-aqwa taghna biex inqawwu ‘l ta’ madwarna u nimxu ‘l quddiem bhala poplu, allura l-importanti jsir illum u mhux ghada.
- Altru li rridu nippjanaw ghal ghada. Altru li rridu nibnu pedamenti sodi ghal ghada, anzi ghal pitghada wkoll. Izda l-essenzali jibqa’ tal-llum. Dak qieghed maghna u taghna. L-ewwel dover taghna huwa li naghtu l-mija fil-mija taghna llum, kemm politikament u kemm fuq livell iehor. Jien tghallimt li l-poplu jirrispettak iktar jekk turi s-serjeta f’hidmietek u azzjonitek fil-prezent milli ghax x’tahseb x’ser jigri hames snin ohra.
- Ma rridux ningarru mill-kurrenti ta’ madwarna u nahsbu f’termini elettorali biss. Hames snin jghaddu, u jghaddu forsi bhal ziffa rih ukoll. Izda ma nistghax nifhem ghala dan iz-zelu zejjed biex minn issa, anke ahna stess, nsaqsu jekk nistghux nirbhu l-elezzjoni hames snin ohra. Donnu ma rridux nghixu l-prezent u nkunu kburin li rbahna meta l-irwiefen nefhu kontra. Nghixu hidmietna sew illum, nfittxu l-eccellenza anke fid-decizjonijiet li rridu niehdu ta’ kuljum, minkejja li jkunu iebsin, u l-poplu jippremjana meta jigi l-waqt. Il-poplu jippremja ‘l gust. Il-gust huwa dak li hadem kull jum daqslikieku kien l-ahhar jum ta’ hidmietu.
Maniggjar ahjar tar-rizorsa ta' l-art - 31 ta' Lulju 2008
- Lejn tmiem il-gimgha l-ohra kelli l-opportunita’ grazzi ghall-Kummissarju Gholi Nick Archer, li nzur l-Office of the Government Commerce tar-Renju Unit, li hija entita’ indipendenti fi hdan il-Ministeru tal-Finanzi. Fuq zjara ta’ inqas minn erbgha w ghoxrin siegha f’Londra, stajna naraw sistema avvanzata illi permezz taghha l-gvern Ingliz tejjeb l-uzu tal-art tieghu, u zied l-efficenza tar-rizorsi li diga ghandu.
- L-ewwel haga li spikkat f’din iz-zjara, kien il-fatt li bhal Malta, fl-Ingliterra id-dipartiment tal-artijiet pubblici u tal-Gvern jaqa’ taht il-Ministeru tal-Finanzi. Hawnhekk wiehed jara minnufih kemm kienet ghaqlija d-decizjoni tal-Prim Ministru Gonzi meta iddedika Segretarjat Parlamentari propju ghal dan il-ghan, fil-Finanzi. Il-logika hija semplici, meta wiehed iqis li l-art hija t-tieni l-ikbar rizorsa tal-gvern Malti (wara dik umana) u tajjeb li tigi mmaniggata bl-aktar mod efficjenti.
- U propju ghal din ir-raguni il-gvern Ingliz ghandu sistema li permezz taghha l-art kollha tal-gvern hija registrata fid-dettal. Permezz ta’ dan l-ezercizzju, gie studjat il-veru potenzjal ta’ kull bicca art tal-Gvern biex b’hekk tnaqqset il-hela ta’ art illi ma tintuzax fil-potenzjal kollu taghha. Bl-isem ta’ “high performing property” dan il-progett juza l-ispazju b’mod iktar efficjenti – xi haga li f’pajjiz bhal Malta, fejn l-ispazju huwa tant limitat, tkun verament utli. Fid-dawl ta’ dan, gie stabbilit kemm spazju f’metri kwadri jinhtieg kull persuna li tahdem f’dipartiment tal-gvern jew organizzazzjoni ohra. Dan sar bis-sehem ta’ esperti f’oqsma differenti, biex il-kwalita’ tal-hajja tal-individwu bl-ebda mod ma titnaqqas. F’hafna kazi instab illi hafna binjiet tal-gvern kienu qeghdin jigu uzati minn dipartimenti zghar, jew ahjar li setghu jifilhu iktar nies, b’mod komdu. Meta dan l-ezercizzju sar, ir-Renju Unit iffranka billjun u nofs sterlinja!
- Is-sistema li tuza l-Ingilterra tipprovdi ukoll database elettronika illi telenka il-propjetajiet kollha tal-gvern. Din id-database, tidhol f’dettal u reqqa, biex il-Gvern ikun jaf ezattament minn xiex tikkonsisti il-propjeta’ tieghu. Il-vantaggi ta’ din is-sistema huma bosta u varji. Ewlenija hija koordinazzjoni ahjar tal-propjeta’ tal-Gvern. Importanti ukoll hija l-abbilita’ li d-dipartimenti differenti tal-gvern ikunu jistghu jikkomunikaw, u jikkoordinaw ahjar bejniethom fuq is-suggett.
- Din is-sistema elettronika tkun tista’ possibbilment tintuza ukoll mill-pubbliku, fejn wiehed mill-kumdita’ ta’ daru ikun jista jara xi propjeta’ ghandu l-gvern, u liema hija battala, kif ukoll dettalji ohra. B’mod mill-iktar ovvju, dan jiffacilita ix-xoghol ta’ nies fin-negozju li jkunu nteressati illi jfittxu xi propjeta’ biex jahdmu minnha. Informazzjoni sensittiva, tkun tista’ facilment tithalla barra mill-verzjoni tad-database li jkun jista jaccessa l-pubbliku, biex b’hekk ma jkunx hemm ksur tad-dritt tal-privacy.
- Li nuzaw l-art taghna b’mod iktar efficjenti huwa l-pass ovvju, specjalment f’realta’ fejn l-ispazju taghna huwa tant limitat, u rizorsa tant importanti ghal pajjizna.
|