Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

  • 2009
  • 2008
  • Nov 09
  • Oct 09
  • Sep 09
  • Aug 09
  • Jul 09
  • Jun 09
  • May 09
  • Apr 09
  • Mar 09
  • Feb 09
  • Jan 09
Gvern li jifhem - 01 ta' Novembru 2009
  1. Din il-gimgha gie fi tmiemu id-dibattitu tat-tieni qari fil-Parlament dwar l-abbozz ta’ ligi biex jemenda il-ligi ta’ l-esproprju tal-art mill-Gvern ghall-uzu pubbliku. Dawn l-emendi huma mahsuba biex jaghtu iktar drittijiet lic-cittadini li issa ser jigu fuq l-istess livell mal-Gvern, filwaqt li ghall-ewwel darba ser isir mekkanizmu li jipprovdi protezzjoni ahjar ‘l wirt storiku taghna.
  1. Kien ta’ sodisfazzjon kbir ghalija li f’dan l-istadju tkellmu fil-Parlament 19-il deputat miz-zewg nahat tal-kamra, illi kollha taw il-kontribut taghhom f’diskussjoni hajja, u dettaljata. Min hawnhekk kif ghamilt fid-diskors ta’ gheluq tieghi fil-Parlament, insellem ‘l kull wiehed u wahda minnhom,filwaqt li nirringrazzjahom.
  1.  Kien ta’ sodisfazzjon ikbar izda, il-fatt li dan l-abbozz sab kunsens unanimu miz-zewg nahat tal-kamra, tant li intlahaq qbil, u l-abbozz ghadda minghajr il-bzonn li jittiehed vot. Dan jixhed maturita’ politika li ta min ifahharha.
  1. U dan sehh ghax miz-zewg nahat gharafna l-importanza li ghandha din il-ligi, u l-gid li ser isir biha, u b’hekk wasalna nofs triq biex sibna kompromess li qbilna fuqu it-tnejn. Sibna qbil fejn il-ligi kienet qed taghti deskrizzjoni ‘l Ministru responsabbli mill-Artijiet.  Jien dejjem emmint li fil-politika, il-politiku ghandu jkollu spallejh wiesghin  biex ikun jiflah jerfa’ r-responsabbilita’. Il-politiku ghandu jkun kapaci jqis mitt darba u jaqta’ darba, ghall-gid tas-settur tieghu. Huwa importanti pero’ li l-politiku ma jibzax li jaqta’, li jiehu dawk id-decizjonijiet bil-ghaqal, anke jekk ma jkunux facli. Sabiex inserrhu l-imhuh, indirizzajna dan id-dettal, u dahhalna fil-formula il-Bord ta’ Garanzija illi jaghti huwa l-parir bil-miktub dwar x’inhuwa bini li ghandu jigi esproprjat ghax jifforma parti mill-Memorja Nazzjonali, jew sawwar l-Identita’ Storika Nazzjonali. U anke f’dan id-dettal ckejken, johrog bic-car kemm dan huwa tassew Gvern li jifhem, li lest jasal ghall-kompromess, biex nasslu ghall-ghan ahhari li huwa l-gid komuni.
  1. B’hekk hadt gost ferm nisma’ d-deputati kollha, miz-zewg nahat jinghaqdu f’kor wiehed u jablu bejnietom li b’dawn l-emendi ic-cittadin ser ikollu izjed drittijiet li qatt ma kellu qabel. B’dawn l-emendi il-Gvern ser joqghod ghal iktar skrutinji legali li qatt ma kienu possibbli li jsehhu qabel, biex ic-cittadin issa tassew ser ikun fuq ‘level playingfield’ mal-Gvern halli jiddefendi d-drittijiet tieghu.  Laqtitni ferm il-kwotazzjoni tal-Onor Owen Bonnici li fil-ftuh tal-intervent tieghu qal kif Gvern huwa b’sahhtu kemm huwa kapaci jaghti drittijiet lic-cittadini tieghu. Dan hu ezatt dak li qed jaghmel il-Gvern b’din il-ligi.
  1. Dan il-Gvern f’dan l-abbozz qed juri kemm mhux vera li huwa Gvern bulldozer li jibqa’ ghaddej u jirrombla minn fuq kullhadd. Dan il-Gvern ma jemminx fil-filosofija ta’ ‘min hu l-aqwa, ihawwel’ anzi jemmen fis-Saltna tad-Dritt, u mhux talli, minn zmien ghal zmien, bhalma qed jigri fil-kaz ta’ dan l-abbozz, ikompli jaggorna u jirfina l-ligijiet ta’ pajjizna biex jaghtu iktar  gustizzja u trasparenza. Qed nibghatu messagg li dan il-Gvern huwa wiehed umli u li ma jiddejjaq xejn jaghti poter il-Qorti tissindika ghemilu.
  1. Ghalhekk dan huwa tassew Gvern li jifhem il-mument, u l-bzonnijiet tac-cittadini. Huwa Gvern li filwaqt li huwa kuragguz jiehu d-decizjonijiet importanti, dan jaghmlu b’kawtela, attenzjoni filwaqt li jaghti iktar drittijiet ‘l individwu fil-konfront tieghu.

Is-Serjeta' qed tagħti 'l-frott - 15 ta' Novembru 2009
  1. Il-hidma fil-hajja politika tghallimna li jsir hafna, hafna drabi l-bicca l-kbira, xoghol, minn wara l-kwinti, li jkun krucjali sabiex jimmatura l-frott u l-poplu jkun jista’ jarah jew iduqu. It-thejjija ta’ Budget hija wahda minn dawn il-hidmiet, li mhux biss hija responsabilita tal-Ministru tal-Finanzi, izda tikkonsisti f’hafna hidma inter ministerjali. Dan ix-xoghol din is-sena kien bil-bosta itqal mis-snin ta’ qabel minhabba li qed nghixu l-aghar ricessjoni fid-dinja fl-ahhar mitt sena.
  1. Fil-fatt dan il-Budget u t-thejjiha tieghu, kienu l-aktar difficli fl-ahhar ghexieren ta’ snin minhabba r-ricessjoni u l-effett li din halliet fuq Malta. Ghax ghad li ma tbengilniex bhal pajjizi ikbar minna, ingrifna. Pero jekk il-bahhar ghaqli juri x’isarraf fil-maltemp, daqstant iehor ghamel dan il-Gvern, specjalment il-Ministru Tonio Fenech it-Tnejn li ghaddew meta ipprezentajna Budget li lahaq u mar ‘l hinn minn dak li kienet qed tistenna il-maggoranza tal-poplu. Anke meta tqabblu ma’ Budgets imhabbra f’diversi pajjizi Ewropej tara d-differenza. Spanja, nghidu ahna, xahar ilu, ziedu t-taxxi tad-dhul, tal-VAT u naqqsu l-beneficcji socjali. L-Olanda naqqsu l-beneficcji socjali b’20%. Franza u l-Italja ghandhom deficits hafna drabi ikbar minn taghna.
  1. It-tema tal-Budget hija konsistenti mal-valuri li l-Gvern dejjem emmen fihom. Ix-xoghol, li huwa l-mutur pricipali li jikkontribwixxi ghal livell ta’ ghajxien ahjar, inghata vot ta’ fiducja meta habbarna hemel inizjattivi biex inkattruh u nattiraw iktar investiment lejn Malta. Hadt gost fil-fatt niltaqa’ ma’ bosta sidien ta’ hwienet zghar dil-gimgha u qaluli kemm laqghu tajjeb l-inizjattivi imhabbra (li jinkludu tnaqqis ta’ taxxa) ghal min isebbah, ikabbar jew ittejjeb in-negozju tieghu.
  1. Li laqat il-Maltin kien kif minkejja din il-krizi finanzjarja, minkejja l-agir irresponsabbli tal-Oppozizzjoni li dejjem tipprova tnessi minn xhiex ghaddejja d-dinja bhalissa, minkejja li ma zidna ebda taxxi, xorta zidna bil-bosta l-vot tas-sahha, servizzi socjali, edukazzjoni u dak tal-SMEs biex nuru tassew ir-ruh socjali taghna. Qabblu dan il-Budget mal-Budget li l-Gvern tal-PL ipprezenta fl-1997 (meta l-prezz taz-zejt kien $12-il barmil u meta ma kienx hawn ricessjoni) fejn dahhlu 22 taxxa ma’ dan il-Budget.
  1. Dan il-Gvern ghandu l-kmand tas-sitwazzjoni u qatt ma halla l-weghdi irresponsabbli tal-Oppozizzjoni jew il-bzar fl-ghajnejn li tefghu, jaghmlu bih. Qatt ma hallejna lilna nfusna ningarru mill-kurrent tal-konvenjenza b’weghdi foloz li jfissru hela u tberbiq, izda mmexxu ‘l dan il-pajjiz mill-konvinzjoni ta’ghemil onest u serju.
  1. L-membri tal-Oppozizzjoni (jew, ahjar, uhud minnhom) ghazlu it-Tnejn li jaghmlu gimmick u agir tat-tfal hekk kif Tonio beda jaqra d-diskors tieghu. Haqqhom li jissejhu l-Oppozizzjoni tal-karta. Interessanti kif bidlu t-tbissima u l-agir siegha u nofs wara l-qari tad-diskors. Kellhom ghalfejn ihossuhom vizibbilment skomdi. Min naha taghna zrajna zerriegha, li tehtieg tissaqqa’ issa, ghal rebhiet importanti. Jekk f’dan il-maltemp finanzjarju kollu konna kapaci naghmlu Budget socjali li jqassam ma’ kulhadd il-gid, Budget tax-xoghol u li jwiezen ‘l min ghandu bzonn, x’naghmlu fil-Budgets li gejjin meta nkunu hrigna mir-ricessjoni? Min xarrab il-bakkaljaw, ha jieklu issa.

Il-PL jehtieġ ikun konsistenti - 29 ta' Novembru 2009
  1. Is-sabih u l-iebes tal-politika, u fl-istess hin il-gebla tax-xewka tal-hidma politika, huwa li min imidd ghonqu ghal din il-hidma jaf li huwa taht skrutinju biex mhux biss ifassal il-vizjoni tieghu u dak li jemmen fih, izda li l-poplu jkun jista’ jixtarr u jifli sew dik il-hidma biex jara jekk huwiex kredibbli meta mqabbel mal-ghemil. Ghax il-kliem u l-fatti jehtieg jikkonvergu fil-hidma politika. Nemmen li din il-gimgha offriet opportunita ohra ‘l poplu Malti jifli, jixtarr u jqabbel il-kliem tal-Kap tal-Oppozizzjoni mal-ghemil tieghu kwantu ghal hidma politika tieghu.
  1. F’nofs din il-gimgha ghalaqna d-dibattitu intens fil-Parlament dwar l-operat ta’ kull Ministeru fl-isfond tal-Budget li thabbar. Ezercizzju sabih tad-djalettika tal-politika li fih u bih naha tesponi hidmietha matul l-ahhar sena, waqt li l-ohra tikkritika u tifli dik il-hidma biex il-poplu jkun jista’ jizen. Hija prassi u minn ewl id-dinja li kull Ministru jkollu l-kelliem ewlieni tan-naha l-ohra li jsegwih sabiex ikun jista’ jwiegeb fil-Parlament. L-iktar Ministeru imporanti certament huwa dak tal-Ufficju tal-Prim Ministru li bhala l-kap tal-Gvern igorr responsabbilita politika iktar minn ta’ haddiehor. Ta’ kull sena fl-ahhar ghexieren ta’ snin il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppozizzjoni jiddwellaw bl-argumenti taghhom dwar din il-hidma.
  1. Izda din il-gimgha, ghall-ewwel darba, il-Kap tal-Oppozizzjoni ma hassx li kellu jqum u joffri hsibijietu dwar l-operat tal-Ufficju tal-Prim Ministru. Dak li jaspira li ghada jkun il-Kap tal-Gvern Malti u jridek tafdah ghal dan il-ghan, ma qamx jitkellem fuq dan id-dekasteru. Inhoss li dan kien l-ahhar wiehed minn sensiela ta’ zbalji ta’ agir politiku peress li inhoss li l-Kap tal-Oppozizzjoni ghandu d-dmir li jwiegeb u joffri l-ideat tieghu fuq id-dekasteru li jaspira li jkun tieghu xi darba. Ghax il-poplu ghandu d-dritt li jifli u jizen iz-zewg nahat biex ikun jista’ jiggudika. Drajna ma narawx il-Kap tal-Oppozizzjoni f’okkazjonijiet nazzjonali fejn il-protokoll u d-dinjita tal-okkazjoni jitolbuh ikun prezenti. Din ta’ din il-gimgha kien zball u kalkolu politiku hazin hafna li jixhed immaturita politika u abdikazzjoni tar-responsabilitajiet tieghu. Bhalma kien ta’ thassib ukoll in-nuqqas ta’ prezenza ta’ zewg deputati tal-Oppozizzjoni ghall-ahhar votazzjoni tal-Budget ta’ nhar l-Erbgha li ghadda, ghad li ma jidhirx li kellhom xi impediment leggittimu.
  1. Din il-gimgha wkoll il-Qorti tat sentenza li regghet ikkundannat agir ta’ Gvern Laburista tal-1973 meta dar rekwizzizjonata kienet inghatat ‘l Partit Laburista bix iservi bhala kazin f’Sta Venera. Ghad li l-ligi tghid li tali tehid ta’ proprjeta seta’ jkun biss fejn huwa xieraq biex jipprovdi persuna post fejn jista’ jghammar, il-Gvern Laburista tal-1973 ghamel favur il-Partit Laburista u tah kazin minn idejn il-privat. Haddiehor ihallas ghall-proprjeta. Il-Gvern Laburista kien jigi jaqa’ u jqum mid-drittijiet tal-individwu u b’idu l-leminija jghin lix-xellugija.
  1. Il-Kap tal-Oppozizzjoni fl-ahhar xhur kemm-il darba tkellem favur drittijiet tac-cittadini u kemm huwa importanti li l-Gvern jindukrahom. Hekk sewwa u xieraq, u dan il-Gvern ghamel hemel mizuri fl-ahhar xhur biex inharsu u nsahha l-qaghda tal-individwi fil-konfront tal-Gvern. Jien dejjem nghid li l-mizuri li hadna, specjalment meta dan l-ahhar ghaddejna ligi, li kelli l-unur inressaq, li taghti drittijiet bil-bosta ikbar ‘l privat kontra l-Gvern fejn hemm tehid ta’ proprjta ghal skop pubbliku, juru li dan huwa Gvern umli. Gvern li ma jiddejjaqx imil quddiem l-iskrutinju tal-Qrati u jaghti d-dritt ‘l individwi li jitolbu ‘l Qrati jezaminaw hidmietu. Pero jehtieg issa li l-Oppozizzjoni tkun konsistenti ma’ kliemha.
  1. Ghax huwa facli u sabih titkellem u tipperora dwar l-importanza tad-drittijiet u l-glieda kontra l-hela. Issa l-Partit Laburista ghandu sitwazzjoni fejn minhabba li l-Gvern tieghu fl-1973 ha l-proprjeta minghand il-privat u taha abbuzivament lilu stess, dan il-Gvern ser ikollu jhallas is-somma ta’ 75,000 euro f’kumpens. Mhux tant is-somma hija importanti, ghad li hija sostanzjali. Setghet kienet ta’ centezmu. Il-principju jibqa’ li minhabba l-agir illegali tal-Gvern Laburista tal-1973 ser inhalsu ghalih int u jien.
  1. Jehtieg li l-Kap tal-Oppozizzjoni issa jkun konsisenti ma’ kliemu. Ihambaq kontra l-hela, u jaghmel sew, ghad li skorrett fil-miri tieghu. Issa ghandu opportunita unika li jdahhal idu fil-but tal-Partit tieghu stess, u mhux tal-poplu, u jhallas 75,000 euro ‘l din il-familja li spiccat turufnata mill-proprjeta taghha stess. Hekk titlob il-konsistenza u s-serjeta. Il-poplu issa jista’ jifli, jizen u jqabbel: bejn Gvern umli li jara kif jaghmel u jsahhah id-drittijiet tal-poplu, u Oppozizzjoni, li minbarra ma taghmilx dmirha fil-Parlament, ma tistax tiskongra ghax mhux pura.

Il-Wirt haj - 04 ta' Ottubru 2009
  1. Tassew li l-Wirt Storiku u Kulturali ta’ pajjizna xi kulltant iqum u jiehu l-hajja, u jsir partecipant attiv, u jghix maghna. Sforz id-dedkazzjoni u l-imhabba ta’ uhud, dan ma jibqax imsakkar fil-kotba ta’ l-istorja li xi kull tant jintnesew fuq xi xkaffa, imma jerga jibda’ jiehu n-nifs tal-gurnata tal-lum.
  1. Kienet tassew okkazjonu sabiha li attendejt ghaliha din il-gimgha meta ufficjaliment giet varata il-Fondazzjoni Wirt Paola, mahsuba biex tindentifika u tippromwovi il-Wirt ta’ din il-lokalita’ fin-naha ta’ isfel ta’ pajjizna li spiss nahsbu fiha bhala centru kummercjali importanti, izda xejn izjed.
  1. Il-Fundazzjoni Wirt Paola ghandha l-ghan li tesponi mal-pubbliku Pawlist primarjament, izda anke fuq skala nazzjonali, u bi skopijiet turistici il-wirt li hallew warajhom il-Pawlisti tal-bidu, specjalment dawk is-siti u reperti arkeologici li hafna Pawlisti stess x’akarx ftit li xejn jghafu dwarhom.
  1. Ghax tassew li Rahal Gdid ma jfissirx biss Hypogeum, il-habs nazzjonali u c-Cimiterju! Rahal Gdid huwa mghoni b’wirt storiku li jmur lura l-eluf tas-snin, u jhabbatha sewwa ma’ l-iktar lokalitiajiet mgharufa ghall-istorja taghhom.  Apparti l-Ipogew tant importanti, ghax huwa tassew wiehed mill-eqdem strutturi fid-dinja, u mhux ta’ b’xejn li huwa sit rrikonoxxut mill-organizzazzjoni internazzjonali Unesco, f’Rahal Gdid insibu oqbra ta’ zmien il-Punici, tempji Neolitici gewwa Kordin, bini ta’ zmien l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Gwann kif ukoll wirt li hallew warajhom is-servizzi Inglizi. 
  1. Kien proprju s-sit ta’ Rahal Gdid li ghazel il-Grammastru Fra Antoine De Paula, biex jibni ‘rahal gdid’ li fih imorru joghqodu n-nies meta l-popolazzjoni gewwa l-Belt u t-Tlitt Ibliet kienet qed tikber gmielha. Dan il-Grammastru mhux biss bena il-Parrocca l-antika ta’ Santa’ Ubaldeska fil-qalba tar-Rahal, izda bena ukoll dar ghalih vicin, biex jinkoraggixxi lin-nies imorru jghixu hemm. Minn hawn johrog l-isem tal-lokalita’ – imsemmijja ghall-Grammastru.
  1. Insibu ukoll f’dan ir-rahal il-Kordin Lines li kienu bnew l-Inglizi biex jiddefendu l-Port il-Kbir mill-ponta ta’ Kordin li tigi dritt faccata tal-Isla. Dan il-punt strategiku kien intuza mill-Imperu Ottoman fl-Assedju l-Kbir tal-1565, biex jattakkaw il-Forti Sant’Anglu. Sfortunatament il-Kordin Lines, ma jinsabux fi stat ideali, frott zvilupp bla kuxjenza li sar fis-sebghinijiet u t-tmeninijiet u bini ta’ fabbriki f’dan il-post.
  1. Fl-istess akkwata hemm ukoll dak li kien il-Habs Militari – ezempju eccellenti ta’ habs tal-era Vittorjana u li jinsab fi stat eccellenti ta’ konservazzjoni frott id-dedikazzjoni tal-Assoccjazzjoni Sportiva tal-Hibernians li juzawh u jzommuh fi stat tant tajjeb.
  1. Gewwa Rahal Gdid, sfors il-popolazzjoni li kienet diga gmiela fi zmien l-ahhar Gwerra Dinjija, insibu nurmu mdaqqas ta’ shelters tal-Gwerra, li kienu jintuzaw waqt il-hbit mill-ajru. Waqt ix-xoghol ta’ restawr u konservazzjoni li l-Gvern qed jaghmel fuq il-Knisja ta’ Santa Ubaldeska permezz tal-Ministeru tar-Rizorsi u l-Affarjiet Rurali u b’inizzjattiva tieghi, sibna shelter tal-Gwerra ta’ daqs kbir u li kien ilu mghaluq probabbilment mis-snin erbghin. Fl-intervent tieghi, waqt it-tnedija tal-Fundazzjoni Wirt Paola, heggigt ‘l Kunsill Lokali ta’ Rahal Gdid biex jiehu l-inizzjattiva u jitlob lid-Dipartiment tal-Artijiet biex jinghatalu dan ix-shelter fuq att ta’ Kurazija, biex dan jigi restawrat, u miftuh ghall-pubbliku. Minn hawn intenni l-istess stedina, ghax tassew nemmen li l-mudell li hadem fuq tant siti ohra, anke ma’ Kunsilli Lokali, huwa wiehed li jahdem, u li jhalli patrimonju ta’ gid warajh.
  1. U la qed nitkellmu fuq Kunsilli Lokali, kienet tassew tajba l-inizzjattiva EPOKA organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Hal Tarxien li hadet il-pubbliku fuq vjagg interessanti fl-imghoddi ta’ dan ir-rahal. Kull kantuniera, stajt tara xi haga li tfakkrek fil-passat ta’ Hal Tarxien li tant huwa rikk fil-kultura. Kif inhu xieraq bdejna l-vjagg taghna gewwa t-Tempji Neolitici li n-nies setghu izuru bi prezz ridott u dan kien apprezzat ferm, ghax in-nies ikkonkorriet b’mod qawwi.
  1. Kien hemm wirjiet diversi u varjati, minn statwi fuq stil Spanjol imlibbsin bi hwejjeg irrakmati, kif ukoll wirja hajja minn Renzo Gauci, l-istatwarju mill-lokalita’, tant mgharuf ghax-xoghol tieghu fil-festi, u l-arti sagra lokali, li ta wirja ta’ kif isiru l-buzzetti tal-istatwi qabel ma dawn isiru fuq skala kbira. Kien hemm ukoll Kor li kantaw muzika klassika mill-isbah, gewwa l-knisja antika ta’ San Bert, u tant iktar f’kull kantuniera tar-rahal.
  1. Dawn iz-zewg okkazjonijiet xhedu kemm verament kull rokna ta’ pajjizna ghandha x’toffri u kemm id-dedikazzjoni ta’ uhud tista’ taghmel effett qawwi u ghall-gid. U importanti li nindukraw il-wirt taghna, ghax huwa dan li jaghmilna min ahna.

Il-Familja: il-guf ta' nazzjon - 18 ta' Ottubru 2009
  1. Spiss naqraw u nisimghu kif il-familja hija l-iktar element ghaziz fis-socjeta’. F’kor wiehed, kullhadd jaqbel li ghandna nahdmu biex insahhu l-familja u niddefendu din l-istituzzjoni li fiz-zminijiet tal-lum qed tkun mhedda minn stil ta’ hajja li mhux dejjem jikkumplimenta il-valuri li dejjem haddanna.
  1. Laqatni ferm id-diskors li ghamel l-Eccellenza Tieghu il-President tar-Repubblika fl-okkazjoni tal-ftuh tal-Kollokwu DOHA bit-tema ‘Insahhu z-Zwieg u l-Familja’. Tassew kien diskors imnebbah mill-valuri u li ta’ min wiehed jixtarru sew. Dan kien fl-okkazjoni ta’ numru ta’ laqghat u diskussjonijiet ta’ livell oghli fil-bini tal-Parlament taghna ftit jiem ilu, mertu hafna wkoll ta’ siehbi Edwin Vassallo bhala President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Socjali u l-inizjattiva li ha l-Kumitat tieghu biex tigi organizzata din il-konferenza.
  1. Il-President tar-Repubblika ghamel referenza ghad-definizzjoni li taghti in-Nazzjonijiet Uniti fid-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet Umani ghall-familja tradizzjonali, bhala ‘l-group-unit naturali u fundamentali tas-socjeta’, li hija intitolata ghall-protezzjoni tas-socjeta’ u l-iStat. Din id-definizzjoni tigbor fiha il-valur kif ukoll ic-cavetta li permezz taghha nistghu ninvestu izjed biex ikollna familji iktar b'sahhithom.
  1. Ghalkemm it-terminu 'tradizzjonali' fis-sinifikat ristrett tieghu jimplika xi haga antika, u b'hekk marbuta mal-passat, dan is-sinjifikat m'ghandux jigi applikat fil-kaz tal-familja. Meta nirreferu ghall-familja qed nirreferu ghall-istituzzjoni innifisha – deskrizzjoni permanenti illi ma tittikilx biz-zmien, izda titghallem mill-passat, biex tghix il-prezent u b'hegga thares lejn il-futur. 
  1. Naqbel ferm mal-President li permezz tal-kwotazzjoni tal-Programm ghas-Sena Internazzjonali tal-Familja organizzata min-Nazzjonijiet Uniti fl-2004, huwa qal li il-Familja tibqa' mezz vitali ta' preservazzjoni u li permezz taghha jghaddu l-valuri kulturali. Nista’ nzid ukoll li fis-snin tmenin l-istess Gnus Maghquda kienet iddefinit ‘l familja bhala “the smallest democracy at the heart of society”.
  1. B'dan il-mod, meta nharsu lejn il-familja, il-familja issir strument ewlieni u centrali fir-riproduzzjoni tas-socjeta innifisha.  Filwaqt li tarbija titwieled bhal tila vojta, il-familja li titwieled fiha, taghmilha tal-artist illi jghaddi 'l dik it-tarbija il-valuri, il-kultura u n-normi ta' dik is-socjeta'.  Ghalhekk huwa daqshekk importanti l-irwol tal-koppja mizzewga, ghax huwa peremezz taz-zwieg ta' kull koppja li nazzjon igedded lilu nnifsu. Meta koppja tizzewweg, dik il-koppja tkun fethet kapitlu gdid fl-istorja tal-pajjiz, tkun bdiet il-process tal-kreazzjoni tal-hajja gdida. 
  1. Alternattivament, kull koppja mizzewga li sfortunatament tiddeciedi li ttemm ir-relazzjoni, din tiffaccja diffikultajiet mhux zghar, li jhallu marka iebsa fuq is-socjeta li ddawwarhom. Ghal din ir-raguni huwa daqshekk importanti li nsahhu l-valur tal-familja ghax il-futur ta' pajjizna jiddependi minn familji b'sahhithom. 
  1. Huwa d-dover tal-iStat li jiddefendi, jindokra u jipprotegi il-familja. B'wicci minn quddiem nghid li naghmel parti minn partit li dejjem kellu ghal qalbu l-familja, u li dejjem, bil-provi, zamm fic-centru tal-politika tieghu il-familja Maltija. Dak li ggwadanjat il-familja taht Gvernijiet Nazzjonalisti, huwa miktub b'ittra kbar tad-deheb fl-istorja ta' pajjizna. Izda qatt ma huwa bizzejjed, u dejjem jibqa’ xi jsir. Jenhtieg nibqghu nahdmu anke fuq livell individwali biex inzommu ambjent san u li jippromwovi il-valur tal-familja. Hemm bzonn li l-iswed insejjhulu iswed u l-abjad insejjhulu abjad – m'hemmx lok ghad-diskors fierah fejn jidhlu l-valuri.
  1. Familja stabbli u b'sahhitha tfisser socjeta stabbli u b'sahhitha. Jinhtieg li nzommu dejjem f'mohhna li meta zewg genituri jkunu qed irabbu l-ulied, ma jkunux sempliciment qed irabbu individwi izda qeghdin direttament irabbu l-Malta ta' ghada.

Pass kuragguz iehor lejn gustizzja ahjar - 06 ta' Settembru 2009
  1. Din il-gimgha sar pass iehor fil-mixja lejn il-legislazzjoni tal-parole f'pajjizna. Il-Ministeru ghall-gustizzja u Intern fil-fatt din il-gimgha ippublika l-ezitu tal-perjodu ta' konsultazzjoni tal-White Paper dwar Gustizzja Restorattiva, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force illi qabbad l-istess Ministeru biex jistudja il-viabilita' tal-parole f'pajjizna.
  1. Dan huwa tassew suggett ghal qalbi ghax sa ftit qabel l-ahhar Elezzjoni Generali flimkien mal-kollega membru tal-Parlament l-Onor Dr Jose' Herrera, hdimna bis-shih billi konna ser nipprezentaw Private Member's Bill,  biex tigi introdotta u mhaddma l-parole f'Malta.  Tassew nemmen li is-sistema tal-parole ghandha ittejjeb is-sistema ta' kif tithaddem il-Facilita' Korrettiva ta' Kordin, bir-rizultat li tonqos ir-recedivita', u b'hekk tonqos ir-rata tal-kriminalita' f'pajjizna. Ghax il-parole, li mhijiex dritt izda koncessjoni, jekk u meta tinghata tfisser li habsi jrid jirbah il-fiducja tas-socjecta biex jehodha. Ifisser li s-socjeta zzomm iebes u tibqa’ attenti li d-detenut joqghod ghal kull kundizzjoni imposta fuqha, fosthom li jpatti ‘l vittma tar-reat, biex jirbah din il-koncessjoni. Ghalhekk nifrah 'l Ministru habib tieghi Carm Mifsud Bonnici ghal dan il-pass iehor kuragguz fid-direzzjoni t-tajba, biex il-parole issa tigi quddiem il-Parlament.
  1. Nemmen tassew f'din il-ligi ghax hija mod ippruvat diga 'l boghod minn xtutna u ghal iktar minn 150 sena li din tipprovdi qafas ta' sostenn ghall-vittmi tar-reat u li tghin b'mod effettiv 'l dak li jkun xellef difru mal-ligi biex jerga’ jaqbad it-triq it-tajba, u jerga jibda jaghmel parti mis-socjeta'. Ghax a differenza ta’ x’jigri llum fil-Facilita Korrettiva ta’ Kordin, filwaqt li prattikament kull habsi qed ikollu tnaqqis mill-piena fuq semplici kondotta tajba fil-habs (remission), bil-parole id-detenut jrid ipatti ghal hsara li jkun ghamel u ikun irid joqghod ghall-kundizzjonijiet iebsin qabel ma jinghata din il-parole. B’hekk is-socjeta stess tibbenefika mill-kontrolli li timponi fuq id-detenut u d-detenut jibbenefika ghax jirriforma ruhu bil-provi u mhux bil-paroli.
  1. Laqtuni fost l-ohrajn uhud mir-rakkomandazzjonijiet li qed jigu pprezentati mit-Task Force, illi jidhlu fid-dettal ta' kif ghandha tahdem is-sistem, u min ghandu jkun responsabbli minn xiex.  Rakkomandazzjoni numru 10, tahseb li fil-habs ghandu jkun hemm programmi ta' terapija, li jkunu immirati biex jirriformaw il-karattru tal-habsi, u jippreparawh biex itejjeb il-possibbilitajiet li dan jigi impjegat galadarba johrog mill-habs. Dan jiggarantixxi li jkun kapaci jipprovdi ghalih innifsu u ghal familtu, minghajr ma jirrikorri lura ghall-vizzji u l-kriminalita'.
  1. Rakkomandazzjoni numru 11 tipproponi klassifikazzjoni tal-habsin gol -habs, skont il-motivazzjoni tal-habsi partikiolari. Skont il-klassifikazzjoni, il-habsin ikunu maqsumin f'sezzjonijiet differenti. Dan huwa mahsub biex habsi li mhuwiex motivat li jinbidel u jirriforma ruhu, ma jkollux kuntatt u l-possobbilita' li jeffetwa habsi iehor li genwinament ghandu x-xewqa li jibdel hajtu ghall-ahjar. 
  1. Dan imur id f'id ma rakkomandazzjoni ohra li jaghmel dan ir-rapport, li jipproponi pozizzjoni gdida ta' Human Resources Manager, li jkun responsabbli li jipprovdi qafas kontinwu ta' tahrig ghall-haddiema u l-istaff kollu tal-habs, biex dawn ma jonqsuhom qatt il-hiliet necessarji biex jiffaccjaw ir-realtajiet godda li jistghu jizviluppaw. 
  1. Bhalma argumentajt diversi drabi fl-artikli tieghi dwar dan is-suggett, galadarba tidhol il-parole f'pajjizna, dan ma jfissirx li l-habsin ikunu min ikunu, ghamlu x'ghamlu, ikunu jistghu johorgu mill-habs, b'sentenza mnaqqsa qisu b'kapricc. Anke f'dan ir-rapport johrog car u tond illi il-Bord tal-Parole ikollu l-poter illi jistabbilixxi kemm huwa perikoluz habsi, u skont din id-decizjoni ikun jista' japplika ghall-parole jew le. Dan ikun jirrifletti is-sentenza tal-Qrati fir-rigward tal-persuna.
  1. Ezempju car ta' dan huwa li rakkomandazzjon numru 22, taghti parir li habsin li jkunu qed iservu sentenza fuq terrorizmu ma jkunu jistghu japplikaw ghall-parole qatt. Bl-istess mod dawk il-habsin li jkunu qed iservu it-tieni sentenza jew iktar, jew ahjar dawk li jkunu recedivi, ikollhom kundizzjonijiet iktar iebsa x'jissodisfaw biex dawn jinghatalhom il-parole
  1. Ghalhekk ghal darb ‘ohra nifhrah 'l Ministru Mifsud Bonnici ghax-xoghol siewi li qed imexxi lejn din il-legislazzjoni u nawgura kunsens wiesa’ ghall-ligi li tista' thalli hemel gid ghas-sistema korrettiva taghna.

Infakkru l-wirt u nsellmu 'l-istorja - 20 ta' Settembru 2009
  1. Meta attendejt l-gimgha li ghaddiet l-ftuh ufficjali ta’ Villa Francia f’Hal Lija sibt ruhi nirrifletti fuq ir-rikkezzi tal-wirt storiku ta’ pajjizna u dak tal-wirt politiku Malti. Huwa sewwa u xieraq li l-Gvern, bhala kustodju, amministratur u bonus pater familias tal-iStat Malti, u ghalhekk tan-nazzjon Malti, u ta’ dak kollu li jaghmilna Maltin, jiehu dawk il-mizuri kollha, mhux biss retawr u rijabilitazzjoni, sabiex dak li jappertjeni ‘l poplu Malti ikun ghad-dispozizzjoni tal-poplu Malti.
  1. Ghax kull parti mill-patrimonju nazzjonali hija parti mill-kredenzjali taghna, kif qal il-Prim Ministru fl-inawgurazzjoni, kemm tal-poplu u tal-iStat. Ghalhekk dan il-Gvern imbarka fuq progett ambizzjuz li kull aspett tal-wirt kulturali tal-pajjiz ikun maghruf u apprezzat u kkurat iktar. U dalwaqt inhabbru aktar mizuri legislattivi biex il-wirt storiku u kulturali tal-poplu ikun f’idejn il-poplu, mhux biss ghal iktar apprezzament izda wkoll ghax fil-passat storiku taghna jinsab il-futur ekonomiku taghna fejn allura nattiraw turisti u Maltin lejn dak li sawwarna matul il-millenji.
  1. Villa Francia li ma nbnietx f’daqqa, izda zviluppat ftit ftit, taf il-bidu taghha ghas-seklu 18. Probabilment kienet dwejra ghall-kacca izda matul is-sekli saret palazz imponenti ta’ stil Barokk sabih wisq. Pero lil hinn u apparti s-sbuhija impressjonanti ta’ din il-villa, mertu u grazzi ghall haddiema mill-Ministeru tal-Infrastruttura, taht it-tmexxija ghaqlija tal-Ministri Ninu Zammit u George Pullicino, u student ital-MCAST, hemm ghalija valur storiku uniku. Ghax fiha ghex u miet Sur Ugo Mifsud li sa minn meta kont ghadni nistudja l-ligi u bdejt naghmel l-ewwel passi fil-politika niftakarni naqra u nistudja dwaru. Dwar kemm kien Malti ta’ veru, avukat prim, oratur kapaci, u mudell ta’ politiku ta’ integrita assoluta.
  1. Ma ninsewx li Sir Ugo fl-1926 kien wiehed mill-fundaturi tal-Partit Nazzjonalista kif nafuh illum. Ghax fl-1926 saret il-famuza fuzjoni bejn l’Unione Popolare Maltese li tieghu huwa kien kap u l-Partito Democratico Nazionalista li kellu bhala mexxej ‘l Nerik Mizzi, biex twieled il-Partit Nazzjonalista. Zewg gganti tal-istorja politika Nazzjonalista u Maltija.
  1. Sir Ugo miet fi Frar tal-1942 meta l-Kunsill tal-Gvern kien qieghed jiddibatti b’urgenza l-intenzjoni tal-Gvern kolonjali Ingliz li jiddeporta minn Malta numru ta’ Maltin. Sir Ugo kien ghamel diskors imqanqal hafna, moghni b’argumenti partrijottici, legali u politici, biex jiddefendi lic-cittadini Maltin kontra dik l-intenzjoni. Kellu kuncett oghli tas-saltna tad-dritt (rule of law) li l-istess Gvern Ingliz kien qieghed jikkalpesta billi iddikjara li l-Uganda kienet parti mit-territorju Malti (!) u ghalhekk ma kienx ser ikun hemm 9skond il-Gvern Ingliz) deportazzjoni tal-Maltin izda internament. Ghall-ewwel darba fl-istorja taghna spiccajna “nokkupaw” pajjiz barrani biex nissodisfaw l-kapricci tal-Gvern kolonjali.
  1. Sir Ugo irribella f’dak id-dibattitu b’edukazzjoni izda b’ton sod u b’argumenti logici u kostituzzjonali biex juri li l-Inglizi kienu qed jizbaljaw u kienu qed jiksru l-istess drittijiet li kienu jiftahru li jharsu fil-House of Commons u li huma imnizzlin fil-Magna Carta. Hadd ma seta’ jmerih fil-validita legali u politika tal-argumenti tieghu. Kellu jieqaf biss ghax hassu hazin u ttiehed fid-dar tieghu Villa Francia, fejn miet jumejn wara.
  1. Ghalhekk Villa Francia hija monument ghall-iskultura u arti tal-Barokk Malti. Izda hija mafkar ta’ wiehed mill-ewwel statisti Maltin tant li fl-1932 gewwa Londra kien Sir Ugo stess li kien issottometta talba ‘l Gvern Ingliz biex Malta tigi meqjusa bhala Membru Indipendenti tal-Commonwealth. Lejliet il-45 anniversarju ta’ Malta Indipendenti u sovrana naghmlu sew inselmu ‘l dan il-patrijott Malti, Nazzjonalist fil-veru sens tal-kelma, li offra l-ahhar nifsijiet ta’ hajtu ghal kawza li emmen fiha tassew: dik li l-Malti ghandu l-istess dinjita, drittijiet u jixraqlu l-istess rispett daqs kwalsiasi poplu iehor.

L-Ekonomija mhijiex statistika - 09 ta' Awwissu 2009
  1. Din il-gimgha il-Gvern ippublika id-dokument ghal qabel il-Budget 2010, liema dokument jigbor fih ix-xehta li ser jiehu il-Budget ghas-sena d-diehla. Bit-tema ta’ ‘Tkabbir, Impjiegi u Koezjoni Socjali’ il-Gvern irid jghati sinjal car li dan il-Budget ser ikun imfassal madwar il-persuna.
  1. Laqatni hafna l-punt li ghamel il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech waqt it-tnedija ta’ dan id-dokument, meta qal li l-Ekonomija mhijiex Statistika. L-Ekonomija filfatt tmur lil ‘hinn mill-istatistika u thares lejn il-persuna li taghmel parti mis-socjeta’. Fl-ahhar mill-ahhar dan huwa l-ghan ewlieni tal-politika – illi l-persuni jghixu hajja ahjar.
  1. Li d-dinja ghaddejja minn zminijiet iebsa ilna nghiduha, u ghalkemm ghad hawn min ghandu xi interess li jxejjen is-serjeta’ tal-krizi li hakmet id-dinja fl-ahhar xhur, kullhadd ghandu ghajnejn f’wiccu, u jista’ jara id-diffikultajiet li qed jiffaccjaw pajjizi ferm ikbar minn taghna. Malta mhijiex eccezzjoni, u ghalkemm forsi fuq skala xi ftit inqas, qed tigi effetwata bhal haddiehor. L-ghaqal tal-Gvern Malti isir evidenti meta wiehed jara li ekonomiji iktar kbar minn taghna kif sfaw vittmi ta’ dan l-inkwiet hafna iktar minna. L-ekonomija taghna mhijiex ezonorata minn dan l-inkwiet, u ghalhekk jinhtieg li nibqghu nahdmu id f’id u nzommu par ghajnejn miftuhin berah ghall-izviluppi madwarna u kif dawn jistghu jeffetwawna.
  1. Id-dokument ghal qabel il-budget qed jigi pprezentat fid-dawl ta’ dan. Ghal din ir-raguni il-Gvern ghamel decizjoni li jiffoka fuq is-sostenibbilta’ tal-istrutturi ekonomici, biex dawn jibqghu jizguraw is-sostenibbilita’ tal-valuri socjali li huma l-bazi tal-politika ta’ dan il-Gvern. 
  1. Diex dan isir, il-Gvern ghamel analizi dettaljata tal-istat recenti u prezenti tal-ekonomija ta’ pajjizna, b’accenn partikolari ghall-kompetittivita’ f’pajjizna – fattur tant importanti li jiddependi tant minnu. Il-Gvern qed janalizza fejn huwa b’sahhtu, fejn ghandu bzonn itejjeb il-performance tieghu, l-opportunitajiet li ghandu quddiemu kif ukoll it-theddidiet li jistghu jitfaccaw. B’hekk ikollna stampa cara ta’ x’inhija s-sitwazzjoni, u tkun tista’ tifassal it-triq ‘l quddiem.
  1. Pero’ kif ga ghidt, l-Ekonomija mhijex statistika. F’Malta minkejja l-limitazzjonijiet ovvji taghna, fis-snin li ghaddew, legislazzjoni wara l-ohra bniet sistema socjali li ftit issib bhala madwar id-dinja. Frott ta’ din is-sistema socjali, il-poplu taghna jgawdi livell ta’ ghixien relattivament gholi meta kkumparat ma’ pajjizi ohra. F’Malta ghandna sistema ta’ solidarjeta’ socjali b’sahhitha ferm, u li hija dejjem fic-centru tat-tfassil politiku tal-Gvern. Matul is-snin, il-Gvern dejjem haddem politika fejn il-persuna huwa c-centru tal-politika, u fejn l-istrutturi ekonomici ikunu ta’ servizz lejn is-socjeta, u mhux bil-kontra. Dan huwa valur illi l-Gvern m’ghandu ebda intenzjoni li jinnegoza mieghu, jew jibdlu. 
  1. Matul is-snin, il-Gvern hadem biex isahhah u jtejjeb is-sistemi edukattivi, tas-sahha, u solidarjeta’ socjali, ghax dejjem emmen f’socjeta’ inklussiva.  Fis-snin li gejjin, il-Gvern qed jikkommetti ruhu li dan ikompli jsostnih, b’mod sostenibbli, u prudenti. 
  1. Ghalhekk dan il-Gvern ihares lejn il-gejjini b’kuragg u determinazzjoni. Iz-zminijiet huma difficli tassew, izda l-opportunitajiet huma hemm. Dan il-Gvern jemmen fil-poplu Malti li huwa kapaci jahtaf dawn l-opportunitajiet, u d-dokument ghal qabel il-Budget 2010 ihares lejn din id-direzzjoni.

Kontribut dirett lis-socjeta' - 23 ta' Awwissu 2009
  1. Fil-bidu ta’ dan ix-xahar attendejt cerimonja qasira immexxija mill-habib tieghi l-Ministru ghall-Gustizzja u Intern Carm Mifsud Bonnici, ta’ ftuh ta’ librerija ghall-pubbliku gewwa Rahal Gdid.  Fl-ahhar legislatura tkellimt fil-Parlament mhux ftit dwar il-bzonn li din il-librerija tikber u ssir accessibli ghal kulhadd, u niftakar anke nkellem ‘l Ministru Mifsud Bonnici, meta allura kien jokkupa kariga differenti minn dik tal-llum, biex ix-xewqa tieghi u ta’ hafna Pawlisti ssehh. Dan il-ftuh tal-librerija, li minnu nnifsu huwa idea li tixirqilha kull tifhir, tmur lil ’hinn mill-ixkaffef bil-kotba u l-ambjent sabih li jilqghek – din il-librerija hija l-frott ta’ esperiment li rnexxa u li ghandu jkompli jigi repetut.
  1. Din il-librerija, li taghmel parti minn skola pubblika fil-lokalita’ ta’ Rahal Gdid ser tkun miftuha ghall-pubbliku, accessibbli anke ghall-persuni b’dizabilita’, u hija l-prodott finali tal-hidma volontarja ta’ numru ta’ detenuti mill-facilita’ korrettiva ta’ Kordin. 
  1. Il-qari huwa c-cavetta ghal kull tip ta’ success fil-hajja. Permezz tal-qari, dak li jkun qed jaqra, jitlaq fuq vjagg minghajr precedenti, ta’ avventura, storja, riflessjoni, emozzjoni jew informazzjoni. Vjagg li ma jieqafx, vjagg li l-limitu tieghu huwa biss l-immaginazzjoni tal-qarrej. Permezz tal-qari jinfetah il-mohh, u jsiru esperjenzi godda. Il-qari huwa tassew l-ikel tal-mohh, illi bhall-ikel tal-gisem, tant huwa necessarju, u minghajru l-mohh jaf imut zoptu.
  1. Illum il-ktieb m’ghadux l-uniku sors tal-informazzjoni jew entertainment li ghandna - kompetituri bhat-televizjoni, specjalment l-internet, il-loghob, u ohrajn serqu hafna mill-attenzjoni tal-ktieb, u b’hekk ir-rata tal-qari naqset. Sfortunatament dawn il-media l-godda (ghad li fihom mitqlu deheb jekk imhaddma tajjeb)  ma jhallux l-istess gid li jhalli l-ktieb, u b’hekk hemm bzonn nimpenjaw rwiehna biex il-ktieb jirritorna fil-hajjiet tat-tfal u l-kbar fis-socjeta’ taghna.
  1. Ghalhekk ta’ min ifahhar l-inizzjattiva tal-Kunsill ta’ Rahal Gdid illi mexxa dan il-progett bil-ghan li l-Pawlisti u r-residenti tal-madwar jsibu access iktar facli ghad-dinja tal-qari. Jisthoqq tifhir ukoll ghal-mod kif sar dan il-progett billi gew involuti persuni li qed jiskontaw sentenzi gewwa l-facilita’ korrettiva ta’ Kordin. Verament kaz ta’ tolqot zewgt’ghasafar b’gebla wahda.
  1. Permezz tal-hidma taghhom fis-socjeta’ Pawlista, dawn id-detenuti ikkontribwew biex jirriformaw ruhhom u jaghtu lura lis-socjeta’ bi tpattija ghal-hsara li setghu ikkagunaw huma. Dawn id-detentuti ghazlu li jinvestu il-hin taghhom ghal gimghat shah, biex mill-izball li ghamlu fil-passat, johrog il-gid, liema gid ser tgawdi minnu is-socjeta kollha. Hajr ukoll lid-Direttur tal-Facilita ghall-idea li gietu li jinvolvihom.
  1. Dan il-hsieb jidhol perfettament fil-politika tal-Gvern, u li huwa l-pern principali tal-White Paper li pprezenta l-Ministru ghall-Gustizzja u Intern fi Frar ta’ din is-sena, li ggib l-isem ta’ Gustizzja Riparatrici.  Mhuwiex bizzejjed li detenut joqghod il-habs jistenna li jiskonta s-sentenza u s-socjeta ma tkun qed tiehu xejn fil-frattemp, izda tajjeb li attivament dawn jikkontribwixxu lis-socjeta’. Hemm hemel xoghol x’isir f’dan ir-rigward pero il-pass kuragguz u ghaqli tal-Ministru Mifsud Bonnici ghall-introduzzjoni tal-parole, haga li jien issugerejtha u tkellimt dwarha fl-ahhar legislatura, taghmel biss gid meta mhaddma tajjeb u b’mod gudizzjuz. Ghax bil-parole prigunier ghandu incentiv konkret ghala jirriforma, fl-istess waqt li s-socjeta mohha mistrieh li qed jinzammu kontrolli fuq il-prigunier u l-passi li jkun qed jaghmel.
  1. Hekk ghamlu it-tlett detentuti li ghal erbgha gimghat hadmu gimgha ta’ xoghol normali, b’mod volontarju biex il-librerija issa tinsab fl-istat li hi. Taht is-supervizjoni u l-mizuri ta’ sigurta’ necessarji, dawn id-detenuti issa qeghdin jaghmlu iktar xogholijiet madwar il-lokalita’. B’hekk mhux biss qed isir xoghol importanti u ta’ valur li minnu qed tgawdi is-socjeta’ Pawlista, izda dawn l-individwi, issa qed ijippreparaw lilhom infushom ghall-hajja barra l-facilita’ ta’ Kordin, biex din tkun tassew esperjenza korrettiva. 
  1. J’Alla nisimghu b’iktar stejjer bhal din, u nattendu iktar cerimonji ta’ dan it-tip ghax tassew dawn huma l-inizzjattivi li jaghmlu d-differenza, li jikkontribwixxu direttament biex is-socjeta’ ta’ ghada tkun aqwa minn dik tal-bierah, anke fuq livell lokali.

Lejn Awtorita li thares iktar u ahjar l-interess tal-pubbliku - 12 ta' Lulju 2009
  1. Din il-gimgha il-Gvern onora weghda elettorali ohra mill-manifest elettorali tieghu. Nhar il-Hamis li ghadda, il-Prim Ministru habbar ir-riforma tal-MEPA – riforma ewlenija u radikali li l-Gvern ser jahdem bla heda biex iwettaq. Din ir-riforma flimkien ma’ sensiela ta’ riformi ohra li gew imhabbra f’din il-legislatura, jixhdu l-impenn ta’ dan il-Gvern li filwaqt li jisma’ ‘l dawk kollha li jixtiequ jesprimu opinjoni, anke ghal xhur shah, jasal li jfassal vizjoni fit-tul u jghaddi ghall-implimentazzjoni, ghall-gid tal-pajjiz. Dan il-Gvern qed juri li huwa ghaqli fil-hsieb tieghu, u biezel u hawtiel fil-hidma. Iqis mitt darba, izda jaqta’ darba.
  1. Ir-riforma li habbar il-Prim Ministru fil-fatt hija ibbazata fuq firxa wiesgha u twila ta’ konsultazzjoni ma’ dawk involuti fil-process, biex tassew tirrifletti u tindirizza il-bzonnijiet li jezistu illum il-gurnata. Il-konsultazzjoni ghal din ir-riforma kienet mifruxa fuq serje ta’ laqghat formali mal-korpi kostitwiti, ma’ gruppi li ghandhom interess fl-operat tal-MEPA, ma’ haddiema li jahdmu fi hdan l-istess awtorita’ filwaqt li inghatat attenzjoni ukoll ghal dak li intqal mill-opinjonisti u l-kumment liberu fil-media lokali. Gew mgharbla, u dan ghalija kien il-fus tal-konsultazzjoni, eluf ta’ kummenti jew suggerimenti li dahlu mill-pubbliku u li ghamlu din il-konsultazzjoni l-iktar wahda wiesgha u mifruxa li Gvern qatt ghamel mal-poplu Malti. Hadd ma jista’ jghid li dan il-Gvern ma jismax.
  1. Huwa l-hsieb tal-Gvern li l-MEPA u l-operat taghha tkun tirrifletti il-principji ta’ Konsistenza, Efficjenza, Kontabilita’ u Infurzar. Dan kollu jidhol tajjeb fil-hsieb ta’ zvilupp sostenibbli li jixpruna l-hidma tal-Gvern fl-aspetti kollha tieghu. Biex jigi zgurat dan, iktar minn qatt qabel, ir-riforma tahseb li d-direzzjoni ta’ policy tal-MEPA tkun f’idejn l-Ufficju tal-Prim Ministru, filwaqt li d-decizjoni prattika jekk ghandux johrog permess jew le tibqa’ f’idejn il-MEPA innifisha. Fid-dawl ta’ dan, il-Policy Making Unit tal-MEPA ser ikun jaghmel parti integrali mill-OPM, biex ikun il-politiku li jaghti d-direzzjoni politika ta’ fejn ghandha tmur il-MEPA. Fi kliem prattiku, dan ifisser li il-Gvern ikun jista’ jirregola ahjar li decizjonijiet li jittiehdu ikunu jirriflettu izjed il-vizjoni politika tal-Gvern ghall-gejjieni. Ezempju ghal dan nistghu niehdu l-vizjoni li l-Gvern ghandu ghall-Eccellezna fl-2015. Jekk il-Gvern qed jahdem bis-shih biex Malta tikseb livelli ta’ eccellenza f’diversi oqsma sal-2015, fis-settur tas-servizzi finanzjarji jew fit-tekonologija tal-Informatika, dan irid jigi rifless mil-lum fid-decizjonijiet tal-MEPA f’infrastruttura li thejji t-triq ghal dan.
  1. Ir-riforma tal-MEPA hija bl-iktar mod effettiv indirizzata biex tkun ta’ gid ghall-klijent li jkollu bzonn is-servizzi taghha jew ghal dawk li ser ikunu milquta b’decizjonijiet li hija trid tiehu.  B’dan il-hsieb  f’mohh il-Gvern, ittiehdu numru ta’ mizuri biex l-esperjenza tac-cittadin meta jkollu x’jaqsam mal-MEPA titjieb, u dan ghal servizz ahjar. Element li ser jirrifletti dan huwa l-abolizzjoni ta’ dak li jissejjah ‘chess clock’. Fil-loghba tac-chess, il-hin tal-loghba ma jigix imkejjel skond kemm iddum il-loghba, izda skond kemm idum kull participant partikolari. Fil-MEPA l-gdida din ser tinqata’ biex ikun hemm hafna inqas dewmien, u biex isir dan effettivament, mal-applikazzjoni, l-applikant ser jintalab li jipprovdi sett ta’ dokumenti u materjal li jkun mehtieg biex tigi pprocessata l-applikazzjoni. Dan ser inehhi l-eventwalita’ li applikant jerga’ jintalab iggib xi dokument iehor jew xi pjanta ohra, b’detriment li jittawwal il-process. Il-limitu impost mill-ligi li ghandha ddum applikazzjoni biex tigi processata irid u ser jigi irrispettat rigorozament.
  1. Dan ma jfissirx li l-process ser jonqos is-serjeta’ minnu, jew li ser jibda jsir ix-xoghol ta’ malajr. Ir-riforma tipprovdi ghal mizuri biex is-servizz ikun ta’ l-oghla kwalita’. Izda ma jistax ikun li jibqa’ jkun hemm imqar il-percezzjoni li Tizju kellu l-applikazzjoni tieghu mgharbla iktar malajr minn wahda identika ta’ Sempronju, jew li fil-kaz ta’ wiehed l-Awtorita uzat lenti fina zzejjed waqt li f’ta haddiehor twessghu l-lasti. Ghalhekk irridu iktar konsistenza. Ir-riga trid tkun uniformi u tidher li tassew hi. Il-MEPA l-gdida trid taghtik sodisfazzjon li saret gustizzja u tidher li saret.
  1. Ir-riforma tkompli tixhed l-impenn tal-Gvern lejn il-pubbliku, permezz ta’ qafas ta’ regolamentazzjoni li tipprotegih. Mizura li tiehu hsieb dan hija li zviluppatur ser ikun jinhtieglu jinforma r-residenti girien kollha tal-izvilupp permezz ta’ ittra bl-intenzjonijiet tieghu, biex dawn ikunu infurmati car u tond bl-izvilupp li jkun ser isehh.  Iktar minn hekk, kull applikazzjoni ser tkun tassew pubblika, u suggetta ghall-pubblikazzjoni, biex jissahhah il-valur tat-trasparenza u l-kontabilita’. 
  1. Ir-riforma tal-MEPA hija biss l-ahhar wahda minn sensiela ta’ riformi li huma ddizinjati madwar il-htigijiet tal-pubbliku, u r-realtajiet tal-lum. Flimkien mar-riformi tal-Kunsilli Lokali, fl-Edukazzjoni, fit-Trasport Pubbliku, u fil-Kera, il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern tassew qed juri kemm huwa Gvern li kapaci jisma’ izda li fuq kollox jiehu d-decizjonijiet fl-interess tal-pajjiz. Il-Latini kienu jghidu ghall-ghaqli “festina lente”, ghaggel bil-mod biex timxi b’pass meqjus u ghaqli. Hekk qed nuru li rridu naghmlu ghal gid tieghek.

Hidma ghal ambjent ahjar bil-provi - 26 ta' Lulju 2009
  1. Kull kampanja elettorali, specjalment f’pajjizna, minkejja l-avvanzi fit-teknologija li qarbuna b’mod virtwali u f’hakka t’ghajn, iggib maghha uzu ta’ ammont ta’ karti stampati informattivi li l-kandidati jridu jibghatu fid-djar ta’ dawk li quddiemhom jipprezentaw ruhhom. Jintqal x’jintqal, hemm numru sabih ta’ eletturi li jixtarru u jiflu sew dak li jircievu, anke jekk il-gudizzju ahhari fuq kandidat flok iehor jistrieh fuq numru uwsa ta’ fatturi. L-iprem fosthom x’valuri ihaddan wiehed u x’affidabilita jew serhan il-mohh jaghti wiehed flok iehor.
  1. Min naha tieghi dejjem tajt u ghadni naghti hafna importanza ‘l kuntatt persunali fid-djar ta’ dawk li jilqghuni ta’ kull gimgha ghandhom. Huwa meta titkellem mieghu li tizen, tixtarr, tifli u tiggudika kandidat, specjalment meta inti ssaqsih mistoqsijiet iebsin minghajr kantunieri u tara kif iwiegeb. Dejjem ghidt li xejn ma jiehu post l-universita tal-hajja li jgib mieghu l-kuntatt uman fil-poltika. Titghallem u tghallimt. U nibqa’ nitghallem.
  1. Nammetti u nistqarr li jien mhux biss inhobb tassew nidhol ghand min jilqghani ghandu izda, bhal hafna, qabel l-elezzjoni generali bghatt materjal stampat fid-distrett elettorali tieghi (ghad li fil-qosor) dwari u dwar dak li nemmen u li kont ghamilt bhala deputat parlamentari fil-hames snin ta’ qabel. Pero waqt il-kampanja elettorali tas-sena li ghaddiet kont ghamilt impenn pubbliku li wara l-elezzjoni nintrabat li npatti ghal kemm sigar gew meqruda biex issir il-karta li jien kont uzajt ghal dan l-iskop.
  1. Niehu gost nghid li din il-gimgha wettaqt dan l-impenn. Ghax ftit wara l-elezzjoni issottomettejt ‘l kumitat ta’ awditjar fi hdan il-kampanja tat-Tree For You, imniedi minn siehbi l-biezel George Pullicino, kopja ta’ kull wahda minn dawn il-karti li jien bghatt fid-djar tar-Raba’ Distrett elettorali u n-numru mibghuta. B’hekk huma ghamlu kalkolu tan-numru ta’ sigar li jien ridt nixtri u nhawwal biex inpatti ghal dan l-uzu ta’ karti.
  1. Il-kumitat ikkalkula li uzajt b’erbghin sigra, li jien allura xtrajt jien stess u tlabt li jithawlu f’numru ta’ gonna tal-ghazla tieghi. Fil-fatt ghoxrin minnhom thawlu fi gnien f’Hal Tarxien u l-ghoxrin l-ohra ser jithawlu f’Rahal Gdid, Gudja u Ghaxaq. Interessanti li l-kumitat li semmejt jaddotta dawn is-sigar u ghalhekk dan ifisser li jekk siġra timrad u tmut jew jiġrilha xi ħaġa, din tiġi sostitwita minnufih b’waħda oħra ta’ l-istess razza. Huma kollha sigar endemici, jigifieri karatteristici ta’ Malta taghna, bhall-gummar, żebbug, ħarrub, ballut, għargħar u deru. Dawn huma apparti madwar sebghin sigra li jien tajt ukoll biex jithawlu fil-masgar tal-mibki Dr Chircop f’Sta Lucija f’April li ghadda.
  1. Mhemmx dubbju li huwa gest sabih dan li permezz tieghu mhux biss nibghatu messagg li kull attivita taghna ghandha impatt fuq l-ambjent ta’ madwarna izda li naghmlu xi haga fil-konkret biex inpattu ghal dan l-impatt. Fuq livell individwali forsi jista’ jidher gest zghir izda kieku kulmin huwa fil-hajja pubblika jaghmel l-istess nahseb ikolna Buskett iehor

Il-Hidma tal-Gvern fil-qalba tal-Lokalitajiet - 07 ta' Gunju 2009
  1. Flimkien mal-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, terz tal-elettorat taghna ilbierah hareg jaghzel grupp ta’ nies li jirrapprezentah fil-Gvernijiet Lokali, ghal term gdid. Dawn l-elezzjonijiet, frott il-hidma tal-Gvern Nazzjonalista huma konferma ta’ kemm dan il-Gvern jemmen fil-bzonn li nsostnu s-socjeta’ taghna mill-eghruq taghha. L-attenzjoni li qed tinaghta ‘l Kunsilli Lokali permezz tas-sostenn kontinwu li jinaghtaw, hija investiment fis-socjeta taghna t’ghada.
  1. Gewwa Tas Sliema il-Prim Ministru nhar l-Erbgha li ghadda inawgura il-pjazza Sant’Anna li illum isebbah din iz-zona kummercjali importanti ta’ pajjizna. Ix-xoghol ta’ kwalita’ eccellenti tad-Dipartiment tax-Xogholijiet tal-Ministru Pullicino jisthoqqlu kull tifhir, ghax din il-pjazza issa tassew inghatat il-valur li kien jixirqilha. Din il-pjazza mhux biss toffri post ta’ mistrieh ghar-residenti u l-komunita’ kummercjali tal-inhawi, izda sservi ukoll ta’ pulmun ghal din il-lokalita’ tassew zviluppata.
  1. Ta min wiehed jghid ukoll pero’ li din il-pjazza hija ukoll il-frott tal-hidma sfieqa tad-Divizjoni Proprjeta’ tal-Gvern, illi fil-bidu tas-sena iffaccat kumplikazzjonijiet anke legali ta’ min ma xtaqx li dan il-progett isehh. Filfatt illum nistghu nitkellmu fuq pjazza Sant’Anna ghax id-Dipartiment tal-Artijiet wettaq hidma f’waqtha biex ma jigix imgedded ic-cens ta’ l-istabbiliment tal-ikel li kien jokkupa dan is-sit. Qabel ma sehh dan, kien hemm biss zewg kuruturi, u ma kien hemm pjazza xejn.
  1. Indur fost is-Slimizi, nhar l-Erbgha stajt inhoss b’idejja u nara b’ghajnejja is-sodisfazzjon tar-residenti, specjalment dawk ta’ generazzjoni kemxejn iktar matura illi jiftakru din il-pjazza kif kienet originarjament fis-sebghinijiet. L-emozzjoni kienet wahda b’sahhitha, u stajt nifhem illi is-Slimizi inghatatilhom lura xi haga li kienet ittiehdetilhom fil-passat. Nhar l-Erbgha kien hemm sens ta’ festa fost is-Slimizi, u dan huwa ta’ sodisfazzjon kbir ghalija u ghall-Ministru Pullicino.
  1. Dan is-sit illum huwa liberu mill-istrutturi, u huwa mghoti lura ‘l pubbliku ghat-tgawdijja u l-beneficju tieghu. Fi kliem il-Prim Ministru stess waqt il-ftuh tal-pjazza, il-glieda kontra l-abbuz ta’ l-art pubblika hija spiss iebsa, u ghat-tela’. Izda meta kollox jghaddi, u b’wicc il-gid, is-sodisfazzjon huwa enormi. Inizzjattivi bhal din imorru id f’id mal-politika ta’ devoluzzjoni li qed ihaddem il-Gvern ghall-gid tar-residenti tal-lokalitajiet taghna.
  1. Fl-istess spirtu kien ta’ sodisfazzjon nippresjedi cerimonja qasira li permezz taghha shelter ta’ zmien it-tieni Gwerra dinjija fic-centru ta’ Hal Tarxien ghadda ghand il-Kunsill Lokali ta’ hemmhekk b’Att ta’ Kurazija biex dan jigi zviluppat f’attrazzjoni turistika.  Il-hsieb tal-Kunsill huwa li jizviluppa Heritage Trail li tinghaqad mat-tempji megalitici li huma tant stabbiliti mal-vizitaturi ta’ dan ir-rahal ghani fil-valur storiku Malti. Fost is-siti li jkunu fuq dan il-Heritage Trail ikun hemm dan is-shelter li il-Kunsill qed jintrabat biex jirrestawra u jiftah ghall-pubbliku, kif ukoll siti ohra importanti gewwa Hal Tarxien. Dan ix-shelter issa huwa gahwra ohra fil-kullana twila li id-Dipartiment tal-Artijiet li minnu jien politikament responsabbli, qed idomm biex jizdied il-valur tal-lokalitajiet taghna.
  1. L-ghajnuna li l-Gvern jaghti taht forom differenti lill-lokalitajiet taghna tikkonferma kemm dan il-Gvern tassew jemmen fil-Kunsilli Lokali, u kemm din l-ghajnuna tista’ tissarraf f’gid. Spiss u b’mod mill-iktar car, tohrog id-differenza bejn Kunsill Lokali u iehor ghall-inizzjattiva u l-hegga li dawn ikollhom ghax-xoghol. Id-differenza spiss tkun tqattaghha b’sikkina, ghax tirrifletti sodisfazzjon fir-residenti u sens ta’ appartjenenza ghall-lokal. Finalment din tissarraf ukoll fi kwalita’ ta’ hajja ahjar tan-nies. L-entuzjazmu ghandu jibqa’ jigi inkoraggut ghax tassew dan huwa l-ingredjent ewlieni biex il-Kunsilli taghna jibqghu igibu id-differenza.

Il-Kuntatt - 28 ta' Ġunju 2009
  1. Il-kuntatt mal-pubbliku sikwit jiehu rwol importanti fid-dibattitu politiku. Kif dejjem emminna u shaqna, il-politika hija missjoni illi issir fost in-nies. Ghalkemm ma jkun minnu xejn, uhud jiehdu l-impressjoni li l-politici jintrefghu minn man-nies meta jigu appuntati ghal xi ufficju, u b’hekk jitilfu il-kuntatt, il-polz tal-poplu.
  1. Personalment din minn dejjem kienet f’mohhi, illi nara li nsib il-bilanc bejn iz-zewg realtajiet tal-politika. Ghandi kemm ghandi xoghol, kemm qabel ma nhtart f’dan l-ufficju u iktar issa, il-kuntatt mal-poplu jibqa’ vitali ghax kif dejjem intqal lili minn min iridli l-gid : in-nies jaghmluk nies. Jekk fl-Universita tal-Qroqq tghallimt il-ligi u l-virtu tal-gustizzja, fl-universita tal-hajja ta’ kuljum nitghallem hafna u hafna iktar. Ghax l-esperjenza tieghi s’issa fil-politika turini li iktar milli « jinqdew » in-nies trid li tkun mismugha, anke jekk ma tinghatax ragun fejn ma jkunx misthoqq. Imma widen, iva.
  1. Kien ghalhekk li t-Tlieta li ghaddew, ghat-tieni darba f’sitt xhur tajt l-opportunita ‘l pubbliku li jcempel lili direttament waqt Public Phone-In. Nammetti li ma kontx qed nistenna daqstant rispons tal-pubbliku, u ta’ dan grat ferm, peress li dahlu iktar minn 350 telefonata f’inqas minn 3 sighat. Jien personalment lahhaqt irrispondejt madwar sebghin telefonata u hadt nota tal-ilment, suggeriment, inkwiet jew informazzjoni li ghaddewli. Din l-informazzjoni bhalma ghamilna l-ewwel darba,, kollha tigi investigata u mghoddija lid-Dipartimenti koncernat. Fejn ma stajtx nirrispondi personalment il-kumplament tat-telefonati, ittiehdu, sa fejn kien possibbli, d-dettalji tal-mijiet ta’ telefonati li dahhlu biex fil-jiem ta’ wara, iddedikajt sighat ohrajn biex incempillhom personalment kollha, biex nara xi xtaqu jghiduli. 
  1. Il-pubbliku tassew wera li jixtieq ikollu opportunitajiet bhal dawn li jitkellem mal-politici. U dan bir-ragun ghax fl-ahhar mill-ahhar id-decizjonijiet tal-politiku jeffetwaw il-hajja ta’ kulljum tal-pubbliku. Ghalhekk dan il-Partit dejjem emmen fid-djalogu, fid-diskussjoni u fil-konsultazzjoni.
  1. Il-missjoni tal-politika issir qalb in-nies, u ghalhekk irridu nuzaw l-ghodda li jaghtuna z-zminijiet kemm nifilhu u bl-ahjar mod possibbli. Iz-zjajjar fil-familji biex jinzamm kuntatt man-nies huma importanti u sbieh; Daqstant iehor importanti huma is-sighat li naghmel nircievi n-nies fl-ufficju tieghi ta’ kull gimgha, fejn iltqajt ma’ mijiet fl-ahhar xhur. Izda tajjeb ukoll li nkunu kreattivi kif inzommu l-kuntatt taghna mal-pubbliku, u ma nistennewx li huma jigu ghandna imma anke li noffru s-servizzi taghna, biex ahna mmorru ghandhom. Fid-dinja li qed nghixu, l-ghodda tal-komunikazzjoni huma bosta u avvanzati. Fl-ahhar snin rajna id-diskussjoni politika ticcaqlaq minn fuq wara ta’ trakk waqt xi corner meeting, ghal fuq dibattitu politiku fuq it-TV, u ghal fuq il-blogs instantanji tal-internet.  
  1. Il-Public Phone-In hassejt li kien mod iehor biex il-pubbliku isibha ftit iktar facli li jghaddili hsibijietu, u biex jien inkun nista’ nisma’ dak li jixtieq jghidli. Inrodd hajr minn qalbi ‘l dawk li cemplu u niskuza ruhi li ma kienx umanament possibbli li niehu kull wahda mill-mijiet ta’ telefonati li dahlu. Tajjeb li l-politika tibqa’ tuza ghodda gdida u innovattiva biex tibqa’ tisma’ il-messagg. Tajjeb li l-politika tibqa’ ankrata soda mal-gheruq li huma n-nies, li huma l-ghan ahhari tal-politika nnifisha.

Nazzjon Ckejken fid-Daqs izda ggant fl-iedat - 03 ta' Mejju 2009
  1. Kienet okkazjoni specjali dik meta is-Segretarju Generali ghan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-Moon indirizza l-Kamra tad-Deputati waqt iz-zjara tieghu f’Malta, fejn tkellem dwar il-kontribut ta’ pajjizna fuq livell internazzjonali b’enfasi fuq dak fin-Nazzjonijiet Uniti. Huwa sahaq kif Malta mhijiex l-ikbar pajjiz f’termini ta’ daqs jew popolazzjoni, izda ma thallix dawn il-limitazzjonijiet ixekkluha fil-hidma taghha, u fil-kontributi fuq livell internazzjonali. Anzi, sellem ‘l kontribut intelletwali krucjali ta’ Malta fil-ligi tal-bahar, b’mod partikolari.
  1. Sa mill-Indipendenza fl-1964, Malta kellha vizjoni ghal fejn hu postha fuq livell internazzjonali. Vizjoni li halliet marka li hadd ma jista’ jhassar, u gabet reputazzjoni tajba ferm ghal pajjizna. Kien Arvid Pardo, ambaxxatur ta’ pajjizna fin-Nazzjonijiet Uniti li fl-1967 habbar l-idea seminali illi r-rizorsi tal-qiegh tal-ibhra ghandhom ikunu ikkunsidrati bhala wirt komuni tal-umanita’. Din l-idea rivoluzzjonarja Maltija giet ferm qabel zmienha, specjalment meta wiehed iqis li dan il-kuncett kien imur totalment oppost ghall-politika tal-Gwerra Bierda li kienet tiddomina ix-xena dakinhar. Iz-zewg super-potenzi tal-gurnata, kienu iktar interessati illi jizviluppaw modi kif jiehdu ir-rizorsi kollha li setghu jiftghu harsthom fuqhom. Din ir-rizoluzzjoni zviluppat u wasslet ghall-Konvenzjoni tal-Ligi tal-Bahar tan-Nazzjonijiet Uniti.
  1. Kuncett rivoluzzjonarju iehor illi hareg minn din il-gzira ckejkna fl-1988, kellu effett b’sahhtu hafna fuq livell internazzjonali. Il-Ministru ta’ l-Affarjiet Barranin ta’ dak iz-zmien Censu Tabone, kien gab ghall-attenzjoni tal-komunita’ internazzjonali il-kuncett tal-professur David Attard illi l-bdil fil-klima ghandu jinghata importanza mill-umanita’ kollha ghax huwa ta’ interess ghal kulhadd. Niftakar b’certu nostalgija l-lezzjonijiet fl-Universita mill-Prof. Attard fid-dritt internazzjonali u l-ispjega tieghu wara dan il-kuncett u proposta. Illum il-gurnata il-fenomenu tal-bdil fil-klima huwa ppruvat xjentifikament, u nafu kemm dan huwa ta’ theddida ghall-umanita’. Fl-1988, dan ma kienx il-kaz, u hadd ma kien jitkellem fuq dan is-suggett. Ghal darb’ohra Malta ipperseverat fil-vizjoni taghha, ir-rizoluzzjoni ghaddiet b’mod unanimu, u rrizultat, fost ohrajn, fil-Konferenza tal-Gnus Maghquda dwar l-Izvilupp Sostenibbli ta’ Rio de Janiero tal-1992.
  1. Il-bdil fil-klima illum il-gurnata jeffetwa il-process tad-decizjonijiet globalment, ghax jeffetwa lid-dinja kollha. Illum nifhmu ukoll kif il-bdil fil-klima huwa wiehed mill-fatturi li jikkontribwixxu ghall-immigrazzjoni irregolari. Il-pajjizi li minnhom jaharbu l-immigranti irregolari huma spiss vittmi ta’ bdil fit-temp – effett tal-bdil fil-klima. Billi nindirizzaw din il-problema nkunu qed nindirizzaw il-problema tal-immigrazzjoni irregolari indirettament. Ghamel sew is-Segretarju Generali ighid li ghandna nahdmu fuq livell globali biex il-migrazzjoni tkun ghazla u mhux necessita.
  1. Dawn is-successi fuq livell internazzjonli kienu biss possibbli grazzi ghat-tmexxija ghaqlija u vizjoni cara ta’ politici Maltin. Malta dejjem gharfet illi il-kwalita’ tal-idea hija ferm iktar importanti mid-daqs tal-pajjiz illi minnha tigi.
  1. Dan kien il-hsieb ewlieni ukoll tal-importanza ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. L-istess idea illi biha l-Partit Nazzjonalista ikkonvinca lill-elettorat qabel ir-referendum dwar id-dhul ta’ Malta fl-UE fl-2003.  Il-limitazzjonijiet fid-daqs taghna ma jxekkluniex anqas fl-Unjoni Ewropea – anke jekk ahna l-izghar pajjiz f’dan il-blokk.
  1. Anke llum Malta qed tiehu rwol krucjali ta’ tmexxija fid-diskussjonijiet dwar il-bidla fil-klima qabel is-Summit ta’ Copenhagen ta’ Dicembru li gej. Assumejna obbligi f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ tnaqqis ta’ emissjonijiet li huma daqs dawk ta’ pajjizi bil-bosta ikbar minna biex immexxu bl-ezempju. Huwa unur ghal kull wiehed u wahda minna li s-Segretarju Generali tal-Gnus Maghquda iddeskriva l-kontribut ta’ Malta u r-reputazzjoni taghha bhala dak ta’ “ggant”.  Id-diskors ta’ Ban Ki-Moon jibqa’ mfakkar ghax huwa ta’ kuragg ghall-hidma futura lil-hinn minn xtutna. Il-kontribut Malti jibqa’ jizboq il-limitazzjonijiet ta’ daqs taghna.

L-izbalji tal-Partit Laburista jaffetwawna ukoll - 17 ta' Mejju 2009
  1. L-esperjenza tal-prattika fil-Qorti tghallmek dwar hwejjeg ‘l barra mill-Qorti u mill-ligi innifisha, u tghallmek tanalizza certi episodji b’certu mod, li twassal biex tifhem ahjar. F’certi kazi ta’ importanza jew certu kumplessita, il-klijent gieli jqabbad iktar minn avukat wiehed biex jiddefenduh jew jirraprezentawh. Dawn l-avukati flimkien jiftiehmu biex jaghzlu l-ahjar triq bl-ahjar argumenti biex juru li l-klijent taghhom ghandu ragun. Jista’ jkun li l-avukati ma jkunux jaqblu fuq kollox bejniethom, izda l-importanti li jiftiehmu kif ser jitkellmu u ser jagixxu, halli ma jidhrux mifruda jew jistonaw– ghax fl-ahhar mill-ahhar qeghdin jirrapprezentaw l-istess interessi tal-istess klijent. Tkun kontroproducenti jekk dawn l-avukati ma jaqblux bejniethom  ghax il-probabbilita’ hija li ma jikkonvincux u l-kawza tintilef.
  1. Hames snin ilu pajjizna ghazel hames rapprezentanti tieghu, bhal avukati tieghu, biex jirraprezentawh quddiem “qorti” partikolari hafna – dik tal-Parlament Ewropew. Dawn il-hames avukati huma id-deputati ewro-parlamentari taghna li jirrapprezentawna gewwa wiehed mill-ghola organi tal-Unjoni Ewropea. 
  1. Fl-ahhar jiem intqal hafna dwar kif ivvutaw id-deputati Ewro-parlamentari tal-PL dwar il-vot importanti biex jigi ratifikat il-ftehim imsejjah “Dublin 2”. U bir-ragun. Dan il-vot kien ifisser pass iehor biex tigi miggielda ahjar il-problema serja tal-immigrazzjoni irregolari f’pajjizna. Izda l-mod irresponsabbli u mill-iktar dilettantesk li ivvutaw bih id-deputati Laburisti ma ghamel xejn hlief ghadda messagg ta’ konfuzjoni u dizgwid fil-kamp Malti mal-kollegi Ewropej taghna. Dan il-vot tad-deputati tal-PL, ta l-impressjoni li pajjizna donnu ma jistax jiddeciedi jekk dan il-vot kienx tajjeb jew hazin ghalih. Kif nistghu nikkonvincu ‘l barranin xettici jekk ma nkunux univoci?
  1. Wiehed ma jistax ma jghidx kemm dan ma jirrifletti xejn tajjeb fuq kif nidhru meta nigu biex ninnegozjaw. Il-hsara li saret b’dan il-vot krucjali minhabba l-irresponsabilita tal-ewrodeputati Laburisti Maltin hija kbira hafna, u jaf ikollu konsegwenzi. Malta hames deputati ghandha mhux hamsin; u li dawn ma jaqblux bejniethom fuq vot tant ovvju, u ta’ importanza tant kbira mhuwiex accettabbli.
  1. Meta jigru episodji bhal dawn, kif nistghu naslu nippretendu li nikkonvincu ‘l pajjizi l-ohrajn tal-Unjoni, specjalment dawk tat-tramuntana tal-Ewropa, biex jifhmu kemm hi serja din il-kwistjoni ghalina? Kif nistghu naslu li nitolbu iktar ghajnuna dwar l-immigrazzjoni illegali meta qed naghtu l-impressjoni li ninsabu mifruda fuq is-suggett?
  1. Hasra u ghajb li ghall-mexxej tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat qisu ma gara xejn u l-Labour bil-kemm ma jridx jirredikola l-istorja. Mexxej ghaqli kien jimxi mod iehor. 
  1. Zbalji bhal dawn m’humiex accettabbli, ghax juru traskuragni kbira, u nuqqas ta’ serjeta’ li pajjizna m’ghandux bzonn. Id-deputati laburisti fil-Parlament Ewropew qed juru bic-car inadegwatezza kbira, u dan mhux qed jirrifletti hazin biss fuq il-partit taghhom, li qatt ma kien konvint dwar l-Unjoni Ewropea, izda qed jirrifletti hazin ferm fuq pajjizna. Zbalji bhal dawn idghajjfu bis-sahha il-pozizzjoni ta’ Malta madwar il-mejda tad-decizjonijiet, b’konsegwenzi li zgur hadd ma jixtieq. Pajjizna jixraqlu ahjar.

Tama Certa - 12 ta' April 2009

Regard your good name as the richest jewel you can possibly be possessed of - for credit is like fire; when once you have kindled it you may easily preserve it, but if you once extinguish it, you will find it an arduous task to rekindle it again. The way to gain a good reputation is to endeavor to be what you desire to appear.
Socrates

  1. Kien sewwa u xieraq li din il-gimgha rajna programmi tajbin ferm dwar hajjet l-iktar politiku ta’ success li kellha Malta. Ghax hu tassew rari li bniedem li jiddomina fis-sens pozittiv tal-kelma u l-azzjoni, x-xenarju politiku ghal kwazi nofs seklu u fl-istess waqt jibdel u jbiddel it-tessut ekonomiku, socjali u politiku b’mod li Malta inbidlet mill-lejl ghan-nhar.
  1. Pero iktar milli jfakkru l-passat dawn il-programmi nemmen li gieghlu ‘l hafna bhali li jirriflettu dwar l-iskop ahhari u essenzjali tal-politika. Veru kien hemm min miskin tant li ghazel jimmarka dan it-tragward uniku b’attakk vili u qarrieq tant li iltqajt ma’ min stmerru anke jekk kien gej min ta’ madwar dan il-kittieb. Nemmen, izda, li l-maggoranza li raw dawn it-tifkiriet indunaw, apprezzaw u ftakru kemm staghniet Malta taghna minhabba l-politika ta’ serjeta u ta’ valuri li haddan Dr Fenech Adami.
  1. Hassejt li dawn it-tifkiriet hargu fil-berah sew id-differenza li ggib, fuq skala nazzjonali, politika imnebha mill-valuri ta’ umanezimu fejn il-bniedemen hu fic-centru u fejn anke fis-suq ghandu jkun hemm l-etika, kontra dik il-politika li trid tahkem biex tahkem, b’nuqqas ta’ ippjanar u nieqsa mis-serjeta. Ghax mhemmx dubbju li l-politika imnebbha mill-valuri demokristjani hija tassew l-ahjar mod kif taghmel il-gid u ttejjeb l-ghajxien tas-socjeta, ghax anke fl-avversita u d-disfatti din ma taccettax il-vendetta u l-imrar izda tizra’ t-tama certa ta’ ghodwa isbah ghax is-sewwa jirbah. Ghax hija l-istess storja tal-bniedem li tixhed li l-awqa valuri, specjalment dawk li jharsu id-dinjita u l-libertajiet fondamentali tal-bniedem, huma wirt tal-fidi nisranija u huma mghagunin fil-poltika demokristjana li l-Partit taghna haddan ghal dawn l-ahhar ghexieren ta’ snin.
  1. Pero jehtieg infakkru minn fejn gejjin u x’inhu dak il-balzmu ta’ gabra ta’ valuri li janima hidmietna. Ghax dan il-Partit taghna jrid jibqa’ juri u jixhed li l-valuri taghna huma r-raguni ghala dan il-Gvern qed jirnexxielu jwiezen ‘l Malta qalb dan it-taqlib u tigrif fid-dinja finanzjarja u ekonomika. Ghax mhux facli li irnexxielna noholqu 7,000 impjieg gdid fl-ahhar 12-il xahar mentri f’pajjizi ikbar minna iggarfu banek u l-ekonomiji hadu majnata ‘l isfel. Pero jehtieg ikunu dawn il-valuri demokristjani wkoll li jfakkruna lkoll li fl-istess hin f’pajjizna hemm bosta li intlaqtu u huma mwegghin. U ma’ dawn irridu nuru moghdrija, empatija u li jhossuhom mifhuma. Irridu nuru li qed nifhmu l-wegga’ ta’ min hu mugugh. Huma min huma. Li jimpurtana mhux minn numri izda min nies.
  1. F’dan il-jum tant ghaziz ghalina l-Insara ejja nimtlew bit-tama certa li qalb il-burraxka li qed tahkem lid-dinja, dan il-Partit fil-Gvern ghad ghandu l-ghaqal, ir-rieda u l-fidi fil-poplu taghna li ser jghinuna nirbhu l-isfidi. L-istorja tal-valuri li nipprofessaw hija l-aqwa garanzija ghal gejjieni. Minn qalbi nawgura Ghid mimli paci lilek, sur Editur, 'l impjegati tieghek u ‘l qarrejja kollha
Parole - fl-interess tal-pubbliku - 15 ta' Marzu 2009
  1. L-ahhar jiem kienu karatterizzati, u bir-ragun, b’dibattitu fuq il-mezzi tal-media dwar l-ewwel anniversarju tal-Partit Nazzjonalista fil-Gvern, ghal din il-legislatura. Tista tghid li l-ahhar sena giet u qed tigi analizzata minn kull angolu, u aspett, b’rendikont isir, filwaqt li jsir tbassir ghas-sena li jmiss. X’hin inhares lura lejn l-ahhar sena, mill-ewwel ninduna kemm dan il-Gvern kien wiehed li jikkonsulta u jisma’.
  1. Bizzejjed nghidu li fl-ahhar sena gew ippublikati numru gmielu ta’ white papers jew ahjar dokumenti ghall-konsultazzjoni tal-pubbliku u ta’ kull min huwa interessat. Wahda minn dawn il-white papers illi bhalissa qieghda fil-process ta’ konsultazzjoni, giet mahruga mil-Ministeru ghall-Gustizzja u Intern u ggib l-isem ta’ Gustizzja Riparatrici. Wahda mit-temi li ghalija hija ghal qalbi ferm, illi qed tigi diskussa f’dan id-dokument hija il-parole, u l-proposta li din tiddahhal f’pajjizna.
  1. Fil-legislatura li ghaddiet l-onorevoli Jose Herrera u jien, konna vicin li nipprezentaw private members bill flimkien, fil-Parlament. Din sfortunatament qatt ma giet ipprezentata habbaf li kienet wasslet l-elezzjoni generali. Din l-inizjattiva issa qed tittiehed mil-Ministeru responsabbli ghall-Gustizzja, u ghalhekk ma nistax hlief nesprimi sodisfazzjon ghax tassew nemmen illi il-ligi tal-parole tista’ taghmel biss gid.
  1. Il-parole f’Malta kienet tezista f’forma bikrija fil-bidu tas-seklu 20, bejn wiehed u iehor fis-snin ghoxrin, meta l-Kurunell Bamford li dak iz-zmien kien responsabbli mil-habs, kien ipprattika forma ta’ parole. Permezz ta’ din il-prattika, il-prigunier kien jaghti l-kelma tieghu illi josserva numru ta’ kundizzjonijiet biex jigi rilaxxat b’mod kundizzjonat u osservat. Ghalhekk tissejjah parole, ghax il-prigunier jaghti l-kelma tieghu. Din il-prattika tal-parole, ma tkomplietx f’Malta mil-kurunell successur ta’ Bamford.  
  1. Il-parole hija ppruvata xjentifikament, li hija sistema effettiva u li tahdem, u li permezz taghha tonqos ir-regidivita’ - igifieri li wiehed jerga jiddahhal il-habs ghat-tieni jew iktar drabi. F’Malta ghandna rata gholja ferm ta’ regedivita’ ta’ madwar 60%. Fl-istatistika tal-habs huwa maghruf li hemm min iddahhal madwar 30 darba il-habs! Huwa fl-interess tas-socjeta’ li din ir-rata tonqos. Kull fejn iddahhal il-parole huwa maghruf li din ir-rata ta’ regedivita’ naqset bis-sew.
  1. Il-parole tahdem ghax mihijiex xi haga awtomatika. Biex habsi jinghatalu l-parole, irid japplika u jidher quddiem bord mahtur apposta, u m’hemm l-ebda garanzija li l-parole tinghata. Biex il-parole jinghata ikun irid jissodisfa u jgib prova ta’ numru ta’ kundizzjonijiet li jpoggi l-bord. Fost dawn il-kundizzjonijiet ikun hemm jekk il-persuna verament nidmitx mill-atti li wettqet, jekk turix xewqa ta’ riforma. Kundizzjoni ohra tkun jekk il-persuna ghandiex intenzjoni li tahdem meta tkun barra l-habs, u biex isir dan jekk il-persuna attendietx programmi edukattivi fil-habs biex ittejjeb il-possibbilita’ ta’ impjieg. Il-bord ihares ukoll illi l-vittma tar-reat ikun imhallas ghar-reat illi jkun sar fil-konfront taghha, biex jithalla isir parole.
  1. kundizzjonijiet ohra jistghu ikunu li l-persuna ma tithalliex tersaq lejn postijiet partikolari, jew irhula partikolari. Bl-istess mod, il-persuna tista’ tintalab illi tkun id-dar taghha f’certu hin tal-gurnata, u ma tkunx tista’ tohrog wara certu hin. Il-bord jista’ jitlob illi l-persuna jkollha tipprezenta test tal-urina b’mod regolari biex tizgura li ex-dipendenti ta’ sustanzi illegali jibqghu indaf. Jista jintalab ukoll illi l-persuna trid issib xoghol sa certu zmien stabbilit minn qabel. Jekk tinkiser xi wahda mil-kundizzjonijiet li jkunu saru minn dan il-bord, il-persuna terga tidhol il-habs biex tkompli tiskonta s-sentenza taghha.
  1. Ghalhekk meta wiehed janalizza sew il-ligi tal-parole u kif tahdem, wiehed malajr jintebah illi huwa fl-interess tal-pubbliku li din il-Ligi issehh. Ghax huwa fl-interess tal-pubbliku illi tonqos ir-regedivita’, u li min ixellef dufrejgh mal-ligi jirriforma ruhu, biex jerga jibda’ jikkontribwixxi lis-socjeta’.

Sostenibbilta' u razzjonalita' ghall-gid tal-komunita - 29 ta' Marzu 2009
  1. Sena mill-ahhar elezzjoni generali, Marzu ta’ din is-sena qed jaghtina l-opportunita’ li nirriflettu ftit fuq il-hidma ta’ l-ahhar tnax-il xahar, biex nevalwaw u nezaminaw fejn sejjer dan il-Gvern b’hidmietu. Ghal dan il-ghan, il-Gvern nieda kampanja informattiva fejn il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari qed jippublikaw rapporti dettaljati ta’ x’sehh fl-ahhar tnax il-xahar fil-portafol rispettivi taghhom, u ta’ kif huwa ppjanat illi jiffacjaw it-tnax-il xahar li gejjin.
  1. Is-Segretarjat Parlamentari li minnu jien responsabbli hadem qatih fl-ahhar sena, biex fil-vizjoni tal-Prim Ministru illi l-artijiet ghandhom jigu mmexxijja f’iktar sintonija ma dak li ghandu x’jaqsam mal-finanzi tal-pajjiz, il-proprjeta tal-Gvern tirrifletti l-valuri tal-izvilupp sostenibbli, f’uzu dejjem iktar razzjonali.
  1. Dan kien il-hsieb principali illi ikkaratterizza l-hidma ta’ dan is-Segretarjat. Sa mill-ewwel jiem emminna illi ghal xejn ikollok rizorsa bhal ma hija l-art f’pajjizna, jekk ma nibzghux ghaliha, jekk ma nhaddmuwhiex bl-ahjar mod, u nhallu ‘l min jiehu vantagg illegali minnha.
  1. Bl-istess mod emminna illi l-art li ghandna, ghandha tintuza dejjem fl-aqwa potenzjal taghha, u ghal gid tal-komunita’. F’dan id-dawl, wara sena biss, illum nistghu nitkellmu fuq iktar minn 2 miljun ewro illi d-Dipartiment tal-Artijiet ghadda ‘l NGOs, Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet sportivi permezz ta’ devoluzzjonijiet ta’ art pubblika jew tal-Gvern. Dan sar għax is-Segretarjat għadda proprjetajiet b’kirjiet nominali, illi ma jirriflettux il-valur kummerċjali ta’ dawn is-siti biex b’hekk tingħata għajnuna ‘l dawn l-organizzazzjonijiet illi jikkontribwixxu fis-soċjeta’. Dan sar ghax tassew nemmnu fis-socjeta’ civili u fis-servizz li taghti lis-socjeta taghna. Nemmnu fl-ghaqdiet u l-gruppi illi jahdmu biex jikkontribwixxu ghal-fi bra socjali taghna. Nemmnu fl-NGOs illi jipprotegu l-wirt nazzjonali ta’ pajjizna, filwaqt illi jkomplu jibnu fil-prodott turistiku ta’ pajjizna. Iktar proprjeta’ hija ppjanata li tgħaddi għand iktar organizzazzjonijiet fil-ġimgħat li ġejjin.
  1. Il-hidma ta’ dan is-Segretarjat iffukat fuq bosta setturi ohra. Ir-riforma fl-iskema tal-fidi ta’ ċnus tal- Ufficju Kongunt li kienet imħabbra fl-aħħar ġimgħat intlaqat tajjeb, ghax tahdem biex issahhah il-valuri tal-izvilupp sostenibbli. Din l-iskema ser tkompli tiġi msaħħa, permezz ta’ farming out għal servizzi ta’ nutara biex tiġi indirizzata l-problema ta’ dewmien illi jeżisti f’din l-iskema – riżultat tas-suċċess kbir li kellha din l-istess skema meta giet mnedija. Permezz ta’ dan il-farming out, ikun jista’ jitħaffef iż-żmien ta’ stennija li wieħed ikollu jistenna biex jinfdielu ċ-ċens.
  1. Fl-istess waqt qed jigu investigati u tittiehed azzjoni fuq iktar minn 585 rapport li dahlu fuq il-freephone 1577 fuq abbuz tal-proprjeta pubblika. Tajjeb li inrodd hajr ‘l pubbliku li qed jaghmel uzu ghaqli minn dan is-servizz miftuh 24 siegha kuljum u mix-xahar li ghadda accessibbli wkoll ghal telefonati li jsiru minn fuq telefon cellulari.
  1. Is-Segretarjat ghall-Erarji Pubblici u Artijiet bħalissa għaddej b’diskussjonijiet mal-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu biex isir masterplan dwar l-imwejjed u s-siġġijiet f’lokalitajkiet turistiċi. Dan il-masterplan għandu jara illi l-għamara li tinħareg barra stabbilimenti tal-ikel isegwu pjan illi jiffavorixxi prodott turistiku aħjar, mingħajr ma jtellfu l-aċċessibbilita’ tal-lokal innifsu. Diskussjonijiet ohrajn ghaddejin mal-istess MTA dwar maniġġjar aħjar tal-bajjiet fix-xhur sajfin.
  1. Dan kollu jmur id f’id ma’ iktar hidma li qed issir illi ser naraw il-frott taghha dalwaqt. F’kollaborazzjoni mal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarjiet Rurali, is-Segretarjat tieghi qed jahdem biex jiġi żgurat aċċess għall-kampanja u xtajtiet f’Malta u Ghawdex. Dan l-eżerċizzju ser iwassal biex il-pubbliku jkun jista’ jaċċessa postijiet ta’ sbuħija naturali, illi sal-lum m’humiex aċċessibbli. Dan jikkumplimenta eżerċizzju li ghaddej biex ikun hawn legiżlazzjoni li tirregola il-camping f’pajjiżna ghall-ewwel darba.
  1. Il-hidma ta’ dan is-Segretarjat fl-ahhar sena iffukat fuq l-importanza illi l-art pubblika titgawda tassew mil-pubbliku, filwaqt li jigi ‘mmassimizzat il-valur taghha. Xprunati mis-sostenn u l-apprezzament tal-poplu, ser nibqghu ghaddejjin f’din it-triq li qbadna.
Fid-dghufija hemm is-sahha tas-socjeta' - 1 ta' Frar 2009
  1. Nhar l-Erbgha fil-Parlament tkompla it-tieni qari tal-abbozz ta’ ligi dwar emendi ghall-kodici kriminali fejn jirrigwardjaw atti ta’ terrorizmu, razzizmu u xenofobija, fost ohrajn.
  1. Habat tajjeb li il-Parlament iddiskuta, mhux b’kumbinazzjoni, din l-emenda proprju l-ghada ta’ Jum it-Tifkira, il-jum illi fih jitfakkru madwar id-dinja l-hruxijiet ta’ l-Olokawst. Proprju din l-emenda fil-ligi taghmel delitt li wiehed inaqqas, itaffi jew ixejjen mill-kruha u l-entita tal-Olokawst jew kwalunkwe genocidju iehor. U dan x’rizultati jista’ jaghti?
  1. Meta nahseb f’genocidju, hsiebi minnufih immur ghal zjara ufficjali tal-Parlament  illi sentejn ilu mexxejt fil-kampijiet ta’ koncentrament ta’ Auschwitz u Birkenau fil-Polonja, u kif din l-esperjenza immarkatni. Kienet tassew zjara li fiha esperjenzajna mill-qrib il-metodi sofistikati u avvanzati li l-bniedem kien kapaci jizviluppa biex johloq l-ammont massimu ta’ tbatija u ugieh fil-konfront ta’ siehbu uman iehor, f’isem duttrina razzista.  F’dawn il-kampijiet rajna kif ir-regim Nazzista zamm il-kontroll fuq il-hajja u l-mewt tal-prigunieri. Aneddotu li jkessah u li nibqa’ niftakar kien ta’ wiehed detenut, li f’att ta’ disprament ipprova jikkommetti suwicidju billi jintefa’ fuq ir-recint tal-wires elettrici, izda ghal xi raguni dan ma mietx. Is-suldati Nazzisti, salvaw ‘l dan ir-ragel minn halq il-mewt, ghinuh jistejqer u jgib sahhtu – biex qatluh ftit tal-jiem wara. Id-dutrina perversa kienet cara. Fil-kampijiet ta’ koncentrament, ir-regim Nazzista huwa l-awtorita’ estrema fuq il-hajja kif ukoll fuq il-mewt.
  1. Ghalhekk tajba l-emenda fil-ligi li tipprovdi li hadd ma ghandu d-dritt li jirpprova jtaffi jew ixejjen dawn id-delitti kontra l-umanita’, ghax dawn huma delitti kontra l-umanita’ kollha. Dak li gara 60 sena ilu, fil-qalba tal-Ewropa seta’ jsehh ghax dak iz-zmien il-Gvernijiet tad-dinja ipprattikaw politika ta’ appeasment (li ma ddarasx), u li ppermettiet dawn it-tragedji. Politika ta’ appeasment ma haditx bis-serjeta’ it-theddida tar-regim Nazzista u Faxxista, bl-iktar elementi dghajfa tas-socjeta jaqghu vittmi tas-silenzju. Dik is-socjeta li tinsa il-passat taghha, tidhol fir-riskju illi terga’ tghixu f’forma jew ohra
  1. Is-socjeta’ hija b’sahhitha daqs kemm hija kapaci tiddefendi l-iktar elementi dghajfa fi hdanha. Ghalhekk huwa tajjeb li il-legislatur jipprovdi li il-xenofobija, ir-razzizmu u t-terrorizmu jkunu reati kriminali u jharrax il-pieni kontrihom
  1. F’Malta ghalkemm ghandna liberta’ ta’ l-espressjoni shiha, ghadna ngawdu minn valuri sodi illi ta min wiehed jiftahar bihom. Sfortunatament pero’ f’dan il-pajjiz xi kull tant tisma’ xi zgarratura b’xi dikjarazzjoni xokkanti li tkun imnebbha mill-xenofobija. Ghalhekk huwa tajjeb li mill-parlament b’vuci wahda unanima nibghatu messagg li dan ma jistax  jigi tollerat. Dan it-tip ta’ lingwagg spiss ikun dannuz ghas-socjeta’ innifisha.
  1. Din l-emenda tipprovdi ukoll ghal tifsira ta’ x’inhija piraterija u taghmel delitt b’pieni sostanzjali, fejn ikun hemm kazi ta’ dan it-tip. Dan l-abbozz ta’ ligi igib fis-sehh direttiva Ewropea, illi gejja minn trattat internazzjonali li jitkellem dwar sigurta tan-navigazzjoni marittima. Din il-Konvenzjoni kienet saret biex fasslet ligijiet internazzjonali li jirregolaw dik li hija piraterija tal-bahar, wara l-kaz ta’ Achille Lauro tal-1985, fejn l-istess passiggieri jkunu t-terroristi li jiehdu kontroll tal-vapur.
  1. Ghax tassew nemmnu illi socjeta’ hija b’sahhitha daqs kemm hija kapaci tiddefendi l-iktar elementi dghajfa fi hdanha ghaddejna din il-ligi. Holqa ohra fil-katina ta’ inizjattivi tal-komunita internazzjonali fil-glieda kontra t-tkasbir tad-dinjita umana.

Malta ghadha ta' Pawlu? - 15 ta' Frar 2009
  1. Nhar it-Tlieta l-10 ta’ Frar kien jum importanti fil-kalendarju Nisrani Malti. Jum li fih il-Knisja Kattolika ticcelebra l-Festa Nazzjonali tan-Nawfragju tal-Appostlu San Pawl – Patrun ta’ Malta. Laqatni il-panigierku illi niseg l-Isqof ta’ Ghawdex, Monsinjur Mario Grech waqt il-pontifikal tal-okkazzjoni, it-Tlieta filghodu.
  1. F’dan il-panigierku, Monsinjur Grech tefa’ dawl fuq id-djalogu bejn il-Fidi u r-Raguni u kif dan japplika ghall-okkazjoni ccelebrata. Huwa tkellem fuq kif l-appostlu tal-gnus kien jinkoraggixxi favur dan l-attegjament djaloganti, ghax mhux l-gherf li jdawwal il-misteru, imma huwa l-misteru li jdawwal ir-raguni taghna. Misteru li jixpruna r-raguni biex tinkiseb il-verita’.
  1. L-Isqof Grech pero’ innota kif minn l-Illuminizmu l’hawn il-bniedem haseb li bl-uzu tar-raguni huwa seta jikseb il-helsien, u l-hakma fuq kollox. Ir-razzjonalita’ donnha tat lill-bniedem, rajh f’idejh u ghamlitu protagonist ta’ hajtu. L-ghawg beda meta l-bniedem beda juza r-raguni mhux biss biex jaghraf ir-realta’ imma biex ‘johloq’, u f’dan il-process genneb lil Alla li Hu stess Hu intelligenza kreattiva.
  1. F’dan il-kuntest, il-bniedem modern naqas milli jifhem l-importanza tal-Missier, anke dak fis-sema. F’dan il-qafas, Monsinjur Grech staqsa x’sens jaghmel illi niccelebraw il-Festa ta’ San Pawl Missierna, meta il-bniedem modern irrinunzja ghall-paternita Divina? X’sens jaghmel li niccelebraw din il-Festa, meta San Pawl stess jghid “ghandkom hafna ghalliema, imma missier wiehed ghandkom ghax jien nissiltkom fil-fidi permezz ta’ l-Evangelju”
  1. Allura johrog certu element ta’ kontradizzjoni meta l-bniedem modern, il-Malti modern jonqos milli jirrikonoxxi l-paternita’ Divina, u jaccetta ’missierijiet surrogati’ ohra, izda fl-istess waqt ma jiddejjaqx isejjah ’l Pawlu Missier. Meta l-bniedem jiddivorzja ir-raguni mill-fidi, jidhol fi stagun ta’ dak li huwa irrazzjonali. Mosinjur Isqof, kompla li hija hasra li bniedem qed jitlef il-pjacir li jfittex il-motiv ghaliex qed jghix u x’hemm ’l hinn mill-mewt. Dan l-istat l-Isqof xebbhu mal-ezilju tal-Lhud illi ma bediex meta l-poplu t’Alla gie mehud minn artu, lejn art il-barrani, izda meta waqaf jahseb fl-art imwgheda, u dara l-esperjenza tal-ezilju. Dakinhar huma ma baqghux jiddispjacihom ghax kienu eziljati u tilfu n-nostalgija ghall-patrija. Fil-kaz taghna, l-ezilju jibda’ meta ma nibqghux inhossu l-bzonn li niskopru dak li jaghmel sens fil-hajja, meta ma nibqghux nistennew il-futur.
  1. Filosfu kontemporanju jislet hsibijiet dwar in-nawfragju innifsu. Huwa jghid li zmien ilu sar nawfragju izda l-bniedem kien fuq il-blat josserva – ghalkemm kienet tragedja mill-ikrah, huwa ma bezax ghax kellu saqajh fis-sod u kien jaf li jigri x’jigri, il-mewg ma setax jahkmu u jaghmillu d-deni. Il-Filosfu jxebbah dan iz-zmien ilu maz-zmien Klassiku fejn il-bniedem kellu punti sodi ta’ referenza, u li fuqhom seta’ jserrah. L-istess filosfu jkompli jghid li sehh nawfragju iehor izda din id-darba l-ispettaturi kienu ulied l-epoka tal-modernita’ u l-post-modernita’, u dawn ma kellhomx art ferma fejn iserhu riglejhom, u intilfu huma ukoll.
  1. L-Isqof Grech hawnhekk kompla bl-osservazzjoni tieghu: huwa staqsa kellu jsehh nawfragju illum fir-realta’ taghna, ghandna riglejna jserrhu fis-sod, jew nirriskjaw li nintilfu mal-bastiment?
  1. Fil-konkluzjoni tieghu Monsinjur Isqof qal illi ghandna sfida quddiemna li nistimulaw il-hsieb billi ndawluh bil-fidi. Id-djalogu bejn il-fidi u r-raguni huwa ezercizzju li jghinna nikbru fl-gharfien ta’ Kristu, biex tassew pajjizna jibqa’ ta’ Pawlu – jibqa’ ta’ Kristu.
None
  • Dec 08
  • Nov 08
  • Oct 08
  • Sep 08
  • Aug 08
1577 u Sant Iermu - 14 ta' Dicembru 2008
  1. Kien ta’ sodisfazzjon kbir ghalija li nhar it-Tlieta li ghaddew niedejt progett u weghda tieghi personali u li issa hija parti mill-agenda tal-hidma tal-Gvern. Habbart il-Freephone gdid 1577 sabiex il-pubbliku jkun jista’ jirraporta l-abbuz tal-proprjeta pubblika, liema rapprti jistaghu isiru erbgha u ghoxrin siegha kuljum, anke b’mod anonimu.
  1. Il-progett tal-infurzar tal-ligijiet li jirregolaw il-proprjeta’ pubblika f’pajjizna miexi gmielu izda baqghalna x’naqdfu. Bhalma shaqna iktar minn darba, sfortunatament il-ligijiet wahedhom mhumiex bizzejjed biex ghalhekk tohrog bic-car l-importanza tal-azzjonijiet tal-infurzar illi permezz taghhom, nipprotegu d-drittijiet ta’ dawk li ghandhom ghal qalbhom is-sewwa u l-ligi.
  1. Dan imur id f’id ma’ dak li sehh nhar l-Erbgha li kienet gurnata ohra importanti f’dan il-qasam. Nhar l-Erbgha 10 ta’ Dicembru fil-fatt ghamilna azzjonijiet ta’ infurzar fil- Forti Sant’Iermu fil-Belt Valletta.  Dawn l-azzjonijiet sehhew bil-kollaborazzjoni ta’ bosta, fosthom il-Kunsill ghall-Kultura u Arti u l-partecipazzjoni ta’ entitajiet bhall-Pulizija, il-Forzi Armati ta’ Malta, u haddiema tad-Dipartiment tax-Xogholijiet kif ukoll haddiema tal-Enemalta. Minn hawn nixtieq nirringrazzjahom kollha tal-ghajnuna u l-hidma taghhom.
  1. Din l-azzjoni li niehu gost ninnota ntlaqghet tajjeb hafna mill-pubbliku, saret bi djalogu dirett u kontinwu mal-Ghaqda Partecipanti Karnival da parti tal-Kumitat tal-Karnival. F’komunikazzjoni li kelli personalment mal-Ghaqda, tennejt dak li kien diga miftiehem, u kif dawn l-entuzjasti ser jithallew jaghmlu uzu mill-kmamar f’Sant’Iermu sakemm l-awtoritajiet responsabbli mill-Karnival isibu rimedju u alternattiva xierqa li tkun taqdi l-bzonnijiet taghhom.  Il-Gvern qatt ma kellu f’mohhu illi jitfa’ fit-triq lil dawn id-delettanti li wara kollox b’hafna sagrificcju u dedikazzjoni jaghtu servizz lis-socjeta’ kollettiva ta’ kull sena. Il-hsieb tal-Gvern kien sa mil-bidu illi jehles lill-Forti Sant’Iermu minn abbuz ta’ proprjeta’ pubblika li ilu ghaddej snin, u li xi kull tant ma jsirx ghal ghanijiet mill-iktar nobbli.
  1. Intant din kienet holqa ohra fil-katina twila ta’ azzjonijiet illi issa qeghdin iwasslu dejjem l-istess messagg – Dak li m’huwa ta’ hadd, m’huwiex hemm biex naqbad u niehdu jien malajr qabel ma jghaddini xi hadd iehor. Bhalma ghidt fl-attivita ghall-istampa li organizzajna ghat-tnedija tal-Freephone 1577, meta morna l-ewwel darba naghmlu infurzar f’Tas Sliema f’April li ghadda, uhud hasbu illi din kienet biss azzjoni ta’ darba u li kollox kien ser jittregga’ lura ghal kif kien f’qasir zmien.  Izda illum l-opinjoni pubblika taqbel illi id-Dipartiment tal-Artijiet fi hdan id-Divizjoni Proprjeta’ tal-Gvern mhux ser jittollera ebda tip ta’ abbuz, u ser ikompli fil-mixja tieghu.
  1. Fl-istess spirtu, ghandi l-pjacir nghid li l-gimgha li gejja ser inkun qed naghmel xi haga li ilha xewqa tieghi ghal snin twal.  Ghal ftit tas-sighat il-gimgha d-diehla ser inkun qed nirrispondi linja tat-telefon 2295 3888 jien personalment, u li fuqha ikun jista’ jcempel kulmin irid, sabiex jghaddi l-kummenti, suggerimenti, ilmenti u osservazzjonijiet ohra. Dan l-ezercizzju ser nibqa’ naghmlu fuq bazi regolari. Dan qed naghmlu ghax verament nemmen li ahna l-politici ghandna l-privilegg u d-dover li nibqghu vicin tal-poplu. Nemmen li din l-ghodda li ser inkun qed naghti ‘l pubbliku biex jikkomunika mieghi, apparti l-pubbliku li niltaqa’ mieghu ta’ kull gimgha, huwa mezz iehor kif nuri li rrid nisma’. Is-smigh fil-politika jghallem qatigh.
Prudenza u Kuragg - 9 ta' Novembru 2009
  1. Inqas minn gimgha wara d-diskors tal-Budget nistghu nibdew nifhmu verament kemm dan il-Budget huwa wiehed mahsub li jhares fit-tul u allura jpoggi s-sostenibilita’ tal-ekonomija taghna bhala prijorita’, waqt li ma jinsiex il-valur tas-solidarjeta. Fi klima ta’ incertezza u ta’ taqlib u tifrik finanzjarju internazzjonali, dan il-Partit fil-Gvern qed juri li jaf iwahhad flimkien il-prudenza u l-kuragg.
  1. Ghax trid tkun Gvern prudenti u umli tammetti li minhabba l-klima internazzjonali u minhabba l-effett ta’ l-iskemi tal-haddiema tat-Tarzna u l-prezz taz-zejt fl-ahhar xhur fuq il-finanzi tal-pajjiz, ser ikun hemm revizjoni ckejkna fuq il-miri ta’ din is-sena u s-sena d-diehla.
  1. Pero’ hemm element ta’ kuragg u ghaqal muri fit-tnaqqis ta’ iktar taxxa tad-dhul, fl-istess waqt li inzidu l-investiment fil-qasam socjali u tas-sahha. Ejja nuru li ahna sensittivi u sensibbli ghal dak li l-poplu ghandu bzonn u ghalhekk ma nixxahhux fejn hu mehtieg. L-vot tas-sahha zdied bi kwazi erbghin miljun ewro fuq is-sena l-ohra u l-vot tal-qasam socjali jixrob kwazi nofs il-budget kollu. Hekk xieraq.
  1. Hemm ghaqal u serjeta kbira murija fl-enfasi fuq il-qasam ambjentali fid-direzzjoni murija f’dan il-Budget. Qatt ma kien hemm Budget li investa daqstant f’dan il-qasam u xorta wahda nghidu li baqghalna. Pero waqt li haddiehor jilghab ghall-gallarija u ma jipproponi xejn, ahna nahdmu u qed nimplimentaw mas-26 weghda elettorali ohra.
  1. Li niehdu hsieb l-ambjent taghna fih element ta’ gustizzja socjali ghax qed naghtu kaz ta’ warajna u qed intejbu il-kwalita tal-hajja taghna llum. Qed ninvestu mal-124 miljun biex l-ambjent intejbuh. Irridu mhux biss li titrawwem kultura ta’ tharis ta’ energija izda li b’mod prattiku nincentivaw il-poplu ibiddel metodi ta’ hela, specjalment b’uzu ikbar ta’ solar water heaters. Kemm hawn lukandi jew djar bil-hgieg double glazed, per ezempju? Tghoddhom fuq ponot subghajk sal-llum, u dan f’pajjiz mgharraq bid-dawl tax-xemx.
  1. Hmistax ilu l-Irlanda ipprezentaw il-Budget ghas-sena d-diehla. Dan pajjiz ghandu ekonomija b’sahhitha u fost l-iktar dinamici fl-Ewropa. Kellhom, pero, jaghmlu Budget litteralment b’xita ta’ taxxi li jhallik imhasseb. X’differenza fil-Budget taghna. F’dan il-Budget il-Gvern ghazel ir-responsabilita fuq il-populizmu. Huwa tajjeb li fil-politika tkun popolari izda mhux li tkun populist, jigifieri li tappella ghall-gallarija u tipprova tidher sabih minflok tkun serju u taghmel dak li s-serjta titlob minnek. Il-holqien tal-kuragg ‘l poplu ma ggibux billi taghmel il-mutetti fit-toroq izda billi thalli, kif qed naghmlu, mal-mitt miljun fil-bwiet tal-familji taghna. Billi inkunu iggwidati mil-valur tas-solidarjeta u nkomplu nwieznu ‘l dawk fil-bzonn.

Il-qabza tal-kwalita' - 30 ta' Novembru 2008
  1. F’diskors tieghi fil-Parlament,  tkellimt fuq il-hidma tad-Divizjoni Proprjeta’ tal-Gvern (GPD) fl-ahhar sena. Tkellimt fuq is-sodisfazzjonijiet li qed niehdu mill-hidma sfieqa, fuq kif bnejna fuq it-tajjeb li sibna, u fuq kif it-triq hija twila u xi naqra ghat-tela’ quddiemna. Imwiezen minn fiducja shiha fil-haddiema taghna, ftit fin-numru izda kbar fil-kwalita’, ninsab fiducjuz li nkomplu mexjin b’pass sod.
  1. T kellimt ukoll fuq l-ezercizzju importanti li ghamel id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Proprjeta tal-GPD, dak li irregistra l-art kollha tal-bajja tal-Gnejna sa Fomm ir-Rih. Din l-art kollha, madwar 125,000 metri kwadri ta’ art gew irregistrati mar-Registru ta’ l-Artijiet biex issa jmiss li min ihoss li ghandu xi rizervi ghal din ir-registrazzjoni, jikkontesta dan mal-awtoritajiet koncernati. Meta l-Gvern ihoss illi ghadda bizzejjed zmien ikun wasal iz-zmien li tittiehed azzjoni, biex tigi protetta il-proprjeta’ tal-Gvern. B’hekk inkunu qed nuzaw il-mezzi kollha li taghtina l-ligi biex naghmlu uzu ahjar ta’ l-art publika u sabiex inharsuha mill-abbuz.
  1. Dan nghamluh, ghax huwa pass iehor il-quddiem biex jigi salvagwardjat dak li huwa pubbliku u li huwa ta’ kullhadd. Sfortunatament, xi kull tant ninnutaw, illi uhud ghandhom il-mentalita’ li dak li ma huwa ta’ hadd allura huwa hemm biex jittiehed. Dak li ma huwa ta’ hadd, ejja nigru u nahdmu biex nakkapparawh qabel ma jigi haddiehor qabilna. Dan ma jsegwi ebda fil logiku, morali, legali, jew iehor. Din hija mentalita’ li jenhtieg li tigi eradikata mill-qiegh jekk irridu li id-drittijiet tal-pubbliku jinzammu.
  1. Hemm hafna xoghol li ma tantx jissemma minn din id-Divizjoni. Fil-prezent qed jigu pprocessati 56 talba ghal devoluzzjoni ta’ proprjeta minn diversi Kunsilli Lokali. Fil-gimghat li gejjin ghandna nikkonkludu erbgha minnhom. Habbart ukoll li ser nirrevedu l-iskema ta’ fidi ta’ cens tal-Joint Office biex nizguraw li ma jkunx hemm abbuz minn min jifdi. Zgur mhux sew li xi hadd li hallas inqas minn elfejn euro biex jifdi c-cens wara hmistax ibigh dik id-dar ghal kwazi kwart ta’ miljun euro u l-Joint Office ma jdahhal xejn.
  1. L-ahhar kelma fid-diskors tieghi kienet wahda ta’ ringrazzjament. Kemm lill-haddiema kollha tal-GPD ghad-dedikazzjoni taghhom. Kemm lill-Ministru Tonio Fenech li fih dejjem sibt spalla ta’ sostenn. U lill-pubbliku li bil-kummenti numeruzi tieghu u apprezzament qed jinkoraggini nsostni r-ritmu tax-xoghol taghna. Hekk ser naghmlu.
Zmien iebes ghal min irid jiehu d-decizjonijiet - 19 ta' Ottubru 2008
  1. Mill-laqghat multilaterali li qed jinzammu fix-xena finanzjarja u politika globali, mill-ewwel jinhass li dawn li qieghdin fihom huma zminijiet tassew drammatici. Huma zminijiet li qed iwasslu ghal bidliet strutturali fis-setturi finanzjarji kif ukoll bidliet ta’ kif isiru l-affarjiet fid-dinja, u li ser ikollhom impatt ghas-snin li gejjin. Dan iz-zmien pero’ jinhtieg li ma narawhx biss bhala zmien negattiv, izda wkoll bhala zmien t’opportunita’.
  1. Il-globalizzazzjoni tas-swieq finanzjarji qed tpoggi sfidi kbar quddiem min jiehu d-decizjonijiet. Il-heffa li biha, il-flus jistghu jivvjaggaw mad-dinja illum, naqqas sewwa iz-zmien li fih, dawk responsabbli jistghu jirreagixxu u jirrispondu ghall-krizijiet ta’ emergenza.  Fl-ahhar jiem rajna laqghat tal-iktar livelli gholjin isehhu, bhalma kienet il-laqgha tal-G7, jew ahjar tal-aktar 7 pajjizi industrijalizzati fid-dinja, jiltaqghu fil-Fond Monetarju Internazzjonli l-IMF, ul-Bank Dinji f’Washington fl-iStati Uniti, biex jaraw kif ser jintervjenu bi pjanijiet t’azzjoni kollaborattivi biex jidhlu ghall-banek u istituzzjonijiet finanzjarji ohra, sabiex il-krizi finanzjarja ma ssirx wahda ekonomika.  Jien kelli l-privilegg li ‘mmexxi id-delegazzjoni Maltija fl-IMF ul-Bank Dinji, ghall-laqghat li ittrattaw kwistjonijiet li sa ftit tal-jiem ilu hadd ma seta’ jbassar fl-impatt tant estiz taghhom.
  1. Illum kullhadd jaf x’wassal biex bdiet din il-mewga ta’ avvenimenti; Is-suq tad-djar fl-iStati Uniti wassal ghal djun akkumulati ta’ livelli mhux sostenibbli. Dan infirex fi swieq ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji ohra ma’ dwar id-dinja. Il-banek il-kbar ma baqghux jafdaw ‘l xulxin, u waqfu jsellfu wiehed lill-iehor. Il-pjanijiet ta’ ‘salvatagg’ li qed jigu ddizinjati, jittrattaw mil-vicin ir-ragunijiet ewlenija ta’ din il-krizi. Dawn huma l-abilita’ tal-banek li jlahhqu mad-djun taghhom, il-likwidita’, jigifieri l-kapacita’ taghhom li jrendu lura l-flus ta’ min ikun iddepozita, kif ukoll il-kapacita’ tal-banek li jkunu jistghu isellfu flus lil xulxin. In-nies mhumiex jitkellmu fuq ritorn fuq kapital, imma ritorn tal-kapital.
  1. Izda x’wassal ghal din il-krizi?  Kien hemm sistemi ta’ allarm kmieni, li permezz taghhom pajjizi setghu jevitaw dan id-dizastru?  Dan li qed nghixu f’dawn il-jiem  huwa tassew kaz ta’ ‘breakdown’ fis-sistema, b’negligenzi u nuqqasijiet f’livelli differenti kollha.  Il-process fundamentali tal-immaniggjar tar-riskju, is-sorveljanza u l-mizuri regolatorji naqqsu milli ibassru u jrazznu din il-krizi. La darba l-ewwel injezzjoni ta’ finanzi, biex tigi stabbilizzata is-sitwazzjoni tkun saret, wiehed jispera li dawk involuti jergghu jiggwadanjaw il-fiducja, u s-self bejniet il-banek jerga’ jibda. Pero’ min ihallas it-taxxi, huwa irrabjat ghal min suppost kellu jiehu hsieb li din il-krizi ma ssehhx, ghalhekk wiehed irid joqghod attent mir-riskju li l-profitti jigu privatizzati, ut-telf jinqasam fuq is-socjeta’.
  1. Allura Malta hija mahfura minn dak li qed jigri fid-dinja?  Ahna osservaturi passivi biss, u m’ghandiex ghalfejn ninkwetaw? F’konferenza stampa recenti, il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech, qal sewwa, illi s-sistema bankarja u l-istituzzjonijiet finanzjarji taghna huma mhejjijin sew u msejjsin b’bizzejjed likwidita’ permezz ta’ bosta kontijiet bankarji ta’ investituri Maltin. Ghalhekk is-sistema bankarja taghna hija b’sahhita u tikkonforma tajjeb ma’ kriterji konservattivi ta’ regolazzjoni. Madanakollu, xorta wahda ghandna bzonn inkunu attenti u vigilanti, u noqoghodu b’seba’ ghajnejn ghas-sitwazzjoni ta’ kulljum biex nevitaw kwalunkwe impatt anke indirett li jista’ jhalli effetti hziena fuq l-ekonomija taghna.
  1. Pajjizi li kienu qed jiehdu sehem fl-IMF u l-laqghat tal-Bank Diji fl-ahhar jiem, kollha jipprevedu li s-sitwazzjoni ser iddum biex tigi stabbilizzata, u li kull pajjiz fid-dinja ser jinhtieglu jaghmel l-almu kollu biex tigi evitata recessjoni globali.  Meta l-kunfidenza tonqos, u l-ekonomija tesperjenza tnaqqis sostanzjali fir-ritmu, huwa inevitabbli li l-elementi mhux essenzjali ikunu l-ewwel li jigu issagrifikati. Ghandna bzonn nissguraw li l-ekonomija taghna izzomm is-sahha li tikkonfronta ir-recessjoni, billi dejjem tigi kkontrollata n-nefqa pubblika, u fl-istess hin jissahhah it-tkabbir ekonomiku.
  1. Dan huwa zmien iebes ghal min huwa responsabbli. Wiehed irid joqghod attent li ladarba l-anzjeta’, u r-reazzjoni psikologika ta’ biza ibattu, ir-regim regolatorju, ma jkunx wisq rigidu li ma jippermettix it-tkabbir u l-investiment. F’dawn iz-zmienijiet difficli tinhtieg iktar minn qatt qabel tmexxijja effettiva u par idejn sodi, sabiex titrazzan il-vulnerabbilita’ ghal recessjoni globali.
Gvern li jemmen fix-xoghol - 14 ta' Settembru 2008
  1. Nhar l-Erbgha li ghaddew kont mistieden nattendi ghal business breakfast organizzat mill-Partit Nazzjonalista bhala parti minn sensiela ta’ diskussjonijiet fl-okkazjoni tal-festi tal-44 sena anniversarju mill-Indipendenza ta’ Malta. It-tema ta’ din l-attivita’ kienet ix-Xoghol u l-Gustizzja Socjali.  
  1. Ix-xoghol u l-gustizzja socjali minn dejjem kienu prijorita’ ewlenija ghall-Gvernijiet Nazzjonalisti.  Dan spikka b’mod prominenti fid-diskors tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi, li sahaq fuq l-importanza ta’ dawn is-setturi. Huwa qal li l-messagg tal-Partit Nazzjonalista, dak ta’ Xoghol, Edukazzjoni u Ambjent, huwa it-tlett pilastri kardinali li fuqhom hija msejsa l-politika tal-Gvern. It-tlett pilastri, relatati ma’ xulxin, u li jduru mal-individwu, bla diskriminazzjoni minn liema settur tas-socjeta’ gej.  
  1. Dawk kollha prezenti qablu fuq l-importanza li jizdiedu il-family friendly measures, biss pero’ li dawn ma jsirux ghad-dannu tal-kompetittivita’ ta’ pajjizna. Il-familja hija l-istruttura tas-socjeta’ li finalment tipprovdi l-haddiema ta’ ghada, l-idejn ghax-xoghol, u ghalhekk huwa importanti li niehdu hsiebha. Madanakollu, ma nistghux ninsew li pajjizna jrid jibqa’ kompetittiv meta kkumparat ma’ pajjizi ohrajn. Dan japplika ukoll ghaz-zidiet tal-pagi u incentivi ohra, li jekk irridu inharsu x-xoghol f’pajjizna ma jistghux ikunu ikbar minn dawk li jezistu ‘l boghod minn xtutna.  
  1. Kif qal il-Prim Ministru ninsabu on track.  Qbadna t-triq it-tajba u jehtieg li insahhuwha.  Incentivi lill-istudenti biex jaghzlu karrieri li jipprovdu prospetti ahjar f’suq dinji iktar u iktar specjalizzat, qed ikollhom success enormi.  Illum iktar studenti qeghdin jaghzlu li jkomplu jistudjaw fil-livelli terzjarji, fl-MCAST, u istituti ohrajn, u dan jigi kkonfermat bl-investiment enormi li qed jaghmel dan il-Gvern fl-Edukazzjoni. L-iskema tad-Degree Plus fl-Universita’ ta’ Malta, li thejji lill-istudenti ghax-xoghol mhux biss b’mod akkademiku, izda wkoll minn lati iktar prattici, hija popolari ferm fost hafna studenti.  
  1. Izda l-edukazzjoni m’hijiex xi haga tal-istudenti biss. Hemm bzonn li il-haddiema taghna ma jieqfu qatt jitghallmu, u jkomplu jitghallmu prattici u hiliet godda biex jibqghu tassew kompetittivi. Il-Life-Long Learning m’hijiex biss buzz word li tinstema sabiha waqt id-diskorsi tal-politici, izda hija impenn serju biex pajjizna jibqa jigbed lejh investiment ta’ iktar xoghol u xoghol ahjar – xoghol li tassew jghati d-dinjita’ lill-haddiem.
  1. Ninsabu on track ukoll f’dik li hija l-glieda kontra l-qaghad.  B’sodisfazzjon u b’wiccna minn quddiem nistghu nghidu li il-qaghad bhalissa jinsab fl-iktar livelli baxxi li qatt kien fl-ahhar seba’ snin, kif ukoll f’livell iktar baxx mill-medja tal-Unjoni Ewropea. Dan huwa tabilhaqq certifikat ghall-politika tal-Gvern li qed jahdem biex johloq u jisfrutta l-opportunitajiet tas-suq tax-xoghol.
  1. U f’dan l-isfond, importanti li naghtu kas il-gwarnic li fih qeghdin naghmlu dan kollu. Il-gwarnic tad-decizjoni importanti li hadna erba’ snin ilu, is-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.  Decizjoni li jkun zball jekk nahsbu li hadniha darba, u ghalaqna l-kapitlu hemmhekk. Dan huwa kapitlu u epoka gdida fl-istorja ta’ gensna, grazzi ghar-referendum tal-2003. Huwa kapitlu li rridu nahdmu biex insarrfu kemm nifilhu l-opportunitajiet li toffrilna din ir-realta’ li qed nghixu fiha.  
  1. Fost l-interventi tal-Korpi Kostitwiti, Imsiehba Socjali, Unions u ohrajn li kienu mistiedna spikka l-ottimizmu li ikkaratterizza d-diskussjoni b’mod generali.  Filwaqt li l-isfidi huma kbar, b’ottimizmu kawt nistghu nghidu li dan il-pajjiz ghandu prospetti sbieh quddiemu. Il-Malti dejjem wera hila liema bhala ghax-xoghol, u hija din il-kwalita’ li taqtghana ‘l fuq minn haddiehor u taghtina l-vantagg fuq l-ohrajn. Bil-hila u l-energija tal-Prim Ministru Gonzi li jmexxi dan il-Gvern nistghu tassew nghidu li il-miri ta’ eccellenza ghall-2015, mhux ser jibqghu miri fuq il-karta, izda bil-hidma ta’ kullhadd flimkien jistghu verament isehhu.
Ghal Gustizzja ahjar - 3 ta' Awissu 2008
  1. Fis-seduta tal-Cabinet ta’ nhar it-Tnejn li ghadda, giet approvata white paper proposta mill-Ministru ghal-Gustizzja Carm Mifsud Bonnici ghad-diskussjoni dwar l-introduzzjoni tal-parole fis-sistema legali ta’ pajjizna. Din il-proposta tifforma parti mill-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista, fejn f’punt 271 jinghad li ssir ligi dwar il-parole sabiex dawk li verament jirriformaw ruhhom, jibbenefikaw minnha.
  1. Din il-proposta kont diga tkellimt dwarha fil-Parlament fil-legislatura li ghaddiet bhala bzonn biex is-sistema legali taghna titjieb u jonqsu dawk li jergghu jaqghu ghall-hajja kriminali. Mieghi kien qabel ukoll l-Onor Hose’ Herrera, li illum il-gurnata jokkupa l-kariga ta’ Shadow Minister ghall-Gustizzja. Jiena nemmen li dan ser ikun pass tassew ‘l quddiem lejn integrazzjoni tal-prigunieri fis-socjeta’, ghax hekk tixhed l-istatistika u l-esperjenza ta’ pajjizi ohra.
  1. Il-parole hija s-sistema fejn prigunier jitnaqqaslu ammont tas-sentenza wara ammont ta’ zmien, jekk jigi ppruvat illi fiz-zmien li ghamel f’detenzjoni, ikun wera sinjali ta’ riforma, li ma jkunx ghadu periklu ghas-socjeta’ u li jkun patta ghal-hsara li ghamel lill-vittma. Bis-sistema attwali, ghandna rata gholja wisq ta’ recedivita’ jew ahjar ta’ prigunieri illi jergghu jaqghu ghall-attivita’ kriminali wara li jkunu skontaw is-sentenza taghhom. Minn dan johrog li ghal xi raguni il-prigunieri mhumiex qghedin jirriformaw ruhhom kemm wiehed jixtieq. Il-parole hija fil-fatt sistema iddisinjata biex il-prigunier verament jirriforma ruhhu. Hawnhekk tajjeb wiehed jghamilha cara li jekk priggunier japplika ghall-parole ma jfissirx li necessarjament tinghatalu awtomatikament, izda jkun jinhtieglu jissodisfa sett ta’ kriterji quddiem bord indipendenti presedut minn gudikant.
  1. Bis-sistema attwali, ma tezistix struttura biex jigi zgurat li l-prigunier jirriforma ruhhu tassew u ma jergax jaqa’ ghall-vizzji. Fil-fatt, attwalment prigunier li jinghata sentenza habs, jiskonta biss zewg terzi minnha, filwaqt li il-kwart l-iehor tinhafirlu jekk dan igib ruhu tajjeb fil-habs. Bhal ma nafu, hlief fi ftit eccezzjonijiet, il-maggoranza tal-prigunieri igibu ruhhom tajjeb il-habs, ul-prigunier johrog qabel iz-zmien, fil-waqt li l-vittma tibqa b’li kellha. F’kas ta’ parole din ma tinaghtax jekk il-prigunier ma jurix passi sodi ta’ titjib. F’kas li ssir din il-ligi, prigunier ikun jista japplika ghal tnaqqis mill-piena, u permezz ta’ bord indipendenti, jigi stabbilit jekk il-prigunier ghamilx passi ‘l quddiem. Niehdu kaz prattiku fejn persuna tigi kkundannata sentenza ta’ prigunerija ghax serqet biex issostni il-vizzju tad-droga. B’hekk isir ezercizzju biex jigi zgurat jekk il-persuna qatax il-vizzju tad-droga, jekk il-persuna iddispjacijiehx ghal dak li ghamlet, jekk il-persuna hijiex tiehu passi biex ittejjeb il-kwalita’ ta’ hajjitha, jekk hijiex tiehu korsijiet ta’ edukazzjoni biex ittejjeb il-possibbilita’ ta’ impjieg, jekk il-persuna hijiex fil-fatt tfittex impjieg, u forsi l-iktar importanti jekk il-persuna ghamlitx mezz biex regghet lura il-hsara li ghamlet lil vittma taghha.
  1. B’hekk minnha nfisha, il-parole hija mekkanizmu biex il-prigunier ikun incentivat biex isir cittadin ahjar. Huwa facli li wiehed jifhem, li hafna recedivita’ u sussegwentement kriminalita’, tfisser hsara ikbar fuq is-socjeta’ u c-cittadin onest. Ghalhekk kull mezz li ghandna biex nghinu lil dawn il-persuni milli jergghu jaqghu ghanda nuzawh.
  1. Din hija sistema li tintuza b’success f’numru ta’ pajjizi Ewropej, kif ukoll fl-Istati Uniti. L-istatistika turi li f’pajjizi li jghamlu uzu mil-parole, ir-recedivita’ naqset. F’Malta forma bikrija ta’ din is-sistema kienet bdiet tintuza fl-1919, ma dawk il-prigunieri ta’ kondotta tajba. Dawn il-prigunieri kien jinhtiegilhom li matul ir-‘release on license’ jiffirmaw fl-ghassa tal-puluzija kulljum, waqt dan il-perjodu, minbarra obbligi ohra. B’hekk din is-sistema tipprevjeni li l-prigunier jerga jaqa’ ghax x’hin dan jinqabad fl-icken ksur tal-kundizzjonijiet, jerga’ jispicca dritt il-habs. Taht supervizjoni tal-parole officer, il-prigunier ikun jinhtieglu igib ruhhu b’mod ezemplari, biex igwadi mil-parole.
  1. Allura dan ifisser li kull min jidhol il-habs ser titnaqqaslu s-sentenza u jigi skolpat a skapitu tal-vitma? Bl-ebda mod. Ta min wiehed jinnota, illi xejn ma jzomm il-Gvern milli jeskludi certi reati minn din is-sistema. Jigifieri kull min jinstab hati ta’ atti kriminiali partikolari, ma jkunx elegibbli ghat-tnaqqis mis-sentenza. Irridu nzommu f’mohhna li l-ghan ahhari u principali jibqa dejjem il-vittma, u kif ser jirnexxilna innaqsu mit-tbatija li tkun issofri frott l-att kriminali. Ghalhekk huwa importanti li wiehed jippartecipa fil-konsultazzjoni pubblika li ser titniehda f’qasir zmien rigward din il-proposta. Permezz ta’ parole nistghu verament noffru opportunita’, lil dawk li habbtu difrejhom mal-ligi, li jirriformaw ruhhom, kif ukoll li tonqos ir-rata ta’ kriminalita’ f’pajjizna.

Gvern Dinamiku - 17 ta' Awissu 2008
  1. Jumejn fuq Santa Marija, ninsabu f’dak li l-gurnalisti jsejjhulu the silly season. Jissejah hekk, ghax normalment ikun zmien karatterizzat minn waqfien mir-ritmu tal-hidma tal-pajjiz. F’dan iz-zmien fil-fatt, normalment ma jkunx hemm wisq xi tghid fuq dak li jkun qed jigri fil-pajjiz, ghax il-pajjiz jieqaf ghal ftit jiem ta’ mistrih misthoqq. Madanakollu, din is-sena, nistghu nghidu li dan li qghedin fih, m’huwa silly season xejn, u l-Gvern ma waqaf xejn minn hidmietu. Dan is-sajf fil-fatt huwa karatterizzat minn hidma bla waqfien b’decizjonijiet importanti isehhu ghal beneficcju tal-poplu Malti. Minghajr tlaqlieq ta’ xejn nistghu nghidu li il-bidu ta’ din il-legislatura hija wahda mill-iktar legislaturi energetici tal-ahhar zminijiet.
  1. Nibda biex insemmi ix-xoghol estensiv li qed jghamel il-Government Property Division biex jerga jghati lill-pubbliku dak li huwa tieghu bi dritt. Bla waqfien dan id-dipartiment qed jiehu passi kontra persuni u stabbilimenti li qed jabbuzaw minn propjeta’ u art pubblika ghad-detriment tal-pubbliku. Dan jifforma parti mill-politika tal-gvern li l-pubbliku jiehu lura dak li huwa tieghu bi dritt. Il-kazi tal-imwejjed us-siggijiet ta’ Tas Sliema, Xlendi, Marsalforn u ohrajn ma kienux kazi izolati. Dan il-gvern mhuwiex ser jittolera ebda tip ta’ abbuz ghad-detriment tac-cittadin onest. L-istess japplika ghal kull tip ta’ okkupazzjoni bla titolu. Ebda squatters m’huma ser jigu tollerati.
  1. Fil-Ministeru tal-Finanzi, ghaddejja hidma intensiva biex wahda mid-decizjonijiet li ila tigi posposta ghal-snin issa, tittiehed b’kuragg. Il-privatizzazzjoni tat-tarzna hija probabbilment l-iktar kwistjoni tahraq ta’ bhalissa. Fil-waqt li rridu nahsbu fil-haddiema tat-tarzna u fil-familji taghhom, wasal iz-zmien li nghamlu l-pass li jmiss. Ma jistax ikun li t-tarzna tibqa pjaga fl-ekonomija Maltija. U dan il-Gvern huwa kommess illi dawn id-decizjonijiet, li forsi m’humiex popolari, johodom b’kuragg.
  1. Fl-istess sfond ta min insemmu li id-dinja m’hi ghaddejja minn zmien facli xejn. Kollha kemm ahna nafu sewwa bis-sitwazzjoni tal-prezz taz-zejt, u incertezzi ohra li ghaddejja minnhom ix-xena internazzjonali. Ghalhekk huwa certifikat ikbar ghal Gvern Malti, il-fatt li l-qghad qed ikompli jonqos. F’Gunju li ghadda il-qghad nizel taht is-6,000. Dan huwa rizultat ta’ hidma biex pajjizna jkompli jigbed investiment barrani lejn xtutna. Dan l-investiment ikompli jkattar l-impjiegi u jzid l-opportunitajiet ta’ xoghol.  
  1. Decizjonijiet ta’ kuragg qghedin jittiehdu ukoll f’setturi ohra. Kullhadd jaqbel li l-ligi tal-kerha li ghandna bhalissa hija font ta’ ingustizzjansocjali. Dan il-Gvern, minghajr ma jhares lejn wicc hadd, qieghed hawnhekk ukoll jghamel il-pass fid-direzzjoni t-tajba u jwettaq ir-riforma tant mehtiega f’dan is-settur. Bil-process li qed iniehdi dan il-Gvern, irridunnasslu f’punt fejn ikollna tassew ligi tal-kerha li tixraq lill-ezigenzi ta’ pajjiz modern.
  1. L-istess Ministeru ghaddej ukoll b’hidma fl-isptarijiet taghna. Issa li ghandna sptar tassew State of the Art, hemm bzonn li jkollna servizz tas-sahha li tassew ikompli jitjieb. L-isfidi huma kbar. L-isforz biex jonqsu il-waiting lists issa jidher car li qed isir. Il-Gvern qed jahdem biex ikollu servizz tas-sahha efficjenti u sostenibbli. Dan il-Gvern ma jisthix ihares lejn il-problemi u jsejjhilhom b’isimhom. M’ghadux iz-zmien li nitfghu il-kwistjonijiet taht it-tapit, izda naffaccjawhom b’kuragg. Bhal f’hafna kazi dan qed isehh b’sejha ghal-kollaborazzjoni tal-pubbliku. B’naqra iktar attenzjoni igawdi kullhadd, u fil-hin.
  1. Riforma ohra li ghaddejja bhalissa hija dik fit-trasport pubbliku. Ix-xeni fl-azzjonijiet industrijali tat-trasport pubbliku fil-bidu tas-sajf ghadom friski fl’imhuh ta’ kullhadd, u zgur li hadd ma jixtieq li jergghu jigu repetuti. Fid-dawl ta’ dan, kullhadd jaqbel li m’ghadux zmien il-monopolji, u li l-kompetizzjoni hija biss ta’ gid ghal kullhadd. Il-liberalizzazzjoni tat-trasport pubbliku ittejjeb is-servizz illi jgawwdi minnu c-cittadini. Malta jisthoqqila sistema ta’ transport ahjar milli ghandha, ghal gid tal-Maltin kif ukoll ta’ dawk li jzuruna u jdawwru r-rota tat-turizmu.
  1. U propju fuq it-Turizmu nistghu nitkellmu b’xejn hlief tifhir ghall-hidma li qed issir f’dan is-settur. Bl-ghan li Malta tkompli ssir destinazzjoni ideali ghal-btajjel ta’ nies mid-dinja kollha, qed issir hidma sfieqa biex jigu organizzati kuncerti u attivitajiet kulturali ohra li jigbdu attendenza ta’ eluf ta’ nies.  Kullhadd jifhem li m’ghadux iz-zmien li nistrihu fuq ix-xemx ul-bahar taghna biex nattiraw it-turisti. F’realta’ globalizzata li nghixu fiha, kull pajjiz li ghandu xtajta u ftit jiem ta’ xemx fis-sena, jara kif jghamel biex jisfrutthom mill-ahjar li jista. Allura kemm huwa ghaqli li nisfruttaw dak li m’ghandux hattiehor, u li permezz tieghu ahna ngawdu vantagg fuq l-ohrajn. Progetti fl-infrastruttura, u fis-servizz turistiku innifsu ikomplu jghatuna dan il-vantagg.
    Attivita’ ta’ success kienet l-appuntament sajfi Isle of MTV. Ghat-tieni sena konsekuttiva, din l-attivita’ gibdet follol enormi ta’ nies, bi spettaklu ta’ artisti internazzjonali , u ta’ livell tassew gholi. Ta min wiehed jiftakar li dan kollu, l-poplu Malti, kif ukoll it-turisti prezenti gawdew minnu minghajr hlas. Huma propju attivitajiet bhal dawn li jkomplu jtejjbu l-prodott Malti f’suq li iktar ma jmur qed isir kompetittiv.

Gvern li jisma izda mhux biss - 31 ta' Awissu 2008
  1. Fl-artiklu tieghi f’din il-gazzetta ta’ gimghatejn ilu tkellimt fuq il-hidma bla waqfien ta’ Gvern dinamiku. Dakinhar ktibt li l-ftuh ta’ din il-legislatura tfakkarni f’dik tal-1987. Hawnhekk ippermettuli inkompli nitkellem dwar ir-ritmu b’sahhtu li qed jimxi bih dan il-Gvern.
  1. Ghall-beneficcju tal-poplu, is-Segretarjat Parlamentari tieghi jinsab fi process ta’ devoluzzjoni ta’ artijiet biex dawn jitgawdew minn faxxex iktar wiesgha tas-socjeta’. Ewlenija f’dan il-process kienet id-devoluzzjoni tat-Torri ta’ San Tumas f’Wied il-Ghajn, li gie mghoddi lill-Fondazzjoni Wirt Artna. Il-Fondazzjoni dahlet ghal progett ambizzjuz, ta’ rijabilitazzjoni ta’ dan it-Torri, minn mahzen li kien qed jintuza abbuzivament, ghall-istat originali tieghu. Fi zmien ftit xhur ohra t-Torri ser ikun miftuh ghal pubbliku u jigbed ukoll turisti lejn Wied il-Ghajn. Izda dan ma kienx kaz izolat. It-Taqsima tal-Propjeta’ tal-Gvern qed tahdem b’mod sfieq biex jitjieb l-uzu ta’ iktar u iktar art pubblika. Il-Gvern irid li naghtu iktar lura lin–nies dak li huwa taghhom bi dritt.
  1. Fil-Ministeru tal-Finanzi il-hidma ma taqta’ xejn. Il-Ftehim tal-Helsien mit-Taxxa Doppja, li gie iffirmat ftit tal-gimghat ilu mill-Ministru Tonio Fenech biddel ix-xena kummercjali bejn l-Istati Uniti u Malta kompletament. Ghalkemm forsi min mhuwiex intiz fil-kummerc ma jhossx li dan il-ftehim jolqtu direttament, dan il-ftehim huwa ta’ gid ghal faxxex kbar tas-socjeta’. Fi ftit kliem, dan il-ftehim jiehu hsieb illi minn jaghmel kummerc bejn Malta u l-Amerika, ma jigix intaxxat darbtejn izda jigi intaxxat darba biss. Dan ifisser incentiv biex isir iktar kummerc bejn iz-zewg pajjizi. Izda dan l-incentiv ma jissarrafx biss f’gid ghal-kummercjant: Nahsbu ukoll fl-investiment qawwi li dan il-ftehim jista jigbed lejn xtutna mill-Istati Uniti. Dan kollu jista’ jkun biss ta’ frott ghall-Maltin kollha.
  1. Il-Ministeru tal-Finanzi jinsab ukoll fil-qalba tal-process ta’ konsultazzjoni qabel il-Budget. Dan il-Gvern derra lic-cittadini Maltin li l-Budget ma jibqghax kaxxa maghluqa u sigrieta li tithabbar f’dak il-jum. Dan il-Gvern fetah berah il-bibien tal-konsultazzjoni, biex jisma lil kull min huwa nvolut. Dan il-process jigbor flimkien Unions, Korpi Kostitwiti, Imsiehba Socjali u kull min jixtieq jiddiskuti b’maturita’ ghall-ahjar tal-pajjiz.
  1. Fis-settur edukattiv ukoll qed issir hidma kbira. Gvernijiet Nazzjonalisti dejjem emmnu li ic-cavetta ghall-livell ta’ hajja dejjem ahjar tinsab fl-livell dejjem oghla ta’ edukazzjoni. L-edukazzjoni hija wahda mil-miri ta’ eccellenza ghall-2015, u mhux ta b’xejn li l-Gvern qed jinvesti miljuni kbar f’dan is-settur. Illum fil-fatt ghadna kif irregsitrajna ammont rekord ta’ studenti li inkitbu biex jidhlu fil-Kullegg tal-Arti, Xjenza u Teknologija l-MCAST. Il-Gvern diga alloka flus kbar biex jigi estiz dan il-kullegg, li l-applikazzjonijiet ghal dan it-tkabbir diga qieghda quddiem il-MEPA.
  1. Ninsabu ukoll fl-ahhar fazi tal-process ta’ konsultazzjoni f’dik li hija r-riforma tal-Kunsilli Lokali. Kullhadd jaqbel li il-Kunsilli Lokali f’Malta gabu bidla pozittiva f’dik li hija amministrazzjoni u livell ta’ hajja fl-ibliet u rhula taghna. Il-progett tal-Kunsilli Lokali kien success, u tul is-snin hsadna hafna frott. Issa wasal iz-zmien li naggornaw dawn l-istituzzjonijiet ghall-bzonnijiet tal-lum. Ghalhekk il-Gvern nieda process ta’ konsultazzjoni li ghalih dahlu eluf ta’ kummenti.  Permezz ta’ dan il-process, kullhadd seta’ jsemma lehnu u r-riforma tkun tabilhaqq effettiva. B’hekk dan il-Gvern qed juri kemm huwa verament Gvern li jrid jisma’.
  1. Tassew, Gvern ta’ smigh. Gvern ta’ azzjoni. Gvern ta’ rizultati
Lura għall-gażżetti